|
L-AĦĦAR TISLIMA LILL
FRANS BALDACCHINO ‘IL-BUDAJ’ |
|
kitba ta'
Manuel Casha |
| |
|
Frans
Baldacchino, magħruf bħala 'Frans il-Budaj’,
kien artist ta ċertu profondita u
intelletwalita li hija diffiċli biex
titkejjel, għax jimpressjonak kemm
jimpressjonak, dejjem kont tħoss li għad
baqa iżjed x’tiskopri fuqu u fuq it-talent
tiegħu.
Meta tqis il-livelli li laħaq u fejn
irrapreżenta l-mużika Folkloristika Maltija
ta’ l-Għana, sew f’Malta u anki barra minn
pajjiżu, ikollok taċċetta li l-Budaj kien
artist fil veru sens tal-kelma. Kien artist
li kellu l-ħila li barra milli jgħolli
il-lingwa u il-mużika Maltija quddiem
il-barrani, kellu wkoll id-don u is-sena li
jikkommunika u li jilħaq kull tip ta’
udjenza, saħansitra anki dawk li ma jifhmux
il-lingwa Maltija.
Fil-Kunċerti tiegħu f’Pariġi mnidija mill-Alliance
Francaise De Malte Frans wera li huwa
artist li b’ħila kbira li kien
jittranxendi il-messaġġ tiegħu mingħajr |
|
 |
|
Fil-Palazz tal-President.
Frans Baldacchino, Salvu Tanti, John
Grima u Manuel Casha |
|
|
|
il-bżonn li
l-udjenza tifhem il-kliem . Fis-CD li ġie ippublikat
mill- Alliance Francaise Frans jgħanni
il-fatt klassiku ‘L-Għarusa tal-Mosta’ fejn l-emozzjoni
u il-melodija tal-Għana tal-fatt kantahom b’ċertu
dieqa u spiritwalita li qanqlet lil udjenza u
daħħlitha fis-sbuħija tal-melodiija tal-minore
li hemm ‘l-Għana tal-fatt’. L- Applaws li jinstema’
fl-aħħar tar-rekordjar huwa xhieda ta' dan.
F'okkazzjonijiet fejn akkumpanjajt lil Frans fuq
il-kitarra fejn ħafna drabi ma kienux postijiet fejn
isir l-għana normalment u drabi oħra fejn l-għana
Malti kien qiegħed jistema għal-ewwel darba, urewni
il-kwalità u it- talent li Frans kien jippossidi.
Il-Budaj kien jaf jaħdem quddiem kull xorta ta’
udjenza, sew jekk kien jgħanni ‘spirtu pront’ f’xi
serata ma sħabu l-għannejja kif ukoll jekk kien fil
Palazz tal-President jew fis-Sala tal- Università.
Imma il-Budaj ma kienx
interessat biss li jgħanni l-għana li tant kien
iħobb u jiddefendi, imma |
 |
|
Frans fi klabb fl-Imġarr.
(Mix-xellug) Frans Baldacchino,
Salvu Tanti, Johnny Grima u Manuel
Casha |
|
|
wkoll li
jwassal il-messaġġ tal-mużika tradizzjonali
Maltija u li jikkumbatti l-istigma li kienet
u għada marbuta ma dan il-ġeneru ta mużika
tradizzjonali Maltija.
Frans Baldacchino kien għannej, kien
awtur, kien japprezza il-mużika klassika u
reliġjuża, kien jinħall wara il-ħoss tal-kitarra.
France kien poeta ta' klassi waqt li
kien ukoll pittur. Il-Budaj kien
skultur u dejjem ħabb l-arti u kien jaf
japprezza is-sbuħija u t- talenti li kien
jara f’artisti oħra.
Frans kien ta fehma soda u darba kien jemmen
f’xi haġa jew f’persuna ma kienx wieħed li
jdur mar-riħ u kien lest jiddefendi dak li
kien jemmen fih jew lil dawk li kien jemmen
fihom b’ditereminazzjoni kbira. Infatti
Frans kien bniedem li darba jaċċettak bħala
ħabib kont taf li għandek
ħabib għal ħajtek.
U jekk |
|
|
imbagħad tkun ġej
inti wkoll minn qasam artistiku fejn tkun tista’
taqsmu flimkien l-avventura tal-kreativita
artistika, allura tkun skoprejt lil Frans fl-aqwa
tiegħu.
