The Home of Maltese Għana

 

Front Page | Intro Page | What is Maltese Għana? | History of Għana | Għana in Theatre | Photo Album
 Folksingers Listing | Guitarists Listing | Hall of Fame | Fatti u Poeżiji | Artikli bil-Malti | Articles in English | Scrapbook

L-Gharusa tal-Mosta

Fatt li gara f'Malta fi zmien it-Tork

Miktub poezija minn
G.C.

 
 
 

         Misruqa mit-Torok

Zmien jkexkex, zmien li jbazza
kien jirrenja f'din il-gzira,
art li dejjem lil barrani
ghal sbuhitha ggib ghira.

Fuq din I-art ghaziza taghna
graw bil-bosta fattijiet,
imma kwazi l-akbar wiehed
gara f'dawk iz-zmenijiet.

Li fihom it-Tork kienu
sikwit jigu ghal maltin
wisq delitti huma ghamlu
li baqghu imsemmijn.

Gewwa l-Mosta fi zmien l-Ordni
kien jinsab palazz mill-kbar
kien jissejjah Torrri Cumbo
mibni tajjeb daqs is-swar.

Dal palazz ta' Gulio Cumbo
wiehed mill-kbarat Maltin,
ma kellux hlief tifla wahda
l-ghaxqa kienet tal-Mostin.

Kien jisimha "Marjanna"
u gharusa kienet din,
lil certu Toni Manduca
guvni twajjeb u hanin.

Ghad li kien minn go l-Imdina
kienet wisq tirrispettah,
kienet lejh affezzjonata
kienet kwazi tadurah.

Ftit tal-granet kien baqghalhom
biex isir il-mixtieq tieg,
mill-Mostin kollha mistenni .
frattant sar kull ma jimhtieg.

Il-palazz minn ta' missierha
barra u gewwa mzejjen shih,
tant rigali kellhom lesti
jum li zgur hadd ma' jinsih.

Jonqos biss ic-cerimonja
li filghodu kellha ssir,
dik il-lejla kienet turi
fuq l-ucuh kollha, ferh kbir.

F'dan il-lejl li qed insemmi
deher lejn Malta xambekk gej,
kien bil-bandiera Spanjola
u kas tieghu ma taw xejn.

B'hamsin ruh fuqu mbarkati
nizlu kollha f'Bumarrad,
f'Wied il-Ghasel sejrin baqghu
jigru u jaqbzu qalb il-blat.

Bihom hadd ma kien induna
fdak id-dlam gewwa l-widien,
il-kap taghhom "Mulej Hagg"
jigri biss dejjem quddiem.

Hdejn id-dar ta' Cumbo wasal
il-bieb habbat bla zmien xejn,
qal li kien Toni Manduca,
imma kien Haggi Mulej.

Il-purtier malajr fetahlu
Haggi dahal bla xejn zmien
ghaddas rasu baqa' tiela
u ma gharfu hadd min kien.

Hamsin Tork warajh armati
li warajh baqghu dehlin,
bdew ikissru kull ma jsibu,
u iwaddbu ghal maltin.

Lil gharusa pronti serqu
lejn ix-xatt bhal xjaten grew,
fuq ix-xambekk b'ilgiri telghu
lura regghu minn fejn gew.

F'dak il-hin u f'dik is-sahna
jigru gew kollha l-Mostin
sabiex kieku lkoll jithallsu
min dawn il-hafna hallelin.

Bhal sajjetta fuqhom faqqghet
malli fosthom griet l-ahbar
li I-gharusa giet misruqa
tistghu tahsbu x'tahbit sar.

Kien xtaqu li jihallsu
ta' dak kollu li kien sar,
imma tard, ghax minn gol-gagga
il-ghasfur harab u tar.

Nerhu ftit lil Mostin jibku
nerhu 'l Cumbo u l-gharus,
naraw ftit x'sar mill-gharusa
minn dal kiefer malizjuz.

