|
Bil-mewt bikrija
ta’ Frans Baldacchino ‘Il-Budaj’ bla dubju waqfet
hesrem l-isbah ghanja. Waqt li jsellem lil Frans,
Charles Flores jaf li m’hemmx kejl kif tista’ tqis
il-vojt li halla warajh ‘Il-Budaj’, kif m’hemmx
kliem bizzejjed biex tfisser il-fondoq li halla
fil-qlub ta’ dawk li kienu jafuh kemm bhala ghannej,
kif ukoll bhala habib...
Il-mewt bikrija ta’ Frans Baldacchino ‘Il-Budaj’
hasdet lil hafna li kienu jafuh u jghozzuh bhala
habib. Ghax l-ewwel u qabel kollox, Frans kien
bniedem b’qalb tad-deheb, dejjem lest jisma’ u
moghni b’modestja li tghaggbek meta tqis il-hiliet
artistici kbar li kellu u l-popolarità li kien
igawdi fost gensu.
Meta nhasad minn fostna Frans Baldacchino, waqfet
hesrem l-isbah ghanja Maltija. Kien hu l-ghannej li
rega’ ta identità lill-ghana tradizzjonali Malti
billi ma ddejjaq xejn jibdel u jesperimenta, billi
jsostni l-htiega ta’ versi tajbin, ta’ daqq serju
tal-kitarra u ta’ l-uzu u t-thaddim ta’ lehen li
jiftiehem mill-kotra li regghet bil-hrara tisma’
fil-hwienet, fl-imsierah u sahansitra f’fortizzi ta’
pregudizzju kontra t-tradizzjoni popolari bhalma
huma l-Università u l-Palazz tal-President.
Ma’ Frans Baldacchino ma kienx ilni wisq li qattajt
ftit hin tal-mistrieh. L-imhabba taghna ghall-poezija
minn dejjem gibditna ghal xulxin. It-tnejn li ahna
kellna lil Karmenu Vassallo bhala wiehed mill-poeti
favoriti taghna, u t-tnejn li ahna ndommu l-versi,
anki jekk fi stili ghal kollox kontrastanti.
Iltqajna fil-kumpanija ta’ habib taghna t-tnejn -
Manuel Casha, kittieb, kompozitur u studjuz tal-ghana
li kien ghadu gej mill-Awstralja - biex morna kilna
bukkun flimkien u billejna grizmejna b’daqsxejn
inbid.
Frans kien fil-burdata li jiccajta... maghna u ma’
dawk li servewna. Meta konna kwazi lesti biex
nitilqu, skuza ruhu u warrab ftit. "Biex inpejjep
sigarru barra," qalilna. Ma qalilniex, izda, li fi
triqtu ’l barra kien se jieqaf ihallas ta’ kollox.
Kien kollu ghalxejn li ppruvajna talanqas inhallsu
sehemna. Frans hekk kien. U meta ghidtlu li allura
"kontra qalbna" kien se jkollna nergghu niltaqghu
ghal ikla ohra ma ndumux sabiex din id-darba naghmlu
tajjeb ahna, tbissem wahda. Mhux b’xufftejh biss,
izda anki b’ghajnejh li kienu jafu jghannu daqsu.
F’dik l-istess laqgha taghna, izda, Frans bhal donnu
kellu tehbir-il qalb. F’waqt minnhom dar fuq Manuel
u qallu: "U jien, mhux dalwaqt immut?" L-attakki li
kien digà kellu ma nsiehom qatt. Nistqarr li t-tnejn
li ahna hadna dak il-kumment bhala xejn aktar
mill-karba dejjiema ta’ l-artist, dak l-artist etern
li, soghbien, jaf li l-hajja mhix hlief glieda u
l-glieda mhix hlief hajja.
Meta dan l-ahhar iddahhal l-isptar, bhal donna
hadnieha b’fazi qasira ohra li tigi u tmur. Kemm
morna mqarrqin. Ma konna nobsru qatt li se
jisirqulna lill-Budaj. Ma konna nifhmu qatt li
kienet se tieqaf, daqshekk bla kliem u bla sliem,
l-isbah ghanja. Kont sirt naf li meta Manuel zaru
bis-serqa fl-isptar, il-Budaj mhux dwar x’kellu hu
ried jitkellem, izda dwar il-mewt ta’ missieri li
kien ghadu kemm halliena u li dwarha kien sar jaf xi
jiem qabel. Hekk kien Frans mal-hbieb u l-mahbubin
tieghu.
Inutli tikteb dwar il-vojt li l-Budaj se jhalli
fil-qasam tal-ghana Malti, ghax fil-qlub ta’ kull
min kien jafu u kellu x-xorti jaqsam xi waqtiet
mieghu, se jhalli fondoq ta’ bla tarf. L-ebda kejl
sentimentali ma jista’ jaghti hjiel tal-fond. L-ebda
vokabularju m’hu bizzejjed biex jaghti stampa shiha
ta’ Frans. L-ebda tislima m’hi se tolqot l-aspetti
kollha ta’ hajtu, kemm bhala bniedem, bin
il-haddiema bhalna, kif ukoll bhala artist-ghannej.
Cert, izda, li jinsab kuntent li kompla bit-tieni
parti tal-vjagg tieghu bina midjunin mieghu, u mhux
il-kontra. Issa fejn se naqbdu npattulek u nhallsu
ahna ta’ l-ikel u l-inbid, Frans? |