U hekk ġara bejni u Frans. Ma tul l-aħħar għoxrin
sena ipprudeċejt bosta bċejjeċ ta’ mużika (daqq
lest/backing tracks) li Frans kanta u għanna
fuqhom f’diversi okazzjonijiet.
Forsi wieħed jimmaġina li kienet
ser tkun haġa diffiċli wisq biex naħdmu flimkien
imħabba id-distanza li teżisti bejn Malta u
l-Awstralja, imma Frans ma kienx wieħed li jibża’
mill-problema u kien jippreferi ifittex
is-soluzzjoni. B’hekk żviluppajna sistema kif stajna
naħdmu flimkien.
F’qasir żmien Frans beda juża dan l-akkumpanjamenti
li bdejt nibgħatlu li ħafna drabi kienu ta tip ta
kitarri u strumenti elettroniċi fejn stajna
nipproduċu u ‘nfassallu arranġamenti li hu stess
kien jissuġerili li jixtieq.
Ta' minn jgħid hawn li bosta drabi kienu jiġu idejat
f’moħħi fejn kont niġġudika li it-tip ta arrangement
kien xi haġa li kienet għaddata għal
Frans, fejn kont nibgħathomlu u hu
kien ikteb il-lirika u jeħodhom fi studju |
|
f’Malta
biex iħallat il-mużika tiegħi mal vuċi
tiegħu. Xi drabi oħra kien jużahom meta kien
ikollu xi okkazzjoni bħal ngħidu aħna meta
ix-Xandir kien għalaq ħamsin sena, fejn huwa
kien għanna poeżija fuq il-kaxxa tar-Rediffusion
biż-żewg swiċċijiet li kienu jaqilbu l-
istazzjonijiet mill-Malti għal BBC.
Wara snin ta dan it-tip ta' ftehim u
arranġamenti kien wasal iż-żmien li nagħmlu
l-ewwel album flimkien b’ġabra ta’ għanjiet
u kanzunetti li fassalna f’medja ta tlett
xhur. Għal darb’ohra il-ħoss kien maħdum
bil- kitarri u strumenti tal-eletriku imma
fuq arranġamenti tal-Għana tradizzjonali
Maltija inkluż id-daqq tal- prejjem li ukoll
kellu jirrifletti id-daqq Malti. Ir-
riżultat kien l-album li Frans stess
semmiegħ ‘Tila’. Frans qalli li dan kien
xogħol fejn bdejna b’tila bajda li fuqa
kellna npittru l-idejat tagħna sakemm
niffurmaw ġabra ta’ għanjiet u kanzunetti,
fejn hu kiteb il-lirika u kantahom u jien
ħloqt l-arranġamenti tal-mużika u b’hekk
ħloqna pittura mużikali.
L-album ‘Tila’ ħareġ is-sena l-oħra u
inbiegħ tajjeb fl-Awstralja u ma dwar
id-dinja fejn jgħixu il-Maltin, waqt li
Frans kien bih xi kopji f’Malta. Imma din
kellha |
|
 |
 |
|
L-album ‘Tila’ li ħareġ is-sena
l-oħra |
|
|
|
tkun l-aħħar tila
li kellu jpitter Frans fl-assoċjazzjoni mużikali
tagħna li kellha tintemm waqt li jien kont Malta,
fejn stajt nibqa’ mmur narah l-isptar sa l-aħħar
jiem sakemm saħtu kienet tant marret għal għar li ma
kienx ipprmettut viżitaturi. L-aħbar tal-mewt tiegħu
imlitni b’dieqa personali li ma nistax nispjega
hawn, waqt li lanqas biss hu possibli li nimmaġina
l-għali u t-telfa li l-mewt tiegħu waqet fuq martu
Pawla u l- familja tagħhom.
Issa li Malta tilfet wieħed mill-aqwa artisti li
qatt ipproduċiet u jien tlift ħabib tal-qalb u
kollega fil qasam tal-mużika u fl-Għana Malti,
naf li ż-żjajjar tiegħi f’Malta
fil-ġejjieni ser inħoss il-vojt tiegħu. Imma
il-viżti tiegħi għand Frans u Pawla ta l-imgħoddi
iħalluli memorji sinjuri u memorabbli.