Marjanna fuq ix-xini
kienet giet xi ftit f'sessiha,
tilmah lil Haggi quddiemha
bdiet titolbu li jhalliha.

Lejn l-art taghha ireggahha
fi hdan taghha I-kapijiet,
imma t-talba ta' l-imsejkna
xejn ma kienet lilha swiet.

Mohhu dan kien biss fil-premju
illi jaqla ser imur,
kif go Tripli iwassalha
mill-kap tieghu 'l Gran Sinjur.

F'qasir zmien go Tripli waslu
b'din il-warda tfuh maltija,
fl-ahhar huma lilha hadu
lis-Sultan ta' Barbarija.

Kif lemahha s-Sultan tbellah
wara gmielha tant sabieh,
ghad li biha beda jzieghel
widen ma kenitx taghtih.

"Titbezzax zbejha maltija
lilha pront qal is-Sultan,
gewwa l-Harem jiena nqeghdek
b'kull dgawdija mimli dan."

"Mieghi int xejn ma jkun jonqsok
ferh u hena issib kemm trid
bis-servjenti tkun imfawra
u tghowm dejjem qalb il-gid."

"Jekk kuntenta trid tarani
kif qed tghid int ja Sultan
mill-gdid lili ibghat Malta
l-akbar hena ikun dan."

"Lejn dik l-art ghaziza tieghi
mill-gdid ergghu rodduni
ghalxejn inthom lili sraqtu
minn go hdan niesi hadtuni."

Imma Alla maghha waqaf
wehedha ma hallihiex,
ma ndumux ma nkunu nafu
u naraw kif u ghaliex.

Das-Sultan tifla wkoll kellu
kellha sewwa snin ghoxrin,
verament li kienet Torka
imma l-proxxmu thobb wisq din.

L-isem taghha kien "Assena"
wicc ta' anglu kellha wkoll,
ghal manjieri helwin taghha
l-aqwa qlub din kienet tholl.

Marjanna fethet qalbha
mat-tifla tas-Sultan,
kull ma ghadda minn ghaliha
ma dak Haggi ix-xitan.

Nerhu ftit lil Marjanna
Naraw Malta x'qed isir,
kulhadd jibki u jitnieghed
fuq kulhadd swied ta' qalb kbir.

Ghax qatt ma jistennew kienu
fatt hekk ikrah il-Mostin,
fatt hekk ahrax u feroci
li kien sar mill-misilmin.

F'dan iz-zmien li qed insemmi
jinsab kien certu sahhar,
allura Toni Manduca
ftakar fih u ghandu mar.

Sabiex forsi inebbahhom
minn Marjanna x'kien li sar,
ghadiex hajja, inkella mietet
lilhom dana juri mar.

Fejn tinsab kienet Marjanna
qeghdha f 'Harem is-Sultan
fittxu morru u sibuha
ghax wisq lilha ihobb dan.

Bla zmien xejn Toni mar jigri
fuq xambekk ghal Barbarija
il-Vjagg kollu baqa jghewden
din l-imsrjkna x'ghamlu biha.

F'din il-habta festa kbira
F'Barbarija kellha ssir,
ad unur u kbira gloria
tal-profeta taghhom kbir.

F'dik il-lejla din Marjanna
tisma tfaqqa I-ghanja twila
gharfet f'daqqa lehen Toni
kienet pronta tat titwila.

Min go tieqa ta' gol-Harem
bdiet tissamma dan il-kliem,
qalba nqasmet kif semghetu
ghaxwa tatha bla xejn zmien.

L-ghanja kienet "o sewda shaba"
illi tahbi, tahbi ix-xemx,
lil tal-mewt il-velu tixbah
isbah minnha zgur ma hemmx.

F'dan il-wied minn tat-tbatija,
kollox ckejken farag, serh,
kollox blugha tad-dbatija
hadd zgur fih ma jsib ferh.

Nishet jiena lil xortija
li cahditini minn kull gid,
lanqas qaltli kemm fi hsiebha
twebbes qalba mieghi trid.

