It-Tnejn, 31 ta' Awissu 2009     
      

 

Aħbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Għal aktar aħbarijiet mill-Awstralja aqraw The Maltese Herald
li toħroġ fl-Awstralja kollha kull nhar ta' Tlieta.

Id-diffikultajiet temporanji li kellha l-ġimgħa l-oħra sibna soluzzjoni għalihom u kollox mar lura għan-normal.
Jekk tliftu xi artikli fittxu fl-arkivji.

 

 Il-festi tradizzjonali fost il-Maltin fl-Awstralja

 

Is-sajf f’Malta jiżbroffa bil-festi u dak kollu assoċjat ma’ dawn l-avvenimenti li saru parti integrali mill-ħajja f’Malta. Nafu sewwa li l-emigranti li ħallew il-gżejjer Maltin biex ifittxu ħajja oħra fi bnadijiet imbegħda ħadu magħhom mhux biss il- bagalji iżda t-tradizzjonijiet li kienu parti ukoll minn ħajjithom f’Malta.

Għalkemm fl-Awstralja dawn iż-żminijiet għandna l-istaġun tax-xitwa iżda l- maġġoranza tad-dilettanti tal-festi tradizzjonali xorta jiċċelebrawhom qrib kemm jista’ jkun tad-dati li fihom isiru l- festi f’Malta.

Jekk tiftaħ il-faċċati ta’ The Maltese Herald, il-gazzetta bil-Malti li toħroġ l- Awstralja kull ġimgħa għandek isib avviżi u anke rapporti twal dwar id-diversi festi li se jsiru jew saru f’kull naħa ta’ l- Awstralja. Fil-belt ta’ Melbourne jidher li dawn il-festi tradizzjonali tal-qaddisin donnhom iktar jiġu ffestiġġjati bi kbir.

 

Frank Galea, il-President tal-Festa ta’ Santa Marija Assunta li ssir f’Deer Park Melbourne jieħu gost izommna nfurmati dwar l-attivitajiet f’dik il-belt.

Barra l-festa kbira li jorganizzaw li dis- sena tagħlaq 26 sena mindu bdiet, jippubblikaw ktejjeb stupend ta’ madwar 76 faċċata li jagħmlilhom unur. Fih ħafna informazzjoni u tagħrif dwar Santa Marija Assunta. F’dan il-ktejjeb qrajt b’interess dwar id-dar tal-Verġni Marija li tinsab f’Ephesus it-Turkija fejn flimkien ma’ marti kellna l-opportunitą li nżuru dan l- aħħar.

Jingħad li l-Madonna għexet f’dik id-dar sakemm telgħet is-sema. Il-Papa Piji X11 fl-1950 iddikjara dan il-post bħala “Holy Place”. Kemm il-Papiet, Pawlu V1 u Ġwann Pawlu 11 żaru dan is-santwarju. Fid-29 ta’ Novembru 2006 mar ukoll iżur dan il-post il-Papa preżenti, Benedittu XV1.

 

L-istatwa tal-Madonna fit-triq lejn
s-santwarju f'Ephesus, it Turkija

 
 

 Il-festa ta’ Santa Maria f’Sydney

 

Festa oħra li jiċċelebraw f’Sydney hija dik ta’ Santa Marija. Din is-sena kienet bil-wisq aktar speċjali minħabba li l-15 ta’ Awissu ħabat is-Sibt u ċ-ċelebrazzjoni saret fil-jum proprju meta Malta kienu qegħdin ukoll jiċċelebraw f’mhux inqas minn seba’ parroċċi l-Assunzjoni ta’ Marija.

F’dan il-jum ġie mfakkar ukoll is-67 anniversarju mill-miġja tal-vapur Ohio fil-gżira ta’ Malta fi qrib tmiem il-gwerra fl-1942. Jingħad li kien irnexxilu jidħol fil-port kawża tat-talb u devozzjoni lejn dan it-titlu tal-Madonna biex b’hekk baqa’ magħruf bħala l-Konvoj ta’ Santa Marija.
 
Madwar 400 persuna attendew il-ballu annwali li għall-għaxar sena konsekuttiva sar fil-Balmoral Hall fi Blacktown. Din kienet imżejna sabiħ bil-blu u abjad għal din l-okkażjoni.
 
