|
|
| |
|
|
| |
|
|
| |
|
|
| |
|
Mhux
il-Kummissarji Għolja kollha li jservu l-Awstralja jħallu
warajhom fama tajba, l-istess nistgħu ngħidu għal uffiċċjali
oħra li l-Gvern ta’ Malta jibgħat biex iservu fl- Awstralja kemm
f’Canberra, Sydney jew Melbourne. Hemm eċċezzjonijiet tant li
x’iħud meta jiġu biex jispiċċaw is-servizz tagħhom iħallu ukoll
ħafna vojt. Ftit ġimgħa ilu spiċċat ix-xogħol tagħha
fl-Awstralja, Angele Azzopardi li kienet Konslu Ġenerali għall-iStat
ta’ Victoria minn Marzu 2006 sa Awissu 2009.
Il-Kunsill Malti għall-Victoria organizza riċeviment biex
isellem lill-Konslu-Ġenerali. Is- serata bdiet b’diskors
mill-President tal-MCCV, l-avukat Victor Borg. Saru diskorsi
ukoll mill-Kummissarju Għoli, l-ET Francis Tabone, l-Isqof
tad-Djoċesi ta’ Sandhurst, Mons. Joseph Grech, u l-Provinċjal
tas-Soċjetą’ Missjunarja ta’ San Pawl, Dun Noel Bianco.

Il-kelliema kollha faħħru lil Angele Azzopardi għall-ħidma
tagħha fost il-Komunitą Maltija f’dawn l-aħħar tlett snin u
nofs.
Angele Azzopardi fid-diskors tagħha rringrazzjat lill-MCCV u
lill-komunitą Maltija in ġenerali li dejjem laqgħu lilha u
lill-familja tagħha. Irringrazzjat ukoll lill-Kummissarju Għoli
u lill-kollegi u l-istaff tagħha għall-koperazzjoni li dejjem
sabet fihom Espremiet kliem ta’ apprezzament
ukoll lejn il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin u
lis-Segretarju |
 |
 |
|
Mix-xellug jidhru; Anna Maria
Bonnici, Angele Azzopardi, Cecilia Borg, Francis Tabone,
Giaconda Schembri, Miriam Cassar u Charles Sultana. |
|
|
|
|
| |
|
|
| |
|
Nieħdu gost jekk tibgħatuli
aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li
tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 1500 qarrejja
fil-ġimgħa. Ibgħatu lil
lawdimech@optusnet.com.au |
|
| |
|
|
Jekk trid taqra l-artikli ta'
dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn |
|
|
|
|