The Home of Maltese Għana

 

Front Page | Intro Page | What is Maltese Għana? | History of Għana | Għana in Theatre | Photo Album
 Folksingers Listing | Guitarists Listing | Hall of Fame | Fatti u Poeżiji | Artikli bil-Malti | Articles in English | Scrapbook

Irvell waqt il-funeral tal-Budaj

kitba ta'
John J. Cassar

 

Kien tajjeb li wiehed jistenna jghaddi ftit taz-zmien qabel ma’ wiehed jiverika u jilmenta dwar il-funeral ta’ Frans Baldacchino "il-Budaj", imma dan kellu jsir biex forsi l-izbalji li saru, l-quddiem ma’ jergax jigu r-ripetuti.

Nibda’ bli gara fil-knisja. Waqt li Dun Eric Overend, l-Arcipriet taz-Zejtun kien qed jindirizza lill fidili, ghamel hafna kliem sbieh ghall Frans "il-Budaj", fejn fosthom qal, li l-Budaj kien ragel li minn dak li kellu, qatt ma’ kien izommu ghalih, u kompla jghid, li mhux ghall flus kien qed jghid, ghax dawk m’huma xejn, imma ghat-talent u d-don li kellu li f’hajtu qasmu mas- socjetà. Kliem veru sabih, imma ftit hin wara, qabel ma’ ghamel l-gheluq, instema’ jghid li lill Budaj ma’ kienx jafu. Jien insaqsi "Allura jekk ma kontx tafu, x’kien dak il-kliem kollu li ghatt fuq il-Budaj? Dan il-kliem kien hemm ghalfejn jintqal, specjalment meta hemm martu u uliedu prezenti?".

Kieku dan kien kollox, kieku ma’ gara xejn, ghax zball fil-kliem kullhadd jista’ jiehdu, imma l-aktar wahda gravi saret meta nizel minn fuq l-artal u mar jiehu b’id il-President ta’ Malta li kien prezenti ghall funeral, u injora ghall kollox lill mart u ulied il-Budaj, kif kien jixraq, u kif kien ghandu jkun. Lanqas indenja ruhu jmur jaghtihom l-omor !!

Barra dan kien hemm ohra. Meta telghu il-kitarristi Kevin Spagnol "it-tifel tal-Kelba", Steve Ciantar "Il-Furkett" u Zeppi Spagnol "il-Kelba" biex idoqqu l-Ave Maria, l-Arcipriet donnu ma’ hax gost u ried li jieqfu mid-daqq. Charles Mangion "iz-Zubina" qam minn fejn kien u mar fuqu u qalu "Mela ma tafx li sa jghannu ghanja lill Budaj?" Fi kliem Charles Mangion "Donnu li derlu x-xitan dak il-hin, dar lejja u qalli ...", "Jekk tridu tghannulu morru c-cimiterju u tistaw tghannulu 24 siegha, issa sar hafna hin u ma nistax nibqa’ nistenna". X’kien qed jistenna dan, xarabank ghall tas-Sliema? It-tlett kadanzi li wara ghannew barra l-knisja, kull ma’ hadu kienu 4 minuti.

Fil-waqt li kienet qed tin-daq l-Ave Maria mill-kitarristi, kien hemm mara li kienet tkanta mal-grupp ta’ l-opri u qalet lil l-istess Charles Mangion jghidilhom biex jieqfu. Hu spjegala li dawk, kienu qed jonoraw lill Budaj bl-Ave Maria li kienu qed idoqqu, u ghandhom jispiccaw kif ghandu jkun. Is-Sinjura rrispondiet "Le ... il-hin ta’ l-Ave Maria skada u qed ikomplu jgebdu". Mela anki din is-sinjura kienet qed tistenna xarabank, jew taxi? Kemm kienu mghagglin dawn in-nies?

Wara li hargu lill Budaj barra u dahluh fil-karozza tal-mejtin, haga li ghaz-Zwieten mhux tas-soltu, ghax normali li t-tebut jingarr fuq l-ispallel sac-cimiterju, inqala’ hafna ghajjat, u fost minn kien qed jghajjat instema’ lehen Zeppi "l-Kelba" ghax sa’ issa ma’ irdghuhomx li jghannu. F’dak il-hin Zeppi qabad il-kitarra u ma’ Steve "il-Furkett" u fuq inizjattiva tan-nies prezenti, li sa issa kienet ingabret folla kbira, Zeppi ghanna ghanja ghal-Budaj. Warajh ghanna kadanza ta’ bi tlieta Kelinu "is-Superstar", wara dan ghanna kadanza Fredu "iz-Zejtuni" u fl-ahhar ghanna kadanza ohra Toni "Ta’ Pinu". Erba’ minuti b’kollox!! Dak kien il-hin li l-arcipriet taz-Zejtun rah zejjed ghall funeral ta’ stilla mhux biss ghaz-Zejtun li kien il-post fejn twieled u tant kien ihobb, imma wkoll stilla ta’ l-ghana u l-folklor Malti.

Zball iehor li sar kien li kuruna tal-fjuri ghall-Budaj, gejja mill-Ministeru ta’ Zammit Dimech, hallewha barra ma’ genb il-bieb principali tal-knisja. Dan ma’ kienx gest sabih, ghax li kieku il-Budaj fettillu jqum minn fejn kien u ra dak li sar, jien zgur li kien jixher bir-rabja ...

Inkompli ...

Il-lum, xi jumejn wara li poggejt dan l-artiklu fuq il-website, ircevejt email minn ghand il-habib tieghi Charles Mangion "iz-Zubina" fejn qalli, "John, Xi haga ta’ l-iskantament, kont qed nisma’ DVD fejn qed jghanni il-Budaj u fl-ewwel ghanja tieghu qala’ hekk, din tista’ taghmilha taht l-artiklu ..."
 

Meta n'nifs li tghani Alla
Jigi z-zmien biex johoduli,
Jien nistieden lill ghannejja
Jigu wrajja biex jghannuli....


Dan juri kemm kienet ix-xewqa tal-Budaj li jkun hemm xi ftit ghana fil funeral tieghu.

Top - Fuq        Back - Lura