Id-divertiment ma waqafx il-lejl kollhu bil-mużika u kant ta’ Vince Bezzina u akkumpanjat minn Joe Grima u Godwin

 

L-istatwa ta Santa Marija u l-bandalora, it-tnejn ġew imniedja fil-festa

 

Uħud minn dawk li attendew għall-ballu ta' Santa Marija fi Blacktown

 

Grech. Kien hemm ukoll il-mistiedna speċjali minn Adelaide, Tracey Saliba li kantat taħlita ta’ kanzunetti bil-Malti u bl-Ingliż.
Iżda l-qofol tal-lejla kien meta l-banda “Our Lady Queen of Peace” daħlet fis-sala ddoqq marċi brijjużi u Marjani. Jakkumpanja l-banda kien hemm Richard Saliba, żagħżugħ Malti, li daħal bil-bandalora ġdida tal-Grupp Santa Marija. Fid-disinn artistiku deher pittura tal-Konvoj ta’ Santa Marija. Hekk kif il-folla kienet aljenata tifraħ bil-banda u tifli l-bandalora, kellna sorpriża oħra sabiħa. Fuq pedestal tar-roti, miksi bis-satin ikħal, daħlet fis-sala statwa ħelwa ta’ Santa Marija fost iċ-ċapċip u l-entużjażmu tal-folla numeruża. Wara li tkanta l-innu tal-Ave Maria, Fr Benedict Sant MSSP bierek din l-istatwa li dehret f’Sydney għall-ewwel darba.
 
Greg Caruana, f’isem il-grupp organizzattiv qal li din kienet ħolma li bil-għajnuna tal-Madonna saret realtą. Huwa rringrazzja li dawk kollha f’Malta u Sydney li kellhom sehem f’din l-aħħar inizjattiva.

 
 

 Festi Oħra

 

Kellna f’Melbourne waħda mill-ikbar festi tradizzjonali li jsiru biex iqimu lil Santa Elena Issir wkoll il-festa ta’ pajjiżi l-Hamrun jiġifieri l-festa ta’ San Gejtanu li ġiet iċċelebrata għal 31 sena nfila.
 
Il-kumitat ta’ din il-festa taħt id-direzzjoni ta’ Gejtu Deguara dejjem jagħmlu l-almu tagħhom kollha biex din il-festa tibqa’ f’qalb il-Maltin ta’ Melbourne.
 
F’Sydney ukoll għandna l-klabb tal-Hamrun f’Marsden Park u hawn ukoll jiċċelebraw il-festa tal-patrun.

 
 

 Tifkira ta 76 sena ilu

 

Il-convoy ta’ Santa Marija jidher li għadu fil-memorja ħajja ta’ ħafna Maltin li jgħixu fin-naħa ta’ Wollongong, il-belt industrijali li tinsab madwar 90km minn Sydney.
 
Il-George Cross Falcons Club ta’ Wollongong iċċelebraw din il- ġrajja storika ta’ 67 sena ilu b’dinner dance fis-sala spazjuza ta’ Ribbinwood Centre li hemm fis-subborg ta’ Dapto.
 
Għal din l-okkażjoni attendew mal-mitejn u ħamsin persuna u jidher li ħadu pjaċir bil-lejla ta’ divertiment li kien hemm. Il-lejla bidet b’wirja ta’ video ta’ ftit minuti fuq screen kbir fuq il-palk b’xenarju ta’ Malta fil-gwerra u bil-vapur Ohio dieħel fil-Port ta’ Malta.
 
Il-Banda id-Dynamic Rock allegrat lil kulħadd kif għamel il- popolari kantant Malti Jimmy li jimita tajjeb lil Elvis Presley.
 
Kien hemm ukoll kompetizzjoni tas-żfin tar-rock-n-roll li daħlu għalija tnax il-kopja. Ir-rebbieħa kienet Jammie Gatt u is-sieħeb tagħha.
 
Minn naħat ta’ Sydney kien hemm grupp li vvjaġġaw bil-coach organizzata min Tony Borg.

 

Fil-festa ta' San Gejtanu f'Melbourne

Waqt it-tifkira tal-konvoj f'Wollongong

 

Il-President tal-GCFC, Louis Parnis u l-kumitat ħaqquhom prosit għax għal darba oħra l-organizzazzjoni kienet tajba ħafna.

 
 

 Djar ta’ karattru

 

F’Malta illum ħlief bini għoli u bla gosti ma tarax speċjalment fl-inħawi ta’ tas-Sliema. Kaxxa fuq oħra forma ta’ flatijiet. Iżda kulltant tiltaqa’ ma’ xi djar li għad għandhom l-istil anki Malti, għandhom karattru distint b’dawk il-gallariji sbieħ u kolonni. Jiġbdu l-attenzjoni għax illum flok in-normal saru l-eċċezzjoni. Tnejn minn dawn id-djar jidhru hawn, waħda f’Marsaxlokk (fejn hemm il- karozzi) u l-oħra f’tas-Sliema

 

Dehra ta' żewġt idjar tipiċi Maltin, waħda f'Marsaxlokk (fejn hemm il-karozzi) u l-oħra fi Triq it-Torri tas-Sliema.

 
 

Nieħdu gost jekk tibgħatuli aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 1500 qarrejja fil-ġimgħa. Ibgħatu lil lawdimech@optusnet.com.au

 

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section

 

Copyright © 2009 allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com