Kont inċempel lil France kif nasal Malta u niftiehem
ġurnata meta nkun nista’ mmur narah. ‘Meta ġej
s’hawn” kien jistaqsini…”ara qis li tibqa’ hawn u
kull biċċa ħobż magħna ta… eh bilħaqq għandi
xi ħaġa xi nsemmek … |
 |
 |
|
Il-mitħna ta Birkirkara |
|
|
għidli
x’jidhirlek”.
Dejjem apprezzajt id-diskors li kien jgħaddi
bejnitna meta kont immur f’”Dar San Guzepp”,
f’Birkirkara, fejn l-ewwel parti taż-żjara
tiegħi għand il-budaj kienet tibda fil
garaxx fejn kien jurini l-istawi u l-
pitturi li jkun għadu kif lesta, waqt li
jsemmalli l- aħħar xogħol li jkun għamel fuq
is-CD player li kellu fil garaxx. Meta
kienet tajtilna Pawla mbgħad konna nidhlu
ġewwa fil-karma tal-ikel fejn Frans jibda
jiċċajta u drabi oħra jitkellem bl-akbar
serjetà fuq suġġetti li kien jemmen bihom
bil-qawwi.
Pawla kienet dejjem
issajjar xi ħaġa tradizzjonali
Maltija li kienet tkun taf
li jien ma tantx niekol bħala l-Awstralja.
Ma nistax nenfasizza biżżejjed hawnhekk
l-ospitalità u l-ħbiberija li dejjem sibt
għand Frans u Pawla.
Sa tlett snin ilu jien u Frans konna mmorru
nimxu lejn |
|
|
il-kampanja fl-inħawi ta Birkirkara l-antika,
il-ġonna ta Sant Anton Sant Anton u anki konna nżuru
l-knejjes fl-inħawi, għax Frans kien bniedem li baqa
jgħożż it-tradizzjonijiet Maltin speċjalment dawk
reliġjużi, imma ma jfissirx li ma kienx jagħmel
mistoqsijiet fuq il-filosofija reliġjuża għax kien
bniedem studjuż u kemm il-darba kien jikkwota
passaġġi mil-vanġelu jew xi kitba ta' Santu Wistin
jew mill-bibbja.
Qatt ma’ ninsa l-Frans jagħtini id-direzzjonijiet
biex nasal Birkirkara, billi jien kont nivvjaġġa
bil-karrozza tal- linja… “ara aqbad dil-karrozza li
tibqa’ tila għan Naxxar… għidlu jwaqqfek fejn
il-mitħna ta' Birkirkara…. Jien
ikun nistenna fl-istejġ”.
Kont nammira li bniedem tal-poplarita u ħila tiegħu
kien tant ġeneruż u jieħu ħsieb …u meta kont nasal
kont insibu jistennini fl-istejġ tal-karozza… avolja
kont drajt ir-rotta sew u ma kienx hemm bżonn
joqgħod jistennini, imma kif jgħidu fl-għana ‘dik
kienet il massma ta’ Frans ‘il-budaj’ … kien bniedem
li jieħu ħsiebek’.
|
|
Meta mort
inżuru, kif wasalt Malta, din id-darba, bħas-soltu
sibtu jistennini fix-xemx taħraq fix-xelter
tal-karrozza tal-linja. U kont drajtu li
meta kont nerġa lura d-dar kien jimxi miegħi
sa’ l-istess bus xelter sakemm tiġi
l-karozza tal-belt.
Ħaġa li kienet tiskantani li biex il-Budaj
jimxi dik il- mixja qasira kien ġieli
jwaqqfuh numru kbir ta nies biex jagħtuh
prosit fuq l-aħħar dehra tiegħu fuq it-
televizzjoni jew il-poeżija li għamel fuq ir-radju
jew l- aħħar CD li kien ħareġ li din
id-darba kienet “TILA” li kellha tkun
l-aħħar Tila kellu jpitter…
Frans Baldacchino ‘il-budaj’ issa ħalla din
id-dinja, imma il-kontribuzzjoni artistika
tiegħu tibqa’ wirt prezzjuż għal din
il-ġenerazzjoni u dik li għad tiġi warajna. |
|
 |
|
Manuel Casha u Frans Baldacchino l-Budaj
fil-ġnien ta' San Anton |
|
|
|
Email address:
manniec@optusnet.com.au |