|
Jitfa’ l-gebla
u jahbi idu |
|
|
|
Ftit
gimghat ilu ktibt li l-Kummissarju Gholi ghal Malta fl-Awstralja
“jitfa’ l-gebla u jahbi idu” Dan ghaliex ghazel li jirreferi
ghall-kitba tieghi inkonnessjoni ma’ kritika f’laqgha pubblika
meta jien ma kontx prezenti. Jidher li l-Kummissarju Gholi
ghogbu jibqa sieket. Meta ma ssibx twegiba ma hemmx ahjar
mis-skiet. Jidher li jien bhala rapprezentant ta’ l-Union Press
u gurnalist attiv fl-Awstralja u anke Malta gejt mhux biss
fil-mira tieghu izda fil-mira wkoll ta’ xi talin ohra li jridu
jeqirdu totalment u b’kull mezz possibbli lill-messaggier biex
il-messagg ma jasalx. |
|
|
Forsi l-Kummissarju
Gholi xtaq li ma naghmel l-ebda kumment dwar il-fatt
li l-Maltin f’South Australia damu sentejn biex
hatrulhom Konslu Onorarju jew kif f’Sydney tnehha
Konslu Onorarju sentejn ilu u ma nhatar hadd floku.
Jew kif il-Maltin fl-Awstralja gew moghtija biss
informazzjoni minima meta gie aggornat il-ftehim
reciproku dwar is-servizzi socjali ma’ Awstralja.
Forsi wkoll ma ridnix nghaddi kumment meta hatar
persuna Kanadiza biex tiehu hsieb il-Kultura Maltija
jew meta naqas li jattendi
jew jibghat
li l xi hadd |
|
jirrapprezentah
ghac-cerimonja tal-kxif tal-momument dwar ic-“Child
Migration” f’Western Australia u l-funeral ta’ l-ex
Ministru Al Grassby. Forsi veru qed jemmen li sar
jaf jimxi fuq l-ilma.
Ghax tghid, dawn kienu kummenti/kritika li mhux jien
originajt izda ghamluhom membri ohra tal-komunita’.
Xi whud kienu diga dehru f’The Maltese Herald. Izda
dak "li jitfa’
l-gebla u jahbi idu"
ried isemmi lili. Min jaf ghaliex hux??? Hemm lista
shih ta’ kummenti ohra li ghad irrid nghaddi
lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Skilled migration |
|
|
|
Il-Parlament
Awstraljan permezz tal-Migration Committee qieghed jinvestiga l-mod
kif il-process kurrenti li bih l-emigranti qed jigu assessjati biex
jidhlu l-Awstralja taht l-iskema ta’ skilled migration. Min
ghandu xi esperjenza dwar
skilled assessment
jew dwar kwalifikazzjonijiet tas-sengha
minn pajjiz ohra jew
jekk tahsbu li l-skema dwar haddiema
tas-sengha mhux tiffunzjoni efficjenti, li ghandha bzonn ta’
titjieb jew li l-Awstralja tista’ titghallem minn pajjizi ohra li
ghandhom programmi simili, tistghu tibghatu l-opinjoni taghkom.
Tistghu taghmlu hekk billi tidhlu f’www.aph.gov.au/house/committee/mig/recognition/index.htm.
Tistghu ccemplu 612 62774560 jew email
jscm.rep@aph.gov.au Jekk ma tipparticipax iktar ikun
difficli biex isir titjieb. |
|
|
|
|
|
|
|
Malti iehor success |
|
|
|
Persuni
ta’ dixxendenza Maltija jkomplu jaghmlu success fl-Awstralja
u minn dawn il-kolonni dejjem huwa l-pjacir tieghi li
niffoka fuq nies li qed jaghmlu unur lill-isem Malti barra
minn xtutna.

Vince Grech ta’ 32 sena minn Sydney huwa iben l-avukat Henry
u martu Lois Grech ghandu kemm rebah l-Young Enterpreneur of
the Year Award 2005 li jigi organizzat mill-Western Sydney
Industry Awards for Excellence and Innovations.

Din l-ghotja li dahlet fis-seba’ sena hija maghrufa bhala l-iktar
ghotja strategika tar-regjun tal-punent ta’ Sydney. Vince
Grech huwa l-Practice Director tad-ditta legali Grech
Partners Solicitors li ghandhom sehem f’hafna zviluppi ta’
propjeta. Huma ghandhom in-negozju taghhom f’Norwest Park
NSW.

