It-Tnejn, 21 ta' Marzu, 2005     
      

Ahbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 Cittadinanza mitlufa, Rapport tas-Senat
 

 Minn din il-pagna ili hafna nikteb dwar ix-xoghol siewi li qeghdin jaghmlu s-Southern Cross Group biex jipprotegu l-interessi ta’ dawk l-Awstraljani li jghixu barra minn pajjizhom. Kemm nixtiequ li anke ahna l-Maltin li nghixu barra ghandna min jipprotegi l-interessi taghna f’Malta f’kull htiega u minghajr ma ndahhlu l-interessi politici jew minghajr ma nsiru haga wahda mal-politika tal-Gvern jew ma’ l-Oppozizzjoni.
 
Kif habbart kemm-il darba, il-Gvern Awstraljan kien talab inkjesta dwar l-Awstraljani li jghixu barra minn dan il-kontinent (Australia Expatriates Inquiry). L-Australian Senate’s Legal & Constitutional Reference Committee taht ic-chairmanship tas-Senatur Nick Bolkus issa spiccaw l-inkjesta taghhom u pprezentaw rapport ta’ 168 pagna fit-8 ta’ Marzu 2005.
 
Fl-introduzzjoni ta’ dan ir-rapport insibu rakkomandazzjoni li tista’ tapplika ghall-Gvern Malti biex forsi fl-ahhar jibdew jiehdu bis-serjeta l-ghajta taghna ta’ “Greater Malta” jew Malta kull fejn jinstabu jghixu l-Maltin.
 
Ir-rapport jibda hekk:


“Bl-istess mod li l-maggoranza ta’ Awstraljani li jghixu barra minn arthom ghadhom jghozzu l-Awstralja bhala arthom, ahna wkoll ghandna naccettaw lill-komunita’ Awstraljana li tghix barra bhala parti min-nazzjon Awstraljan u naghrfu lil dawn l-Awstraljani li ghalkemm qed jghixu barra minn pajjizna izda ghadhom parti min-nazzjoni Awstraljan.”

 

Kemm hi tassew lezzjoni sabieha! Imma nistaqsi,  kemm ghandna Membri tal-Parlament f’Malta li lesti jimplimentaw rakkomandazzjoni bhal din u mhux il-hafna loghob bil-kliem u weghdiet fierha fejn jidhlu l-Maltin li jghixu barra minn Malta?
 
Fost 16-ir-rakommandazzjoni li waslu ghalihom l-ASL&CRC hemm wkoll li jigi mwaqqaf servizz ta’ informazzjoni “website portal” immirat ghal dawk li jghixu barra u li tigi mwaqqfa unit fi hdan id-Dipartiment ta’ l-Affarijiet Barranin u Kummerc biex tikkordina u tikkunsulta dwar il-politika tad-diaspora.

Hawn ukoll ghandna ninotaw li mill-ghexrien ta’ rakkomandazzjonijiet li d-delegati li attendew l-2000 Maltese Migrants Convention qablu maghhom, il-Gvern Malti mank hares lejhom b’serjeta….. ahseb u ara kemm ha xi azzjoni konkreta dwarhom.

Forsi tistaqsuni ghaliex qed naghmel dawn il-paraguni? Fost il-rakkomandazzjonijiet li ghamel il-kumitat tas-Senatur Nick Bolkus hemm ukoll proposta li l-Att dwar ic-Cittadinanza 1948 ghandu jigi emendat biex jizgura li t-tfal ta’ dawk li tilfu c-cittadinanza Awstraljana u anke t-tfal taghhom taht s-sezzjonijiet 17 u 18 ta’ l-Att jistghu ikunu eligibbli li japplikaw ghac-cittadinanza Awstraljana bis-sahha tad-dixxendenza taghhom.

Jekk din il-proposta tigi accettata tfisser li madwar elfejn cittadin Maltin li twieldu l-Awstralja u kellhom jirrinunzjaw c-cittadinanza Awstraljana biex ikunu jistghu jghixu f’Malta (taht ir-regoli antiki) ikunu jistghu  japplikaw  mill-gdid  ghac-

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050321-BolkusNick.jpg

Senatur Nick Bolkus

 

cittadinanza Awstraljana.

Irrid ninsiti, biex hadd ma jerga’ jiehu xi krettu fejn ma jisthoqqlux, li din ghadha biss proposta tal-kumitat tas-Senat u ghalkemm f’Lulju 2004 il-Gvern Liberali permezz tal-Ministru tac-Cittadianza u Affarijiet Multikulturali kien habbar li se jressaq l-emendi li hemm bzonn izda sa issa dan ghandu ma sarx.

Ta’ min isemmi li dan il-kumitat tas-Senatur Bolkus ircieva 677 sottomissjoni minghand nies li kellhom interess f’din il-bidla.

Fost dawn kien hemm wahda minghand The Maltese Welfare (NSW) Inc. Bhala rapprezentant taghhom jien kont gejt mitlub biex nidher quddiem dan il-kumitat ta’s-Senatur Bolkus f’Parliament House nhar 27 ta’ Lulju 2004 biex nispjega l-kaz tal-Maltin.

