| |
|
|
| |
|
Jekk
veru qatt kien hawn storja ta’ emigrant Malti li rnexxa tassew
fin- negozju u l-ħajja ġdida tiegħu fil-belt ta’ Sydney kien bla
dubju Charles Pullicino li miet ftit ilu fl-eta ta’ 80 sena.
Dan il-Malti li għal xi żmien kien President tal-Phoenician
Club, liema klabb tal-Maltin kien lokat fi Broadway u qabel
ukoll f’naħat oħra bħal George u Brisbane Streets Sydney.
Fl-aqwa tiegħu kien l-ikbar klabb li qatt kellhom il-Maltin
fl-Awstralja.
Charles Pullicino telaq minn Malta f’Diċembru,1949. Mar joqgħod
Broken Hill iżda spiċċa f’Sydney fejn
kompla jgħix sa kemm miet. Iżżewweġ bil- prokura lil
Mary li kienet ukoll magħrufa |
|
Table Tennis fis-sebgħinijiet meta f’Canberra kellna lil Joe Forace bħala
Kummissarju Għoli u li kien ukoll l- Ambaxxatur għaċ-Ċina. Meta
kienu jiġi xi persunaġġ importanti minn Malta bħal Don Mintoff u
oħrajn il-Kummissarju Għoli kien jagħmel użu mid-dar ta’ Charles
u Mary Pullicin f’The Boulevarde Strathfield.

Charles li maż-żmien neħħa l-ittra o mill- aħħar ta’ kunjomu u
sar Pullicin. Kien bniedem karitattiv ħafna u maħbub minn
kulħadd. Huwa rtira fl-eta ta’ 53 u sar dilettant kbir tas-sajd
(game fishing) tant li ħa sehem f’ħafna kompetizzjonijiet kemm
fl-Awstralja u anke barra. Għal dan l-aħħar erba’ snin qabel
mewtu Charles Pullicin kien marid ħafna. |
|
|
|
 |
 |
|
Charles Pullicino |
|
|
|
sewwa mal-Maltin speċjalment kemm damet torganizza
l-Miss Melita EaglesPageant li tant kienet idaħħal
flus għat- tim tal-Maltin ta’ Sydney. Ikkonsagraw iż-żwieġ
tagħhom fil-knisja ta’ Surry Hills u kellhom erbat itfal,
nanniet ta’ disa’ u bużnanniet ta’ seba’.
Bdew kumpanija bl-isem ta’ Strathfield Services u mix-xejn bnew
din il- kumpanija f’waħda li rnexxielha tirbaħ ħafna kuntratti
speċjalment it-twaqqigħ ta’ bini li kien hemm bżonn biex tikber
l- Universitą ta’ Sydney fin-naħat ta’ Broadway, liema kuntratti
servew għal madwar 20 sena.
Ix-xogħol iġib il-ġid u Charles u Mary xtraw dar enormi u
lussusa fl-aqwa ta’ Strathfield, subborg affluwenti. Id-dar
tagħhom saret attrazzjoni għal ħafna riċevimenti memorabbli
għall-komunitą Maltija fost dawk l-iktar miftakra kienet
meta attendiet id-delegazzjoni Ċiniżi tat- |
|
|
|
| |
|
|
| |
|
|
| |
|
Għadu
kemm ġie f’idejja ktieb ġdid riżultat ta’ riċerka dettaljata
mill-ġurnalista veteran Richard Mifsud. Ktieb li qiegħed
nirrakkomanda lill-qarrejja ta’ din is-sit.
L-awtur, Richard Mifsud, jirrakkonta l-istorja ta’ nkwiet u
tbatija li minnha għaddew is-suldati Maltin f’dan il-ktieb ġdid
(bl-Ingliż) bit-titlu “Napoleon’s Maltese Legion”. Huwa
jirrakkonta wkoll l- istorja u d-destin ta’ madwar 40 suldati
oħra Maltin li kienu parti mill-gwarniġjon Franċiż f’Għawdex u
spiċċaw fi Franza meta l-Franċiżi f’Għawdex ċedew. Fi Franza
kien inħoloq id- “Depot de la Legion Maltaise”.
Wara li rebaħ Malta, il-Ġeneral Napuljun Bonaparti mar jinvadi
l-Eġittu. Minn Malta ħa miegħu xi 400 suldati Maltin li kienu
parti mill-forzi tal-Kavallieri. Fl-Eġittu, Napuljun organizza
dawn is-suldati fil-Legion Maltaise (il-Leġjun Maltin).
Fil-ktieb hemm ippubblikata għall-ewwel darba pittura ‘ex voto’
ppreżentata minn eks-suldat tal-Leġjun lis-Santwarju tal-
Madonna fil-Mellieħa. Is-Surġent Michele Tabuni, fid-dedika qal
li: “konna xi 100 suldati Maltin u Franċiżi u ġejna attakkati
minn mijiet ta’ Arab. Salvjana bl-interċessjoni tal-Madonna”.
Din il-pittura hija waħda mill-ftit fdalijiet konkreti ta’ dak
il- perjodu.
L-awtur jippubblika wkoll dokumenti relevanti mas-suldati tal-
Leġjun fi Franza, fosthom il-lista tas-suldati u ittra fejn
il-fizzjali Maltin ipprotestaw kontra l-pjan li l-Leġjun Maltin
jiġi inkorporat fil-Leġjun Taljan (Legion Italique).
