|
|
| |
|
L-iskola
tal-Malti li jmexxi l-Maltese Community Council ta’ NSW kompliet
fit-triq ta’ progress u jidher li iktar ma jgħaddi ż- żmien
iktar qed issir popolari. Fil-preżent hemm 50 student fit- tlett
lokalitajiet fejn isir it-tagħlim, numru sostanzjali meta diġą
jinsabu fit-tielet term.

Hemm b’kollox ħames klassijiet fi tlett skejjel differenti
jiġifieri f’Horsley Park fejn il-klassijiet tal-Malti ilhom hemm
għal dawn l-aħħar 11-il sena, u f’Seven Hills fejn isiru
l-klassijiet ta’ filgħaxija. Is-sena l-oħra sar avvanz qawwi
biex għall-futur ikun hemm iktar studenti biex ikomplu l-istudji
tagħhom fil-lingwa u l-kultura u biex ukoll ikunu jistgħu jersqu
għall-eżami ta’ l-HSC.

Dan sar billi bdew klassijiet għall-istudenti f’kulleġġ
Kattoliku fi Schofield u anke hawn il-klassijiet dejjem qed juru
iktar ħeġġa. Maria De Carlo, il-ko-ordinatriċi ta’ l-iskola
qalet li għalkemm huma jħeġġu ħafna lill-istudenti biex ikomplu
jitgħallmu l-Malti sal-livell avvanzat, sfortunatament il-biċċa
l-kbira tal-istudenti ma jridux ħlief tagħlim bażiku fil-kitba,
grammatika u konverzazzjoni bil-Malti għalkemm juru ħafna
nteress fil-kultura u l-istorja.

Maria De Carlo tgħid ukoll li din l-iskola tal-Malti xorta waħda
tibqa’ tgħin lil dawk l-istudenti li jridu javvanzaw speċjalment
dawk li diġą qegħdin fis-sistema edukattiva biex jitħajru
jinkludu l-Malti bħala suġġett fl-HSC.