 
 
 Grupp ta’ Llandilo
 

 Ftit ilu kont mistieden biex immur niltaqa’ u nkellem grupp ta’ Maltin li jiltaqghu fis-subborg ta’ Llandillo, fin-nahat ta’ Nepean. Grupp zghir izda interessanti. Fl-ahhar xhur tas-sena 2000 kien qieghed isir xi xoghol ta’ ricerka mal-familji li jahdmu r-raba fin-nahat ta' Nepean u nstab li kien hemm ghadd ta’ nisa Maltin isolati u li ghandhom bzonn il-kumpanija ta' xulxin.
 
Fiona Luckhurst u Claire Darling minn Nepean Migrant Access ikkuntatjaw lil Maria DeCarlo li dak iz-zmien kienet il-Community Development Offcer tal-MCC ta’ NSW u saru diversi laqghat f’Penrith li ghalihom attendejt anke jien. Bhala rizultat kiien gie deciz li tigi organizzata gurnata ta’ nformazzjoni fil-Hamrun Club ta’ Marsden Park fit-28 ta’ Novembru biex jigu investigati l-bzonnijiet tal-Maltin li jghixu fin-nahat ta’ Hawkesbury u Penrith. Kont kellimt li dawk prezenti u heggigthom biex jinghaqdu u jaghtu appogg lil xulxin u biex jaghmlu uzu mill-hafna servizzi li hemm ghall-ghajnuna taghhom.
 
Il-Grupp baqa’ jiltaqa kull l-ewwel Erbgha  tax-xahar  u  kien  hemm diversi kelliema li marru tant boghod biex  ikellmu  li dawn il-Maltin fosthom Dr G. Boffa, Augustine Borg u ohrajn waqt li l-Fiona Luckhurst kompliet tmexxi dan il-grupp.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050321_LlandiloGroup.jpg

Fir-ritratt jidhru parti minn dawk li jiltaqghu darba fix-xahar f’Llandilo. Tidher Rita O’Dyer,
il-hames wahda mix-xellug bil-wieqfa.

 

Wara  li  Maria  Decarlo  rtirat  minn dak ix-xoghol, Rita O’Dyer ghan-nom tal-Maltese Community Council kompliet bix-xoghol fost il-Maltin. Fl-Lulju 2003 kellhom Information Day ohra fil-Hamrun Club. Ghalhekk kien pjacir ghaliha meta  wara tant zmien mort nerga’ nkellem lil dawk li jiltaqghu f’Llandilo.

 

Gruppi simili ta’ Maltin li jiltaqghu f’diversi  nahat  ta’  NSW  qed  iservu  ta’ hafna gid ghax jghinu bil-laqghat taghhom biex itaffu l-izolament u fl-istess hin  izomm  lil dawn il-komunitajiet ftit jew xejn izolati b’kull informazzjoni mehtiega dwar sahha, servizzi, edukazzjoni u htigiet ohra ta’ kuljum.

 
 
 Hamsin sena ilu
 

 Ir-reunions fost l-emigranti saru spissi. Il-vapuri li telqu minn Malta mghobbija b’eluf ta’ emigranti huma parti mill-istorja ta’ Malta. Il-vjagg kien twil u ta’ strapazz. Hafna mill-vapuri kienu xejn inqas minn caqlembuta mimlija sadid. Dawk li hallew Malta u damu xhur fuq dawn il-vupuri raw il-kalvarju. Iva, forsi mhux kulhadd izda fil-maggoranza taghhom. Il-habib tieghi Gejtu Deguara wiehed mill-aqwa gentlomi li qatt hargu mill-Hamrun, illum Vici President tal-MCC ta' Victoria u Segretarju    tal-festa   ta'   San   Gejtanu

 

f’Melbourne wasal f’dik il-belt hamsin sena ilu fuq il-vapur Arosa Star. Xtaq li jlaqqa’ u jerga jiltaqa’ ma xi whud li kienu gew mieghu fuq il-vapur. Qalli li cemplulu minn kull naha ta’ l-Awstralja. Hafna sintendi ma setghux jattendu minhabba d-distanzi u l-eta’ izda dawk li marru f’Jack Roper Reserve Broadmeadows ferhu u kellhom mitt memorja xi jtennu lil xulxin. Kien hemm min ftakar ukoll il-hruq fil-kcina li garrab dan il-vapur li ghalkemm zammew kollox kwiet izda kien hemm hafna min twerwer.

Due to web space restrictions this image has been removed
050321_ArosaStarDeguara.jpg

Fir-ritratt jidhru waqt barbecue xi whud minn dawk li attendew.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
050321_DeguaraGejtu.jpg

Gejtu Deguara

 

Attendew Joe Cutajar li flimkien ma’ Gejtu kienu l-instigaturi, Joe u Carmen Montebello, Joe Cassar, Victor Aquilina, Leli Sultana, Joe Camenzuli, Carmen Sciberras, Freddy Mifsud u ohrajn.  Eddie Zammit  kien hemm ukoll. Ghalkemm kien se jmur ma’ Arosa Star izda fl-ahhar mumenti emigra bl-ajru b’dan kollu l-bagali tieghu xorta waslu ma’ dan il-vapur.

 
 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Arkivju

   
 

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2003 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.