The Home of Maltese Għana

 

Front Page | Intro Page | What is Maltese Għana? | History of Għana | Għana in Theatre | Photo Album
 Folksingers Listing | Guitarists Listing | Hall of Fame | Fatti u Poeżiji | Artikli bil-Malti | Articles in English | Scrapbook

Hsibijiet

kitba ta'
Steve Borg (Ricerkatur ta' Etnika)

 

It-telfa tal-Budaj hasditni minn gewwa ghaliex qatt ma stennejt li se jhallina hekk malajr f'qasir il-ghomor. Id-dieqa, jew ahjar ir-rabja, tieghi hija akbar meta nqis li Frans ittihdilna minghajr lanqas kellna l-hin nghidulu "sahha habib". Lil Frans ili naf bih is-snin minn mindu bdejt insegwi l-ghana u mill-ewwel laqatni kif kellhu stil ghalih. Il-kisra tieghu mmut ghaliha. Meta ftit wara li waqafna l-grupp Etnika fis-sena 2000 mill-ewwel semmejnih bhala ghannej ta' min jorbot kusu mieghu. Huwa mill-ewwel wera nteress li jiehu sehem fil- progetti taghna. Bhal f'Bumbum l-2003 u Zazu Klabb tal- 2005. Trid tara l-Budaj gej qajl qajl bil-mixi minn Birkirkara sa' l-Imsida fejn kienu jsiru l-provi, jidhol kwiet kwiet, b'sigarru mitfi f'halqu, ipoggi bil-qieghda u jsegwi sakemm jasal il-hin tieghu biex jibda jitharreg fuq xi ghanja gdida. U l-Budaj kien bniedem li jaf jaghti parir, jistaqsi u lest ghall-gdid.
 
Idahhaqni meta bl-ispontanjeta tieghu johroglok dik il-kritika fina tieghu lejn l-amministrazzjoni, bhal ma ghamel is-sena l- ohra meta fl-ewwel lejla ta' Zazu Klabb taht il-lift tal- Barrakka qabbel fl-ispirtu pront kif il-gvern se jispicca jgieghlna naqbzu mil-lift minhabba l-kontijiet gholja tad-dawl u ilma, il-famuza 'aggustament'. Kien hemm min stira sidru u qarras wicchu 'ma l-Budaj hekk ried iwassal. Xogholu t'ghannej li jwassal f'kuntest attwali dak li kien f'fomm in- nies. Dhalt wara l-palk b'tazza nbid u sibtu hemm bil- qieghda. Qalli "X'tahseb? Kif morna?" Kien jaf li ftit jew wisq kellna l-istess konvinzjoni politika. Ghidtlu "Bomba Budaj, ilqat il-musmar  fuq  rasu.  " U  dahaq  dik  id-dahka  kwazi  siekta

 

Frans Baldacchino "il-Budaj"

tieghu. U maghha t-tbissima. It-tieni lejl qabad ma' tal-VAT li riedu jaraw l-ircevuti wara l-ewwel serata.

Sena wara sena l-President Emeritus l-Ecc. Tieghu Gwido Demarco jigi l-kuncerti ta' Etnika. U filwaqt li nkunu qeghdin nitkellmu bejn silta u ohra dwar il-hsieb tal-melodija, tahnina, kanzunetta jew ghanja, ghajnejh jixghelu hekk kif jara l-Budaj fuq il-palk. Kemm kien ihobbu lil Frans. Mhux se nkun qed nikxef xi sigriet statali meta nghid li kien idur fuqi u jghidli: "Ighid wahda lill-Budaj li nixtieq nifrahlu. Imma kemm hu bravu!" U mmur nghajjat lil Frans hekk kif ikun hemm il-waqfa halli jifirhu b'xulxin. Kif stqarr il-President Emeritus Demarco f'kummenti lill-istampa Maltija, kemm il-darba stiednu jghanni fil-palazz, fosthom ftit snin ilu b'kuncert fil-palazz ta' Verdala, fejn flimkien ma' Etnika konna tajna kuncert f'gieh il-Malta Community Chest Fund. Hbieb ohra li naf li kienu jhobbu jsegwuh mill-vicin huma l-parlamentari Evarist Bartolo u Karmenu Abela, Zejtuni bhalu. Kien isegwi mill-vicin lill-kantawtur Walter Micallef, li jiena nippromovi.

