The Home of Maltese Għana

 

Front Page | Intro Page | What is Maltese Għana? | History of Għana | Għana in Theatre | Photo Album
 Folksingers Listing | Guitarists Listing | Hall of Fame | Fatti u Poeżiji | Artikli bil-Malti | Articles in English | Scrapbook

Frans Baldacchino, "il-Budaj"

kitba ta' Philip Borg - Birkirkara
l-orrizont - 24 ta' Gunju 2006

 

L-ahhar li tkellimna kien ir-Razzet tal-Markiz, il-Mosta wara serata ghana u poezija nhar il-Gimgha 2 ta' Gunju. Konna drajniha, appuntament ta’ kull sena. Kont imzejjen b’tizwiqa ta’ talenti kbar hsieb, qalb, mohh u lehen bellusi li Alla, li mort hdejh, issa jaf sew kemm gennejt nies bihom! Ma bsart qatt li tliet gCimghat wara se nkun qed insellimlek, habib!

Konna girien u sikwit nitkellmu. Kont tbellahni kif minkejja l-popolarità tieghek bqajt l-istess habib, umli, sincier u twajjeb, li kont naf sa mis-snin 70 meta gejt toqghod hdejna Birkirkara. Kont nara l-lehma ta’ ferh f’harstek meta kont tirrakkuntali x’hejjejt ghal din jew dik l-okkazjoni u kienet x’kienet tkun l-udjenza quddiemek, int kont dejjem tibqa’ "il-Budaj" li jrid jitkellem mal-bqija ta’ hutu l-bnedmin, bil-ghana mirqum u hlejju u bil-versi li dammejt bi hsibijiet ta’ l-aqwa poeta!

Zortok fil-garaxx biswit id-dar u ndfarna flimkien nammiraw it-tpingijiet tieghek li mbaghad, snin wara, minkejja l-umiltà kbira tieghek, ikkonvincejtek ittella wirja bihom ghand hbiebna ta’ Talent Mosti. Gie zmien meta kont tiehu gost tghanni xi taqbiliet li nkun ktibtlek ghal xi okkazjoni. X’don kbir kellek Frans, biex lil kelma fqajra taghtiha l-hajja! Fil-faqar tieghi hassejtni dejjem ixxurtjat li missejt farka mat-talenti kbar li silfek Alla tul hajtek!

L-ahhar wahda ktibniha ghal dik li kellha tkun l-ahhar serata tieghek maghna, fir-Razzett, il-Mosta. Min kellu jghidilna habib, li dwak il-vrus dwar Alla kellhom ikunu tislima dejjiema u mhux biss ghanja bhal eluf ta’ ohrajn li bihom paxxejt u ferraht l-ikbar pjazez, teatri u knejjes!

Ghaziz habib, hallini nsellimlek bl-ahhar zewg kadenzi li ktibna. Jghoddu ghalik, jghoddu ghalija, sakemm nergghu niltaqghu, min jaf meta...forsi ma ndumux. Habib!
 

U kemm talb, gakulatorji
ivvintajna tul is-snin
biex ninhbew wara subghajna
- sibnih komdu lill-Bambin!

Nahbu l-faqar ta’ dan mohhna
dejjem moghbbi bit-thewdin,
ninsew spiss li Alla jfassal
ta’ kulhadd il-kbir destin!

Nisthajjilkom qeghdin tghidu
jaf x’jghid sewwa "il-Budaj"
Jekk jien nghanni ghax silifni
dan it-talent ghax huwa r-raghaj

li jindokra l-merhla kollha,
tani sahhti u zammni haj!
Ghaliex, hbieb, Alla jmexxina
u jehlisna minn kull gwaj!

Top - Fuq        Back - Lura