|
qed nesprimi hawn,
huwa tifwira profonda ghat-telfa ta’ bniedem uniku,
li mhux biss habb u rrispetta lil Malta u dak kollu
li hu Malti tajjeb, izda wkoll ghaliex dan
il-bniedem uniku halla warajh wirt ghani ta’ qima
lejn gensu u lejn l-Ilsien Malti li huwa tant zamm
fl-oghla qcacet ta’ fehmtu.
Huma bosta t-talenti sbieh u gheziez li Frans Baldacchino, Il-Budaj, halla
lill-gens Malti. L-aktar wiehed li se jibqa’ maghruf
ghalih huwa sintendi, ta’ l-ghana hlejju li
hallielna b’wirtu. U din il-ghalqa ghammiela ta’
l-ghana tieghu, tant hija kotrana li, min jixtieq
izurha biex igedded u jgawdi l-benna taghha, ghandu
librerija shiha fiex jimrah u jaghzel mill-gherf ta’
l-ghannej mahbub.
Izda Frans Baldacchino kien aktar minn ghannej
populista. Kienu bosta l-waqtiet u s-sighat twal u
prezzjuzi, ma jintesew qatt, li huwa u jien qattajna
flimkien, fil-ghozza ta’ xulxin, inpartu l-hsibijiet
dwar Malta, il-Maltin u l-Malti; hsibijiet fuq l-eternità
u l-ezistenza (huwa kien dejist konvint).
Kemm sighat ghaddejna gewwa l-kamra privata tieghu,
dik ir-remissa gewwa Birkirkara, mnejn hargu dawk
il-versi helwin u ta’ l-ikbar ghaxqa. U l-hin kollu,
jiena aktarx nisma’ milli nitkellem, waqt li
fl-istess hin kont nitghaxxaq bil-hila vasta ta’ dan
l-artist li pinga l-pajsagg Malti, l-ambjent rustiku
ta’ l-ghannej ghalliem, id-diversi profili li pitter
ta’ nies maghrufa (politici, artisti, awturi, ecc.)
u dan l-ahhar snin kien taha wkoll ghall-iskultura
tal-vari. Kien ukoll attur ta’ hila u pprezenta lil
pajjizu bosta drabi barra minn Malta. Mhux ta’
b’xejn li n-nies habbitu.
Malta tilfet bniedem kbir, tant, li madwar id-dinja
kollha, kull fejn jinsabu rqajja’ ta’ Maltin –
fl-Awstralja, il-Kanada, New Zealand, l-Ingilterra,
l-Amerka u sahansitra go Franza (Parigi u Marsilja),
it-Tunezija (Tunes), il-Libja (Tripli), Grecja (Korfù)
u t-Turkija (Smirna u Istanbul), kull Malti li qatt
kellu x-xorti jisma’ l-karba unika tieghu, tbikkem
fih innifsu, ghax gharaf li halliena bniedem kbir.
Frans Baldacchino, Il-Budaj, kien Malti sa ruhu.
Kien Malti li radd l-oghla gieh lil pajjizu, lil
gensu u lil ilsienu, bil-hila unika li rawwem fih
innifsu permezz tal-qari fit-tul bil-ghajnuna tal-kontemplazzjoni.
Kien individwu mill-aktar sincier, kalm dejjem,
irpuzat, riflessiv, bilancjat u b’mohh dejjem miftuh
ghal kelmet il-gherf.
Il-ghannej tal-Kelma Maltija li nebbah nazzjon,
il-ghannej tar-Ruh Maltija, mar jistrieh f’dik l-eternità
li huwa u jiena tant iddiskutejna ghal sighat twal,
fil-passiggati diversi taghna gewwa l-kampanja
Maltija. Ghalkemm issa fommu siket, il-kelma kollha
benna, mimlija hsibijiet fini ta’ l-ghannej li nifed
kull qalb li semghetu, ma tintefiex mal-kurrent ta’
buffura ghaddiena.
Minn fomm Il-Budaj innifsu, isimghu hbieb il-kelma
umlija ta’ l-Ghannej tal-Kelma Maltija:
“Minn dejjem xtaqt li meta nkun nghanni, noqrob lejn
il-poezija, imma, hsus poetici li kont inhoss go
fija, qatt ma stajt nesprimihom bl-ghana spirtu
pront, peress li l-poezija talbet minni li nieqaf
biex nahseb fil-fond… il-poezija vera hija difficli
biex tohrogha bl-ghana spirtu pront… ma nippretendix
li nhabbatha ma’ xi hadd bil-poezija tieghi… Wara
kollox ghandi ruh u qalb bhal haddiehor, u dak li
nhoss, inhozzu kif naf jien u nhossni sodisfatt…”
Il-kumplessità ta’ persuna kbira bhalma ddiskutejt
bil-heffa hawnhekk, ma jistax ikun li tippermettili
rrodd stampa shiha u komprensiva tal-bniedem eroj
bhalma kien Il-Budaj. U jekk kien hemm persuna li
hadmet b’sincerità profonda fit-twemmin taghha f’dak
kollu li huwa Malti tajjeb u li sthoqqilha
l-konoxxenza tal-gieh mill-Istat Malti, u din
baqghet ma naghtatlux, Il-Budaj Frans Baldacchino,
l-ghannej li nebbah nazzjon, l-ghannej li nifed
is-safef socjali kollha tal-poplu Malti, jispikka
fil-quccata ta’ dawk li garrbu l-istess nuqqas
nazzjonali.
Jekk demgha wahda minn tieghi, habib ta’ gewwa,
troddlok imqar il-lealtà genwina u dejjiema tal-kotra
li habbitek ghal li kont int ghalina, jalla l-kanali
t’ghajnejja jinxtorbuli mix-xmara gelgul tar-rispett
misthoqq li gensna, b’misthija nazzjonali, triegheb
minnu.
Sa ma nergghu niltaqghu (tghid?) habib, insellimlek
bil-kelma helwa li ghallmitni ommi Maltija; SAHHA! |