Il-ktieb Napoleon’s Maltese Legion għadu kif ġie ppubblikat minn
KoPri koperattiva ltd bħala l-ewwel minn sensiela ta’ studji
dwar l-istorja. KoPri koperattiva ltd kienet twaqqfet biex
tipprovdi taħriġ fid-desktop publishing, ġurnaliżmu u kitba
editorjali lill-membri tagħha u ta’ NGOs. Issa qegħda tniedi l-
Proġett Storja u hemm ippjanati kotba oħra.
Irnexxili nitkellem ma’ Richard Mifsud li nafu sewwa u mill-qrib
bħala ġurnalista veteran li ħadem ma’ l-Union Press għal 40 sena
sħaħ. Dejjem kien jinteressa ruħu fl-istorja politika, soċjali u
militari ta’ pajjiżna. Kien ko-awtur wkoll flimkien ma’
ġurnalista ieħor ħabib tagħna, il-mibki Fredrick Muscat bil-ktieb
“The Dollar Dominos” dwar l-Ewropa immedjatament wara l- aħħar
gwerra. Kiteb ukoll ktieb ieħor bl-isem ta’ “Flames over Malta”
dwar l-inċident mhux tant magħruf tal-Heikel Seaplane |
|
 |
|
Il-qoxra tal-ktieb ta' Richard
Mifsud |
| |
|
Ġermaniż li kien jiġi wżat mill-Ingliż għal
l-ispjunaġġ u l-ewwel attakk mill-ajru fuq Malta li kien
ippjanat fl-ewwel gwerra dinjija (1918).
Richard Mifsud iħobb jirriċerka stejjer u avveniment li mhux
tant magħrufa kif qiegħed jagħmel b’dan l-aħħar ktieb tiegħu
Napoleon’s Maltese Legion. |
|
Aktar informazzjoni dirett mingħand l-awtur:
mifsud.richard@yahoo.com
jew ċempel mobile: (356 9928 1575). |
|
|
| |
|
|
| |
| |
| |
|
|
| |
|
Lid-dilettanti
tal-festa ta’ San Nikola ta’ Plumpton (Sydney) trid
tammirhom mhux għax jorganizzaw festa annwali mill-aqwa
tal-patrun tagħhom li dis-sena se ssir fis-6 ta’
Diċembru iżda għax jorganiżaw attivitajiet oħra
kif ġara dan l- aħħar bil-fiera annwali li tattira
numru kbir ta’ nies. Fniek, Kinnie, ikel Malti u
divertiment kienu bl-abbundanza tul il-jum, Bħas-soltu
Jim Borg u l-President Bill Schembri flimkien mal-membri
l-oħra tal- kumitat ħabirku kemm felħu
biex kulħadd jieħu pjaċir u jiġbru l-flus għall-festa
ta’ San Nikola.

Akkwistajt ritratt tal-kumitat li jaħdem bi sħiħ biex
iżommu t-tradizzjoni tal-Festa Maltija f’NSW. |
|
|
 |
|
Il-Kumitat ta' San Nikola. Fuq
wara mix-xellug: Leli Schembri, Joe Piscopo, Danny Borg,
Jim Sammut, Nick Scicluna, Lorenza Schembri u
Charles Gatt.
Quddiem mix-xellug: Joe Micallef, Nick Schembri, Jim Borg,
Bill Schembri,
Danica Gatt u John Casey. Mhux fir-ritratt Josephine Vella. |
|
|
| |
|
|
| |
|
|
| |
|
Il-Maltese
Association ta’ Canberra u Queanbeyan jidher li kienu attivi
ħafna dan l- aħħar. Kellhom il-festa tal-Bambina
fejn qaddes Fr Claude Borg u kien hemm preżenti l-kor JC minn
Sydney. Wara ħafna nies inġabru fis-sala ta’ St Benedict f’Narrabundah u
kulħadd jidher li ħa pjaċir. Josephine Farrugia, il-President
ġdida ta’ din l-għaqda fil-belt kapital qaltilna li se
jorganiżaw Special Christmas Lunch fis- Southern Cross Club
fit-22 ta’ Novembru fejn kulħadd hu mistieden anki t-tfal
tagħkom. Jekk trid tixtru biljett ikkuntatjaw lil xi membru tal-kumitat.
Minn San Pawl il-Baħar jew in-naħat ta’ madwar u trid
informazzjoni kompleta ta’ x’qed isir fil-parroċċa kull xahar?
Jekk tibgħatulhom l-email tagħhkom tibdew tirċievu l-magazine li
toħroġ il-parroċċa. Ikkuntatjaw lil
|
|
Fr. Joseph Cilia OFMConv.
35, St. Francis Friary, Tower Street, St. Paul's Bay, SPB 3340,
MALTA).
Telephone. Friary (00356) 21573445.
Email: frcilia@yahoo.com |
|
|
 |
|
L-istatwa ta' Maria Bambina
f'Canberra |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nieħdu gost jekk tibgħatuli
aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li
tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 1500 qarrejja
fil-ġimgħa.
Ibgħatu lil
lawdimech@optusnet.com.au |
|
|
|
|
|
Jekk trid taqra
l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|