Meta tkellimt ma’ Vince qalli li l-mira tieghu hija li
jwassal lid-ditta biex tkun dik l-iktar ippreferuta ghal
xoghol legali f’dan ir-regjun tal-Punent. |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050725_GrechVince.jpg |
|
|
Vince Grech |
|
|
|
Vince Grech huwa wkoll dilettant u jipparticipa f’hafna
sports. Huwa State Title Holder u membru ta’
l-Australian Showjumping Development
Squad, |
|
ghandu esperjenza estensiva tal-bordercross u ha sehem
f’kompetizzjonijiet f'hafna pajjiz. Laghab ukoll ir-rugby
ma’ Oakhill College. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Jilghab il-cricket |
| |
|
Mhux
soltu li naraw Maltin li jaghmlu success mill-isports tal-cricket
izda John Callus minn Newport (Melbourne) mhux talli ghamel
success mat-tim tieghu ta’ Williamstown Colts f’Melbourne
fejn huwa mpjegat bhala captain/coach izda skopra li anke
f’Malta jilghabu l-cricket li ghaliha kienet sorpriza. Dan
kien 16-il sena ilu meta qalulu li jekk imur l-Marsa Sports
Club isib li jilghabu dan l-isports. Ghal dawn l-ahhar seba’
stagunijiet John Callus laghab cricket barra mill-Awstralja
u specjalment f’Malta.
Izda f’Awissu se jkun fit-tim Malti li se jiehu sehem
fil-ECC European Affiliates Championship fil-Belgju meta
Malta se tillottja fil-Grupp B mal-Portugal, Spanja, Svezja
u l-Isle of Man.
Huwa qal li jhossu kburi li se jirrapprezenta lill-pajjiz li
twieled fih specjalment meta jara l-entuzzjazmu tal-plajers
Maltin li jridu johduha ma’ pajjizi ferm akbar minnhom. Huwa
ssokta li qatt ma basar li seta’ jmur lura lejn pajjizu u
jsib li dawn ukoll jilghabu l-loghba li tant ihobb. |
|
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050725_CallusJohn.jpg |
|
 |
|
John
Callus |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Mitt sena |
|
|
|
Josephine
Camilleri mis-subborg ta’ Ardeer (Melbourne) li tghix
f’Ardeer Nursing Home ghalqet 100 sena. Hija omma ta’ disgha,
nanna ta’ 29, buznanna ta’ 59 u buzbuznanna ta’ sebat itfal.
Hija emigrat lejn l-Awstralja minn Malta fl-1960 b’sitt
itfal flimkien ma’ zewgha Karmenu li miet fl-1977. Josephine
li giet Malta erba’ darbiet fejn ghad ghandha joqghodu tlett
itfal ghadha tghodd lill-Malta bhala pajjizha. Hija qalet li
s-sigriet ta’ hajja twila hija li jkollok fidi f’Alla.
Fl-okazzjoni tal-mitt sena din il-Maltija rceviet ittra ta’
kongratulazzjoni minghand ir-Regina, l-Prim Ministru
Awstraljan John Howard, il-Premier ta’ Victoria Steve Bracks
u l-President ta’ Malta, Eddie Fenech Adami. Il-familja ta’
Josephine organizzawlha okazzjoni specjali f’Lakeside
Reception f’Taylors Lake u kien hemm membri li gew apposta
minn Queensland u anke Malta biex jifirhulha. |
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050725_JCamilleri.jpg |
|
|
Josephine Camilleri |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Il-Commonwealth Games |
| |
|
L-Awstralja
specjalment il-belt ta’ Melbourne diga beda jinhass l-eccitament
tal-Commonwealth Games fejn se jsiru dawn il-loghbiet is-sena
li gejja. Iz-zghazugha Jessica Psaila kienet dizappuntata
meta fl-2004 ghal ftit ma haditx sehem fir-relay tat-torca
Olimpika fi triqtha minn Sydney ghal Atenti. Illum Jessica
li hija Nurse Assistant u membru tal-Kor Australian Youth
ghandha 18-il sena se tigi moghtija opportunita’ ohra ghax
giet innominata biex tiehu sehem fil-Queen’s Baton Relay ta’
Melbourne Commonwealth Games. Katherine Psaila, li
nnominatha qalet li Jessica hija erojina ghax meta kellha
tmien snin salvat il-hajja ta’ huha z-zghir. Hija wkoll
tigbor il-flus ghal Epilepsy Association.
Kieku kienet decizzjoni taghha, Jessica kienet idahhal
lin-nannu taghha, Anthony Psaila minn Blacktown NSW, nannu
ta’ 18 fir-relay ukoll. Hija qalet li n-nannu taghha kellu
hajja difficli izda ta’ sodisfazzjoni kemm ilu li emigra
minn Malta fl-1956. Anthony Psalia kien membru tal-kumitat
ghal hafna snin f’La Valette Social Centre u gie moghti
l-Quiet Achiever Award fl-2001 ghax-xoghol komunitarju
tieghu. Huwa wkoll hu l-Prof Anglu Psaila.
Il-Queens’ Baton ghandha tasal fl-Awstralja fl-2006 u se
tigi merfuha minn 3500 persuna tul it-toroq ta’ l-Awstralja
qabel mat-torca tasal fil-belt ta’ Melbourne f’Marzu
ghac-ceremonja tal-ftuh. |
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
050725_JPsaila.jpg |
|
 |
|
Jessica Psaila man-nannu tahha Anthony Psaila |
|
|
|
|
|
|