Meta flimkien ma' Jason Micallef konna qeghdin intellu l-programm popolari fuq TVM 'Kif ghaddha z-Zmien' u kellna t-tertuqa tal-waqgha tal-ajruplan Vulcan fuq Haz-Zabbar fl-1976 ridna xi muzika fl-isfond. Kont naf li l-Budaj kien hareg xi zigarella tal-fatt u cempiltlu. "Ejja ghada u naghtik kopja" qalli. Ma ghandnix xi nghidu, vera li kien qed jinghata pubblicita taz-zigarella, imma l-Budaj kellhu qalbu f'idu, lest li jghin lil min kien genwin u jhobb l-ghana mhux bhala esperjenza vojeristika, bhan-nemmies li jkun hemm wara l-persjana, izda min iridha tidhol go qalbu.

Niftakar li qatt ma kont ghidtlu li meta ltaqjt mal-mara tieghi, Mostija, ghamilt lejl nisma' l-verzjoni tieghu ta' l-Gharusa tal- Mosta, li giet mahruga fuq is-cd li hareg ma Karmenu Bonnici l-Bahri fl-1992 fi Franza. Fis- snin li ghamilt  bhala  xandar  mal-PBS  kienu  hafna  dawk id-dilettanti tal-ghana li qaluli li xtaqu jisimghu xi

Il-Budaj u Toni Spiteri tal-Gebel waqt il-festival ta' Etnika li kien jismu' BumBum fl-2003

 

zigarella antika jew diska tal-faham li fuqha hemm  il-Jocc jew ix-Xudi. Ohrajn kienu jikkumentaw dwar kemm ihobbu jisimghu l- ghana Portugiza l-fado li kont naghzel ghas- semmiegha. Fil-Portugall, minbarra l- ghana ta' Lizbona hemm dik tal-belt kapitali l-qadima Coimbra. Din hija aktar maghrufa ghall-kliem li fih aktar x'tomghod, aktar imdawwal. Kieku l- Budaj kien Portugiz hemm kont inqieghdu, mal-fadisti ta' Coimbra. Il-Budaj qatt ma beza jidhol fi stili godda, biex jaghtina ghana ma' Toni tal-Gebel bhal X'se Nghannu, ghad-daqq tal-istrumenti tradizzjonali u le ta' Etnika, fosthom il-kuntrabaxx imdaqq minn Oliver Degabriele, in-neputi ta' Pawlu l-Bies.

Kien unur ghalija, Wied il-Ghajni, li nigi mitlub sabiex naqra l-ewwel lezzjoni fil-quddies tal- funeral tieghu fiz- Zejtun. Kien hsieb tajjeb li waqt  il-konsagrazzjoni  smajna zewg ghanjiet

minn tieghu. U kienet kommoventi hafna li smajna lill-ghannejja shabna fosthom Zeppi Spanjol il-Kelba, Toni Spiteri tal-Gebel u l-Fredu Abela z-Zejtuni u jidhirli Mikiel Cutajar is- Superstar sellmulhu bid-dmugh f'ghajnejhom fuq iz-zuntier tal-knisja. Kien mument ta' passjoni u tqanqil il-qalb u tant nispera li xi hadd gibed forsi narawh imxandar fuq dan is-sit iddedikat b'tant hegga ghall-ghana.

Ghal dawk li forsi nhasdu bid-daqq tal-grupp Etnika fuq iz-zuntier, dawn kienu qeghdin iwettqu x-xewqa tal-Budaj li kien talabna sabiex indoqqulhu "Il-Festa ta' Babu" waqt il-funeral tieghu. Din kienet mehuda mill-festival Bumm Bumm, fejn Frans kellhu habta li b'hena kbira jibda jixghel is-suffarelli bis-sigarru hekk kif nispiccaw il-kuncert. U ghalhekk is-suffarelli fuq iz-zuntier.

L-ghomor lill-familja tieghu. Li nistghu nwieghdu huwa li se naghmlu minn kollox sabiex il-ghana tal-Budaj tibqa' maghna. Grazzi, ghaziz Frans ta' dak kollhu li ghamilt ghall-kultura Maltija u ghall-ghana li tant kont thobb. Tibqa' f'qalbna u nsellmulek. Issa strieh habib.

Top - Fuq        Back - Lura