The Home of Maltese Għana

 

Front Page | Intro Page | What is Maltese Għana? | History of Għana | Għana in Theatre | Photo Album
 Folksingers Listing | Guitarists Listing | Hall of Fame | Fatti u Poeżiji | Artikli bil-Malti | Articles in English | Scrapbook

Lejla ta' Tifkira ta' l-Għannej
FRANS BALDACCHINO "IL-BUDAJ"

Fiċ-Ċentru Robert Samut, Il-Furjana
L-Erbgħa, 6 ta' Settembru, 2006

 

Il-lejla 6 ta' Settembru 2006, fis-Sala Robert Sammut il-Furjana saret tifkira mistħoqqa lil kbir għannej, Frans Baldacchino, il-Budaj. Din is-serata ġiet organizzata mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol u taħt l-awspiċi tal-Ministru Louis Galea.
 
Wara introduzzjoni ta' Charles Coleiro, intwera video qasir fuq il-Budaj, l-Etnika daqqet ftit mużika li fiha nstemgħa wkoll il-leħen tal-Budaj.
 
Ir-Reverendu Professur Peter Serracino Inglott, tkellem fuq Frans b'affezzjoni kbira u semma' meta Frans kien mar jgħanni fl-Università' ta' Malta. Wara kien hemm għana mill-għannejja Fredu Abela, "iż-Żejtuni" u Fredu Grima "tal-Marsa", akkompanjati mill-kitarristi "Fredrick Mallia "ir-Re"" (Prim), Salvu Tanti "l-Kanadiż" u Raymond Schembri "Iċ-Ċiranu".
 
Stephanie Farrugia qrat xi poeżiji li kienu ġew miktuba mill-Budaj, l-Etnika reġgħet daqqet melodija tradizzjonali Maltija, ġew murija video clips oħra tal-Budaj u l-Ministru Louis Galea għamel diskors qasir bħala konklużjoni.
 
Preżenti għal din is-serata kien hemm Pawla Baldacchino, il-mara ta' Frans, u xi membri oħra tal-familja  tiegħu kif ukoll għannejja u kitarristi oħra u folla sabiħa li attendiet.
 
Kienu siegħa u nofs ta' tifħir lil wieħed li jixraqlu l-għaliex offra ħafna lill-Għana u l-Kultura Maltija.
 

Ritratti meħuda minn Choy Hong (Jasmine) Grech

Agħfas hawn

 

Ritratti meħuda minn Charles Mangion "Iż-Żubina"

Agħfas hawn

Top - Fuq        Back - Lura