|
Fir-Rabat: |
| |
 |
|
It-Tabella fir-Rabat |
 |
|
Din
it-tabella li kienet imwaħħla fit-toroq tar-Rabat Malta
ħassejt li fiha tifsira. Nistaqsi: Kien hemm għalfejn
il-Kunsill Lokali tar-Rabat iwaħħal tabella bħal din
biex jgħidilna li l-proġett li wettaq kien frott
il-għaqal u s-serjetà fit-tmexxija? Forsi qabel dan,
l-għaqal u s-serjetà ma tantx kienet hemm? Il-Kunsill
jidher ukoll li jrid jagħmilha ċara li dan il-proġett
ġie mħallas minnu u mhux minn xi ħaddieħor jiġifieri
mill-Gvern ċentrali. Għalija, dawn huma affarijiet
strambi jew b’riħa politika. |
| |
|
|
| |
|
Ix-xatt tas-Sliema: |
| |
 |
|
Il-pjazza Sant Anna
tas-Sliema, fejn kien hemm il-Magic Kiosk |
 |
|
Kont
f’tas-Sliema meta fetħu l-pjazza Sant Anna ix-Xatt. Din
il-pjazza ma hiex ikbar minn xi bitħa ta’ dar
fl-Awstralja iżda ċ-ċerimonja tal-ftuħ tant ġiet
mogħtija importanza li sa anke fetaħha l-Prim Ministru
nnifsu, sintendi mal-MPs tal-post. Kien hemm kant, żfin,
maġija, insomma l-organizzaturi ħasbu li se jiftħu xi
Opera House ġdida. Sa kien hemm ikel u xorb għal
kulħadd. In-nies jidher li japprezzaw dawn l-eseġerazzjonijiet
għax kien hemm mijiet preżenti u allura dak li sar forsi
kien ġustifikat. Jien puntwali u wasalt hemm kif qaluli
iżda l-ftuħ sar sagħtejn wara. Meta tħares lejn l-istat
diżastruż li jinsab fih ix-xatt ta’ Sliema kien ikun
ferm aħjar kieku dan il-post tant prominenti mat-turisti
ġie rranġat milli din il-pjazza (fejn kien hemm
il-popolari Magic Kiosk) ġiet mogħtija dik il-prominenza
kollha. |
| |
|
|
| |
|
L-Għarix: |
| |
 |
|
L-Għarix f'Dellimara |
 |
|
Jien
mhux xi wieħed minn dawn li kont mitluf wara l-Perit
Duminku Mintoff iżda nħoss li dan il-politiku Malti
għandu post kemm fil-folklor u anke l-istorja politika
ta’ Malta kif għandhom politiċi oħra ta’ l-istess
statura tiegħu. Ħafna jiftakru l-kontroversja li nqalet
fil-każ tal-post li kellhu bħala villeġġatura f’Delimara
meta quddiemu sewwa nbniet il-Power Station. L-Għarix
għadu hemm, kif jidher f’dan ir-ritratt, post ta’ ħafna
memorji. Żaruh ħafna nies ta’ stoffa mhux biss Maltin
iżda ukoll barranin. L-istorja ma għandu jagħwiġha ħadd.
Dan il-post għandu jiġi ppreservat forsi wkoll isir
mużew ta’ l-istorja politika. F’pajjiżi oħra tħallas
il-flus biex tmur tara djar ta’ l-artisti u nies
prominenti. “L-Għarix” kif qiegħed maqtugħ għalih u
mdawwar bl-għelieqi huma idejali bħala post li jista’
jiġi rreklamat mad-dilettanti ta’ l-istorja politika. |
|
|
|
|
|
Id-Dragonara: |
| |
 |
|
Il-Casino -Dragonara
Palace |
 |
|
Il-Casino
ta’ Malta jinsab f’post storiku u prestiġjuż fil-ponta
tad-Dragonara. Il-liġijiet ta’ Malta għadhom jitolbu li
kull min jidħol f’dan il-post tal-logħob anke jekk tkun
trid tmur tiekol trid tirreġistra billi turi karta ta’
l-identità’ jew passaport. Ħadt pjaċir li dawn
ir-regulament josservahom strettament u ma’ kulħadd tant
li fil-grupp li konna meta morna biex nieklu żammew
milli jidħlu żewġ persuni li ma kellhomx magħhom xi
karti ta’ l-identità. Kieku r-regoli f’Malta jiġu
osservati b’tant ħerqa u mingħajr distinzjoni kullimkien
imorru ferm aħjar. Ma nistax nifhem għaliex għandek tiġi
fotografat u ddentifikat biex tidħol f’Casino. F’pajjiżi
bħall-Awstralja, il-Kanada u l-Amerika tista’ taqbad u
tidħol. Forsi Malta hemm iktar ħasil ta’ flus minn dak
li jsir f’dawk il-pajjiżi li semmejt? |
| |
|
|
| |
|
Id-dwejra: |
| |
 |
|
Id-Dwejra, Għawdex |
 |
|
Wieħed
mill-postijiet li nħobb inżur hu d-Dwejra f’Għawdex iżda
kull darba li nasal sa hemm inħoss għafsa ta’ qalb.
It-telqa li hemm u l-mod bla grazzja li dan il-post hu
miżmum hu ta’ għajb għal dawn li jridu jippromovu
t-turiżmu f’Għawdex. Il-bini nofsu mitluq, fejn
tipparkja kollu trab u passaġġi kollha ħofor u
perikolużi sa kemm tinżel minn fuq sad-daħla fejn hemm
id-dgħajjes itellfuk miż-sbuħija naturali tal-post.
Man-niżla beda tiela’ bini tal-konkos u ħadid (mhux
ġebla Maltija tafux) li ma jaqbel xejn ma’ l-ambjent.
Għawdex irid xi ħadd b’viżjoni biex dawn il-postijiet ma
jkomplux jiddiżappuntaw lit-turisti u anke lill-istess
Maltin. |
| |
|
|
| |
|
Gypsy Fire: |
| |
 |
|
Emilia Gypsy Fire fuq
quddiem fid-dimostrazzjoni |
 |
|
Emilia
Gypsy Fire jew aħjar il-Maltija Emilia Caruana minn
Sydney kienet Malta flimkien mat-tifel tagħha. Emilia
hija magħrufa fl-Awstralja bħala attivista fejn jidħlu
d-drittijiet tal-bniedem u forsi iktar dwar ir-relazzjoni
sesswali li kellha mal-kantant magħruf Bob Dylan
fl-1986. Emilia malajr daħlet fl-ispirtu ta’ l-okkażjoni
u kienet fuq quddiem fid-dimostrazzjoni favur
id-drittijiet tar-refuġjati li saret fit-toroq ta’
Paceville kif juru dawn ir-ritratti. |
 |
 |
|
Ritratt ieħor tal-protesta
li saret f'Paceville |
|