Aħbarijiet mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.

Dawn l-aħbarijiet jidhru wkoll fil-gazzetta "l-orizzont" li toħroġ f'Malta.
Għal iktar tagħrif u aħbarijiet fid-dettall aqraw
The Maltese Herald, il-gazzetta nazzjonali tal-Maltin fl-Awstralja li toħroġ kull ġimgħa.

 
 

It-Tnejn, 31 ta' Mejju 2010

 
 

 L-anzjani tagħna f’NSW

 

Ta kull sena l-Għaqda Maltese Welfare (NSW) torganizza lejla hekk imsejjħa Quiet Achievers. Dis-sena kienet l- għaxar sena li saret u kull darba jiġu mogħtija għarfien mistħoqq lil dawn l- anzjani li jkun wettqu xogħlijiet volontarji fil- komunità Maltija. Din il- funzjoni saret popolari ħafna u ssir fis-Seniors Week fl- iStat ta’ NSW taħt il- patroċinju tal-Hon John Aquilina MP.
 
Dis-sena ġew onorati (ara r- ritratt), Ester Agius. Theresa Agius, Samuel V. Axiak, Danny Borg, Connie Degabriele, Joseph Ebejer, George Ellul, Alex & Carmen Exton, Mary Pace-Feraud, Bernadette Sammut u Edwin Zammit.
 

 

Fuq wara : George Ellul, Alec Exton, Carmen Exton, Mary Pace-Feruad, Bernardette Sammut, Edwin Zammit
Fuq quddiem: Esther Agius, Theresa Agius, Samuel V. Axiaq, Danny Borg, Connie Degabriele, Joseph Ebejer

 

Fl-istess lejla, li ssir fis-sala ta’ St Dominics Hostel ta’ Blacktown NSW dejjem ikun hemm parti mużikali. Dis-sena ġie    apposta    minn    Melbourne   il-kantant   kontemporanju

 

spiritwali,  id-dekan Robert Galea. Kienet lejla oħra ta’ suċċess  u dawk li organizzawha taħt id-direzzjoni ta’ Nathalie Gatt, ħaqqhom prosit tassew.

 
 

 Ktieb u patrol boats

 

Fil-konvenzjoni għall-Maltin ta’ Barra li saret f’Malta f’Mejju 2010 id-delegati għamluha ċara kemm hemm ħtieġa li l-istorja ta’ l-emigrazzjoni minn Malta tidħol fil-kurrikulu ta’ l- edukazzjoni biex il-ġenerazzjoni tallum u ta’ għada ma jinsew qatt kemm kienet importanti l-emigrazzjoni għan-nazzjon Malti. Ma kien hemm xejn ċar u l-wegħda li saret mill-Ministru Dolores Cristina kienet tgħid biss ”li fir-revizzjoni tar-Kurrikulu Nazzjonali li qed isir bħalissa, se tingħata kunsiderazzjoni għall-introduzzjoni tal-istorja ta’ l-emigrazzjoni minn Malta fis- suġġett tal-istorja”.
 
Għadd ta’ kittieba Maltin li emigraw lejn l-Awstralja kitbu qatigħ dwar l-istorja tal-emigrazzjoni minn Malta. L-aħħar ktieb tiegħi “Telqu għal għonq it-triq” ħa rotta sewwa. L-ewwel ktieb inbiegħ kollu. Il-ktieb ifisser l-istorja ta’ għadd ta’ Maltin li jispjegaw huma  stess  l-ewwel żminijiet tagħhom fl-Awstralja. Meta kont

Il-patrol boats maħdumin fl-Awstralja f'Pieta Creek.

 

Il-Kummissarju Għoli Awstraljan f'Malta ma' Lawrence Dimech

 

Malta  ppreżentajt  kopja  lill-Kummissarju  Għoli  tal-Awstralja f’Malta, l-ET Anne Quinane fil-palazz li d-delegazzjoni Awstraljana għandha f’Ta’ Xbiex (ara ritratt).
 
Waqt il-laqgħa kordjali li kelli, il-Kummissarju Għoli fetħet tieqa fejn fix-xatt tal-Pieta kien hemm ankrati t-tlett petrol boats li Austral, id-ditta Awstraljana ta’ Western Australia bniet għall- Forzi Armati ta’ Malta (AFM). Fil-fatt inbnew erba’ minn dawn il-21.2 metre patrol boats ta’ l-aluminium li għandhom speed ta’ 26 knots biex iħarsu u jipproteġu x-xtut ta’ Malta.

 
 

Unur ieħor għal
George

 

George Bartolo huwa Malti sinonimu mal-komunità Maltija ta’ madwar il-belt industrijali ta’ Wollongong. Ix-xogħol volontarju tiegħu reġa`ġiet mogħti għarfien meta ġie onorat bil- United Nations Wollongong Older Person of the Year Award f’ċerimonja li saret fil-Builders Club.
 
