|
Jiġi
żmien meta kulħadd ikun ħaqqu xi xhur ta’ mistrieħ. Il-ħabib
tagħna John Cassar li jgħix fl-Iskozja u jmexxi din il-website
fi ħsiebu jieħu xi ftit xhur ta’ btala. Jien ukoll se ningħaqad
miegħu biex inwarrablu għal xi ftit xhur. Dan ifisser li
s-servizz ta’ kull ġimgħa li nwasslu lill-Maltin imxerrda
mad-dinja kollha se jieqaf. Le mhux se jintemm iżda biss se jkun
hemm waqfa ta’ ftit xhur. Malli nerġgħu npoġġu wara l-komputer
inthom tkunu tafu għax nibgħatu ngħidulkom.
Il-website allmalta.com li jmexxi ħabbibna John Cassar hija
waħda popolari u ilha mwaqqfa għal dawn l-aħħar 12 sena.
Jaqrawha eluf u skond statistika uffiċjali l-aħbarijiet
mill-Awstralja jattiraw madwar 1,500 hits kull ġimgħa.
Nirringrazzjawkom ta’ l-appoġġ u nittamaw li niltaqgħu mill-ġdid
wara l-waqfa li se nieħdu. |