Għat-tieni sena wara xulxin, studenti mill-Maltese
Language School ta’ NSW ġew ippremjati waqt il-lejla hekk imsejjħa
Minister’s Award for Excellence in Student Achievement. Din
is-sena l-unur mar għand Rose Mercieca ta' 12-il sena minn Warrimoo
ħdejn il-Blue Mountains li tattendi kull nhar ta’ Sibt
fil-klassijiet ta’ Horsley Park NSW. Rose kienet l-unika studenta Maltija
li rebħet għarfien speċjali fis-sessjoni “Commended”
fost ħafna studenti oħra minn diversi nazzjonijiet etniċi li jattendu l-
Community Language Schools ta’ NSW.
Ma hemmx dubju li kemm Rose Mercieca u l-familja tagħha kienu
ferm ferħanin b’dan l-unur kif ukoll l-għalliema tagħha,
Marthese Caruana f’Horsley Park. Din is-sena
kien hemm ukoll preżenti l-Onor Verity Firth MP,
il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni. Edna McGill OAM
ippreżentat l-award lill- unikustudenta Maltija f’din
il-lejla speċjali |
|
|
|
|
Fl-ewwel ritratt Rose Mercieca
flimkien ma' nanna tagħha. |
|
 |
|
Iż-żewġ għalliema li ggradwaw:
Marthese Caruana bil-wieqfa
u Gabrielle Galea fuq quddiem net bil-qegħda. |
|
|
|
li għaliha attendew mijiet ta’ studenti u sintendi l-
familja Mercieca u Maria DeCarlo, il-ko-ordinatriċi tal-Maltese
Language School of NSW.
Ftit ġimgħa ilu żewġ għalliema ta’ The Maltese Language
School of NSW iggradwaw biex ikunu
jistgħu jgħallmu |
|
lingwi kommunitarji
wara li attendew kors intensiv biex jiksbu ċ-ċertifikat tal-
Community Language Teaching
2009 mill- Universitą ta’
Wollongong. Dawn iż-żewġ għalliema kienu: Marthese
Caruana minn Mount Vernon u Gabrielle Galea minn Preston
NSW. Barra li kisbu dan iċ-ċertifikat
iż-żewġ għalliema |
|
|
|
 |
 |
|
Il-klassi fejn tattendi
Rose Mercieca f'Horsley Park waqt proġett li ppreżentaw
l-istudenti sħabha |
|
|
għandhom kwalifiki wkoll
fil-lingwa Maltija. Kien hemm ukoll tlett għalliema oħra Maltin
li ggradwaw, dawn kienu Pauline O'Brien, Antionette. Mascari u
Antonine. Mangion mill-Iskola Maltija.
Il-kittieb Malti, Rigu Bovingdon żar il-klassijiet tal-Malti
f’Horsley Park fejn ta taħdita interessanti dwar l-oriġini tal-ilsien
Malti u kif żviluppa mal-medda tas-sekli. L-istudenti għamlu
ħafna mistoqsijiet li qajmu wkoll diskussjoni interessanti u
tagħlmu ħafna dwar l-istorja tal-Lingwa Maltija. Kien hemm
preżenti l-istudenti mit-tlett klassijiet kif ukoll xi ġenituri
li ħadu ħafna interess ukoll u talbu aktar informazzjoni.
Ta min ifakkar ukoll li l-ħlas għal dawn il-lezzjonijiet huma l-
orħos f’NSW għax dawn il-klassijiet huma megħjuna
finanzjarjament mill-Maltese Community Council. |
|
| |
|
|
| |
|
|
| |
|
Il-belt
ta’ Melbourne għaddiet minn żmien ikrah meta deher li
l-kriminalitą kienet tefgħet sħaba kera fuq ir- reputazzjoni ta’
din il-belt. Kulħadd jiftakar kemm kien hemm qtil u sparar minn
gangsters li saru magħrufa tant li sa anki deher is-serje ferm
popolari fuq it- TV bl-isem ta’ Underbelly. Wieħed minn l-aqwa
fost il-qattiela kien Carl Williams meta kellu 31 sena żżewweġ
lil Roberta waħda minn familja ta’ tmienja li hi ta’ dixxendenza
Maltija. Carl William sar l- ikbar gangster perikoluż
fl-Awstralja. Fl- intriċċi li kien hemm bejn il-gang tiegħu u
dak tal-familja Moran issemmew wkoll xi Maltin.
Des “tuppence” Moran ġie xkubettjat fin- naħat ta” Union Rd,
Ascot Vale fil-15 ta’ Ġunju. Ftit ilu ġie arrestat Michael
Farrugia ta’ 45 sena minn Mymiong bil- qtil tiegħu. Kien hemm
oħrajn li ġew arrestat ma’ dan il-qtil.
Carl Williams illum jinsab iservi sentenza ta’ ħabs għal għomru
iżda tiskanta kif anke bejn il-ħitan għolja u twieqi mmbarrati
tal-ħabs dan Williams irnexxilu jibda relazzjoni
oħra ma’ tfajla |
|
|
|
|
Carl Williams u l-mara tiegħu
Roberta |
| |
|
ta’ 20 sena bl-isem
ta’ Stacey Vella li kienet qed iżuru fil-ħabs. Sa anke
taw iċ- ċrieket ta’ l-għarusija u kienu jikkorrispondu
regulari b’ittri. Il-gazzetta Sun Herald kixfet xi ittri
li għaddew bejn dawn iż-żewġ maħbubin. Iżda għal Carl
Williams anke din ir-relazzjoni romantika spiċċat bil-għawġ
għax induna li fil-fatt l- għarusa tiegħu kienet qed
tara wkoll lil xi ħadd ieħor. Huwa jinsab irrabjat ferm.
Vella ċaħdet li kellha xi kuntatti ma’ Carl |
|
iżda ommha gidbitha u
qalet li bintha fil-fatt kienet taf lil Carl. Oħrajn
qalu li fil-fatt Carl u Tracey kienu ltaqgħu fil-kamra
tal- viżitaturi tal-ħabs u għaddew ħinijiet romantiċi
flimkien.
F’każ ieħor separat, Alfred Azzopardi ta’ 20 sena minn
Coolaroo ġie arrestat wara li ammetta li kien membru
mill-gang li attakkaw u serqu diversi vittmi inkluż il-
President ta’ l-Australian Medical Association, Dr
Mukesh Haikerwal. |
|
|
|
| |
|
|
| |
|
|
| |
|
L-Għaqda
Kulturali Maltija ta’ NSW tfakkar il-festa tradizzjonali tal-Vitorja
kull sena billi tippreżenta lejla mużikali letterarja fejn ukoll
tippreżenta l-Maltese Cultural Award. Kienet serata tassew
impressjonanti u ta’ tifkira għax kif intqal “aħna nħossu
f’qalbna li t-8 ta’ Settembru hu fil-fatt l-uniku Jum Nazzjonali
tagħna”. Din is-sena għal darba oħra is-serata saret fil-George
Metham Hall, Toongabbie

Il-premju Kulturali ilu jiġi ppreżentat sa mis-sena 1991 u dis-
sena ġie mogħti lil Monica Ledger nee Pisani li twieldet
il-Gżira Malta fis-sena 1947. Mal-wasla tagħha f’Sydney fl-1963
dejjem ħadet sehem fl-attivitajiet tal-Maltin l-ewwel fin-naħat
ta’ Leichhardt u mbgħad f’dawn l-aħħar 36 sena meta marret
toqgħod fil-qalba tal-komunitą Maltija fi Greystanes NSW. Hija
miżżewġa u għandha żewġ itfal u erbat itfal tat-tfal. Monica
Ledger hija parti integrali mill-Għaqda Teatrali “Ċittadini” u
saret waħda mill-aqwa atturi li għandna f’dan l-iStat. Intqal
ħafna dwar is-sens umoristiku, il-karattru umli, dirett u
ferrieħi tagħha. Bla dubju, il-kontribuzzjoni tagħha
għall-kultura Maltija permezz tal-palk poġġiha fuq quddiem għal
dan l-unur mogħti ta’ kull sena.