George Bartolo emigra lejn l-Awstralja fl-1959 u mill-ewwel daħal biex jgħin mhux biss lill-Maltin fin-naħat ta’ Illawarra fejn kien strumentali fit-twaqqif tal-George Cross Falcons Club iżda għandu rekord ta’ servizz mal-Multicultural Communities Council, il-Wollongong Wolves u l-Illawarra Dog Training Club. George Bartolo (li ħuh Peter kien għal xi żmien l-editur ta’ l- orizzont) serva bħala President tal-Maltese Community Council u fil-preżent iżomm il-kariga ta’ Kaxxier.

 

George Bartolo (xellug) flimkien ma' Ken Habak,
ċerman tal-Multicultural Communities Council ta' Illawarra.

 
 

 Iktar minn Wollongong

 

Fr Leonard Testa u Dr David Catterall

 

Malta ċċelebrat bi kbir l-1950 anniversarju tan-nawfraġju ta’ San Pawl fil-gżejjer Maltin tant li għal din l-okkażjoni mar Malta l-QT il-Papa Benedittu XV1. Fil-parroċċa ta’ Albion Park fin- naħat ta’ Wollongong NSW, il-kappillan Fr David Catterall li huwa midħla sewwa tal-Maltin iċċelebra dan l-anniversarju waqt li għamel talb bħala ringrazzjament taż-żjara tal-Papa f’Malta.
 
Din iċ-ċelebrazzjoni kienet tikkonsisti f’quddiesa ċelebrata min Fr. David li kien megħjun minn Fr. Leonard Testa. Wieħed mill- qari sar bil-Malti. Is-sorijiet Maltin mill-kunventi ta’ San Ġużepp ta’ Port Kembla u tal-Qalb Sagra ta’ Ġesù, ta’ Warrawong kienu preżenti. Għal din il-quddiesa kien hemm madwar mitejn u ħamsin ruħ, il-biċċa l-kbira Maltin li ġew minn inħawi kollha ta’ Wollongong.
 
Wara il-quddiesa kien hemm riċeviment fis-sala tal-parroċċa fejn l-ikel kollu kien la Maltija. Fr. Testa rringrazzja lil Fr. David u ħa din l-inizzjattiva biex jiċċelebra din l-okkażjoni meta taħ rigal żgħir. Fr. David wieġeb fejn qal li din l-okkażjoni se tibda tiġi ċċelebrata kull sena.

 
 

 Iż-żgħażagħ jiċċelebraw

 

Mhux kollox hu mitluf għaż-żgħażagħ Maltin f’NSW. Qegħdin isiru attivitajiet li jinkludu fihom ħafna żgħażagħ. Għada kemm ġiet organizzata Assoċjazzjoni għall-istudenti li jattendu jew kienu jattendu l-Maltese Language School of NSW u dawn bdew bil-kbir meta organizzaw coffee morning fil- Magnolea Function Centre f’Horsley Park.
 
L-attendenza taż-żgħażagħ għal din il-funzjoni ssorprendiet lill- organizzaturi. Kien hemm għodwa ta’ varjetà fejn deher il- kantant popolari Malti Joe Apap u anke dak li jagħmilha ta’ Elvis waqt li Augustine Borg fakkar lit-tfal fil-logħob ta’ dari. Joanna Conti mexxiet din l-okkażjoni li ħadu sehem fiha wkoll l-istudenti żgħażagħ li taw wirjiet tal-ħila tagħhom kemm fil- lingwa u l-kultura Maltija.
 
L-għalliema tal-Maltese Language School ħaqqhom prosit ta’ din l-inizjattiva li ppruvat għal darba oħra kif għandna ninteressaw liż-żgħażagħ fit-tradizzjonijiet Maltin.

 

Iż-żgħażagħ ta' l-iskola tal-Malti.

 
 

 Kont taf:

 

Li fl-1989 iċ-ċittadinanza doppja ġiet mogħtija lill-emigranti Maltin.
 

Li fl-1998 ħarġet il-White Paper dwar iċ-ċittadinanza.
 

Li fl-2000 iċ-ċittadinanza doppja ġie mogħtija wkoll lit-tfal tal-emigranti.
 

Li fl-2007 iċ-ċittadinanza doppja ġiet mġedda wkoll lill- ġenerazzjonijiet ta’ wara.

 

KUNTATTI

Nieħdu gost jekk tibgħatuli aħbarijiet mill-komunità biex indaħħluhom f’din il-website li tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 2000 qarrejja fil-ġimgħa.
Ibgħatu lil
lawdimech@optusnet.com.au

 

ARKIVJU

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Tektek Hawn

 
 
 
 
 

 

 

 

Għal iktar aħbarijiet aqraw

toħroġ ma' l-Awstralja kollha
kull nhar ta' Tlieta

 
 

 
 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section  |  Malta Related Links

 

Copyright © 2010 allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by John J. Cassar.