Haga biss nixtieq naf minna
u dil haga hija din:
"jekk tibqax tiftakar fija
meta nkun jien mal-mejtin".

Kif ga ghidt li din il-ghanja
qalb Marjanna feriet
ghax li kien il-mahbub taghha
malajr lilha din uriet.

L-ghaliex Toni kien mar Tripli
u n-negozju qabad kien,
ta' Tork liebes qabad jidhol
qalb it-Torok kullimkien.

Kif f'taghha giet Marjanna
lil Assena irrakuntat,
kull ma semghet f'dik il-lejla
kull ma hasset, kull ma rat.

Billi din wisq thobbha kienet
hdejha dahhlet il-gharus
li kif ratu Marjanna
bdiet bla heda lilu dbus.

Il-qarrej hawn jista' jahseb
lil xulxin kif tghanqu bdew,
dmuh bil-bosta kienu xerrdu
x'hassew f'qalbhom kienu wrew.

Toni xtaq li jrabbi I-gwienah
u jharrabha minn hemm gew,
u Assena bhal skantata
ghal imhabba li stqarrew.

Kelma taghtu din ix-xbejba
li l-gharusa ghad taghtih,
jumejn wara dan li ghedna
it-tnejn lejn Malta qabdu r-rih.

Wara vjagg ta'jumejn waslu
u s-Salini dawn sorgew,
nizlu l-art, fost ferh mill-aktar
lejn it-torn mala]r grew.

Bil-wisq ferh Cumbo bihom
bil-wisq ferhu il-Mostin
bil-wisq ferhu nieshom kollha
meta rawhom qawwijien.

Saret festa l-aktar sbejha
li fiha ixxalaw bosta,
ad unur lil Marjanna
il-gharusa minn tal-Mosta.

Lilhom irrakuntat kollox
u kemm talbet lis-Sultan
sabiex hniena minnha jkollu
lilha f'Malta jibghat dan.

Fahhret shih lil dik Assena
ghax rat minnha hniena kbira,
il-ghaliex bis-sahha taghha
tornat regghet lejn dil gzira.

Ma l-imseikna Marjaima
dak il-ghali kedda kien
bil-kbar qtighej illi hadet
spiccat kienet f'qasir zmien.

Deni qawwi kien qabadha
u mis-sodda ma qamitx
wiccha sfar, haddejha dbielu
u wisq hajja ma damitx.

Dak il-ferh li l-Mostin ferhu
nbidel issa f'ghali kbir,
il-mewt le]ha qorbot f'daqqa
ghal xejn sar li sata' jsir.

lt-tabib jiesu maqtugha
ilii kien Callus Mattew
ra li hajja le baqghalha
u bil-wisq niesa ghelew.

Dun Ambrog bis-Sagramenti
kien pront malajr ikkonfortaha
'l Alla huwa beda jitlob
u malajr ivviatikaha.


Fl-ahhar hin tal-hajjaa taghha
l-gharus hdejha sejhet din,
lilu qalet "ghaziz Toni
sejrin nigu mifrudin.

Kollox spicca Toni ghalija
sejra mmur, sejra nhallik
imma ghal dak li ghamilt mieghi
'l Alla zgur nitlob ghalik.

Kieku xtaqt qabel nispira
nigu dlonk hawn imtejgin".
Kif il-patri lilhom bierek
ruhha harget f'dak il-hin.

Funeral sarilha sbejjah
baqa msemmi bosta zmien,
Malta kollha bkietha kienet
vistu ghamlu kullimkien.

Kif difnuha l-gharus siefer
u ghal gwerra dan kien mar,
vittma waqgha wkoll tat-Torok
sew kif wasal dik inhar.

Hawn tispicca din li storja
ta' Marjanna u Tonin
stalett kiefer kellha sservi
ghal qlub kollha tal-Mostin.

Skuza nitlob jekk f'xi haga
f'din li storja jien zbaljajt
imma dana jien ghamiltu
fuq il-fatt li jiena qrajt.

Top - Fuq        Back - Lura