|
Il-Konslu
ta’ Malta fis-South Australia Frank L Scicluna flimkien
mall-Kunsill Malti organizzaw forum pubbliku għas- soċjetajiet u
l-membri tal-komunità Maltija t’Adelaide fis-sala kulturali
Maltija, Beverley fis-7 ta’ fil-għaxija.
Għal dan il-forum attendew rap- preżentanti tal-għaqdiet kollha
Maltin li joperaw ġewwa Adelaide u numru kbir ta’ Maltin u
Awstraljani. Innutajna ukoll li kien hemm numru sabiħ ta’
żgħażagħ li bil-kuraġġ kollu semmew leħinhom u urew li huma
jixtiequ jkomplu x-xogħol ta’ qabilhom u jassistu fil-ħidma tal-għaqdiet
Maltin ħalli l-kultura Maltija ma tispiċċa qatt minn dan l-iStat.
Fetaħ il-forum is-Sur Edgar Agius, il- president tal-kunsill,
fejn xtaq merħba lill- kulħadd u rringrazzja lil dawk kollha li
attendew u li ser jipparteċipaw f’dan il-forum hekk important,
storiku u bżonnjuż Huwa stieden lill-konslu Malti biex immexxi
l-kumplament tal-laqgħa.
Frank Scicluna qal “B’dan il-forum pubbliku qed tinkiteb paġna
storika fl- istorja tal-komunità Maltija tas-South Australia.
Il-fatt li l-attendenza hija daqshekk numeruża, minkejja x-xita
u lejla kiesħa, dan juri li għad fadal Maltin/Awstraljani li
huma nteressati fl- iżvilupp u l-konsolidazzjoni tal-komunità
t’hawnhekk.”

“Hemm bżonn nuru lill-ħutna Maltin mxerdin mal-Awstralja kollha
u lill- Gvernijiet ta’ Malta u tal-Awstralja li aħna nieħdu
l-affarijiet bis-serjetà u lesti u kapaċi nuru li aħna ser
inkomplu fix-xogħol tagħna biex il-komunità tingħata l-
attenzjoni u r-rispett li jixirqilha għax aħna għad għandna demm
Malti jiġri fil-vini tagħna daqs il-Maltin tal-Istati l-
oħrajn”.
Huwa għamel appell biex dawk li jistgħu jgħinu fil-bini tal-monument
tal-Gwerra tal-ANZAC li qed jittella’ ġewwa Malta b’tifkira ta’
dawk il-Maltin, l-Awstraljani u minn New Zealand li tilfu
ħajjithom ġo Gallipoli fl-Ewwel Gwerra Dinjija.
Imbagħad saret diskussjoni nteressanti dwar il-Konvenzjoni
Maltija li ser issir Malta fl-2010 u nkitbu
rikomdazzjionijiet |
|
 |
|
Frank Scicluna (fin-nofs)
flimkien mal-President Edgar Agius u Carmen Spiteri,
Segretarja tal-Maltese Community Council ta' South Australia |
| |
|
biex jiġu poġġuti
quddiem il-Konvenzjoni meta ssir is-sena li ġejja.

Ma ninsewx, qal il-konslu, li fl-ewwel u t- tieni
konvenzjonijiet il-komunità Maltija tas-South Australia
tħalliet barra għal kollox, lanqas biss ġiet mistiedna u
ttrattata bħallikieku ma’ teżistix. Din id-darba rridu
nkunu ċerti li l-Maltin t’Adelaide jiġu rappreżentati u
jiġu mgħotija ċ-ċans biex jiddiskutu ma ħuthom oħrajn
l-problemi li għandhom u kif jistgħa l-Gvern ta’ Malta
jgħinha u jagħti daqqa t’id ħalli flimkien intejbu l-
qagħda tagħna fil-ġejjieni.
Waħda mir-riżoluzzjonijiet li kullħadd qabel magħha
kienet li l-Maltin t’Adelaide qatt ma jitħallew barra
meta xi dinjitarji, sew polikanti kif ukoll
ekkleżjastiċi, jiġu jżuru l-Maltin tal-Awstralja. Dejjem
tħallejna barra u ġejna njorati u uħud minnhom għamlu
vista bil-ħatfa ġo Adelaide wara li krabna u nżilna
għarkobbtejna nittallbu. U kull minn ġie hawn ġewwa
Adelaide ġew mgħotija laqgħa mill-isbaħ u ttrattati
bid-dinjità, rispett u mħabba li jafu jgħatu l-Maltin
tas-South Australia.

Imbagħad il-forum iffoka fuq żewġ
punti |
|
mportanti – l-ewwel
kif jistgħu jiġu nvoluti ż-żagħżagħ fl-attivitajiet tal-komunità
Maltija u kif nattiraw l-ħafna Maltin professjonisti,
negozjanti u nies akkademiċi li għandna hawn fis-South
Australia fil-ħidma tas-soċjetajiet tagħna.

U fl-aħħar is-Sur Scicluna tkellem dwar il bżonn li jkun
hemm iktar kooperazzjoni, koordinazzjoni u
kommunikazjoni bejn l- għaqdiet t’hawn. F’dawn l-aħħar
ftit snin tlifna ħafna minn ħutna għax il-qalba tal-
Maltin t’hawn ġew Adelaide fil- ħamsinijiet, sittinijiet
u s-sebgħinijiet u llum dawn ħutna Maltin kollha
mdaħħlin fiż-żmien. Din hija problema tal-istati oħrajn
tal-Awstralja.

Għalhekk issa huwa l-waqt li ningħaqdu, naħdmu
sinċerament flimkien u nuru s- solidarjetà. U minflok
piki u ħluq ta’ problemi bejnietna noqgħodu dwar mejda
waħda u nsolvu l-konflitti u l-problemi bejnietna. U
anki hemm bżonn ngħaqdu l-attivitajiet flimkien
jiġifieri ċerti funzjonijiet minflok isir minn
organizzazzjoni waħda għandhom isiru minn diversi
soċjetajiet flimkien, għax wara kollox, kulħadd qed
idaħħal idejh f-istess bwiet u l-bwiet iktar ma jgħaddi
ż- żmien iktar qed isiru skarsi. |
|
|