Ta’ min josserva wkoll li l-festa tal-Vitorja f’NSW, barra f’din
il-lejla tiġi ċċellebrat f’erba’ lokalitajiet differenti,
f’Wollongong, Horsley Park, fil-Katidral ta’ St Mary’s u fi
Greystanes. Imbagħad isiru festi ukoll fi Stati oħra u anke
Canberra.

Waqt il-lejla li għaliha attendiet ukoll il-Konslu Ġenerali,
Annamaria Bonnici kantaw il-kor ta’ l-Għaqda
taħt it-tmexxija ta’ Marisa Previtera b’għażla
ta’ kanzunetti kollha jfakkru dan il- |
|
 |
|
Ir-rebbieħ tal-Unur Kulturali
2009, Monica Ledger l-ewwel waħda
fuq il-lemin, tidher ukoll it-tifla tagħha Allison
u bintha Kim flimkien ma' omm Monica, Doris Pisani. |
| |
|
jum għażiż għalina
l-Maltin. Inqraw xogħolijiet minn Frank Zammit u Rita Kassas
dwar ir-rwol tal-Madonna u t-tifkira tat-8 ta’ Settembru li
tiġbor fiha ġrajjiet ta’ qlubija storiċi u reliġjużi. Joe Galea
kanta l-Ave Maria. Sar diskors ta’ l-okażjoni mill-President
Charles N. Mifsud waqt li Jim Borg mexxa l-programm. L-Għaqda
Kulturali ilha mwaqqfa 21 sena u f’dan iż-żmien kellha żewġ
Presidenti, Frank Zammit sas-sena 1996 u Charles Mifsud li għadu
sal-lum. |
|
|
| |
|
|
| |
|
|
| |
|
|
| |
| |
| |
|
|
| |
|
Ħaddiema
tal-Kunsill tal-belt ta’ Brimbank (Melbourne) bdew minnufih
ifittxu kelb tar-razza pitbull wara li Aleash ta’ sentejn bint
Taneisha Jobe ta’ 17-il sena ġiet attakkata brutalment u
tħalliet b’tiċrita kera fuq in-naħa tax-xellug ta’ wiċċha. L-omm
tant kienet iddispjaċuta b’dak li ġara li qalet li jekk
il-Kunsill ma jsibx il-kelb kienet se ssibu hi għax b’hekk
bintha tkun saret ġustizzja magħha.
“Se jkollha ferita kera f’wiċċha ħajjitha kollha” qalet l-omm
wara li bintha saritilha operazzjoni fl-isptar ta’ Sunshine.
Il-pulizija kellmu lis-sid tal-kelb li għandu 24 sena u joqgħod
f’Delehey u dan ammetta li l-kelb kien ħarablu.
Mark Briffa li jiġi missier l-omm qal li nduna li l-kelb kien
qiegħed jaġixxi goff u sejjaħ lit-tifla ż-żgħir ‘l ġewwa iżda
minnufih il-kelb ħebb għaliha. |
|
|
 |
 |
|
Taneisha u Aleash |
|
|
| |
|
|
| |
|
|
| |
|
Meta
ġew imħabbra t-2009 NSW Training Awards mill-Ministru ta’
l-Edukazzjoni ta' NSW, Verity Firth MP innuntajt li kien hemm
rebbieħa b’isem Malti. Jacqueline Vella, ġie ddikjarata rebbieħa
tal- 2009 Trainee of the Year. Kien sponsorjata mill-iStat
Training Services, Community Services – Disability Work
Certificate III; TAFE NSW – Western Sydney Institute. Hija
mpjegata mal- North West Disability Services Inc. Dawn
il-premjijiet li għandhom tradizzjoni twila jagħtu għarfien
b’għotjiet ta’ eċċellenza fil-qasam tal-vocational training ta’
NSW li huma magħrufa mad-dinja kollha bħala mill-aqwa.
L-għotjiet ġew mgħotija mill-Ministru f’funzjoni apposta
f’Darling Harbour. |
| |
|
|
| |
|
Nieħdu gost jekk tibgħatuli
aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li
tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 1500 qarrejja
fil-ġimgħa. Ibgħatu lil
lawdimech@optusnet.com.au |
|
| |
|
|
Jekk trid taqra l-artikli ta'
dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn |
|
|
|
|