It-Tnejn, 17 ta' Awissu 2009     
      

Aħbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Għal aktar aħbarijiet mill-Awstralja aqraw The Maltese Herald
li toħroġ fl-Awstralja kollha kull nhar ta' Tlieta.

 Osservazzjonijiet u politika ta’ pika

 

Ilna ftit ma niltaqgħu. Kulltant ikollna bżonn ftit ta’ mistrieħ. Madankollu xorta waħda waqt il-ħemda u l-kwiet tiltaqa’’ ma diversi okażjonijiet li jħallulek memorji u osservazzjonijiet li nixtieq naqsam magħkom mhux biss bil-kitba iżda wkoll bir-ritratti.
 
Ma’ Malta kollha jsiru ħafna xogħolijiet biex issebbħu lill-gżejjer tagħna. Ħafna minn dawn il-proġetti joħolqu wkoll diversi argumenti  u  kontroversji.  Min  għax  il-proġetti jmorru kontra l-interessi personali tagħhom u wisq iktar minħabba l- polarizzazzjoni politika f’pajjiżna.
 
Qiegħed isir restawr meħtieġ fil-faċċati tal-Bibbjoteka u l- Palazz  tal-President  fil-Belt  Valletta  iżda  l-iktar evidenti hu l-proġett ta’ Misraħ San Ġorġ, magħruf bħala l-pjazza tal-Main Guard quddiem l-istess Palazz tal-President tar-Repubblika ta’ Malta.
 
Fil-preżent nistgħu naraw , kif jidher sewwa f’dan ir-ritratt, il-ħafna taqlib u konfużjoni iżda skond il-pjanti jidher li se tkun pjazza xierqa ta’ quddiem il-palazz ewlieni tal-belt tagħna.
 
Wieħed jista’ jinnota li biex qiegħed isir dan il-proġett il- monument tant sabiħ u storiku tas-7 ta’ Ġunju 1919 ġie mneħħi kompletament mingħajr ma ngħata ħjiel x’se jsir minn dan il-monument. Hawn min qiegħed jgħid li se jkun f’post prominenti ħdejn  il-Parlament il-ġdid li ġie mħabbar li se jinbena f’Misraħ il-Ħelsien. Nittamaw għax fil-pjanti li ħarġu ma hemm l-ebda ndikazzjoni fejn se jidħol dan il-monument.
 
Kienet ħasra wkoll li dis-sena, iċ-ċeremonja li kellha ssir quddiem dan il-Monument kellha ssir f’jum ieħor minħabba li fis-7 ta’ Ġunju kien hemm l-elezzjonijiet ta’ EU. Ftit nista’ nifhem għaliex min hu nkarigat iwaqqaf lill-Malta kompletament għax kien hemm sempliċi elezzjoni għall-membri Parlamentari li jservu fl-Unjoni Ewropea.
 
La semmejt il-Parlament li se jinbena ma tistgħax tkun Malta waqt li ġie mħabbar dan il-proġett tant ambizzjuż u ma tinqabadx fl-uforja ta’ l-aħbar u l-mijiet ta’ opinjonijiet varji li jidhru fuq il-gazzetti, radjijiet u TV, min ifaħħar u min imaqdar. Hawn ukoll tidħol il-pika politika għax f’Malta din għadha toħnoq kull sens ta’ raġunar u patrijottiżmu.
 
Mhux se nidħol fil-polemika li għadha sejra bla waqfien jekk kellux jinbena mill-ġdid it-teatru u għaliex inħasset in-neċessitą li jinbena Parlament ġdid eżattament f’Misraħ il-Ħelsien. Li ħadd għadu ma spjega bid-dettall kif se nonfqu 80 miljun euro biex nirranġaw il-frakass li ħalliet warajha l-aħħar gwerra dinjija u anke nerġgħu nibnu għat-tieni darba l-bieb ewlieni tal-belt Valletta mingħajr ma tħabbar xejn dwar il-venda tal-karozzi li hi bla  dubju mhux biss ta’ periklu, inkonvenjenza u l-quċċata ta’ l-ikbar diżorganizzazjoni li qatt tista’ tara iżda fuq kollox ta’ diżunur għall-pajjiżna li jrid jgħix mit-turiżmu.
 
Dan il-proġett kif hu mfassal mill-Perit Taljan, Enzo Piano skond struzzjonijiet mill-Gvern ta’ Dr Lawrence Gonzi se jġib miegħu riorganizzazzjoni enormi ta’ kif il-poplu Malti jasal lejn il-belt kapitali tiegħu kemm bil-vetturi u kemm bil-mixi.
 
Ħadt pjaċir nara kif Triq il-Merkanti illum ġiet irranġata u bid- dehra tal-ħitan u l-palazzi li hemm jerġgħu jiġu gawduti sewwa mill-poplu. Il-Monti xorta għadu konfuzjoni u geġwiġija iżda dan x’aktarx li hu riżultat ta’ belt żgħira u spazju limitat.

 
 

Inkompli ġimgħa oħra b’iktar osservazzjonijiet, kummenti u ritratti.

 

Ix-xogħol li qiegħed isir fil-pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta

Id-disin ta' Piano għal bieb il-Belt

Bieb il-belt kif hu llum

Triq il-Merkanti kif hi llum

 
 
 

 Il-President tar-Repubblika

 

Meta tiftaħ il-webpage tal-President l- ġdid li  għandha  Malta għandek tinnota xi  ħaġa li qatt ma saret mill-Presidenti ta’ qabel. Illum din il-paġna elettronika tindikalek li għandha President tar-Repubblika  ta’  Malta.  Għaliex  qatt ma sar dan minn 1974 ‘l hawn ma nistgħax nagħti   tifsira  kompleta  għalkemm nista’ nniżżilha bħala riżultat ta’ mentalita’dejqa oskurata mhux ftit mill-pika politika.
 
Meta qajjimt dan il-punt validu mal- Presidenza l-ġdida ta’ Malta dawn mill- ewwel  ħadu  l-passi  meħtieġa  biex  din

 

Il-Banner tal-websajt tal-President

 

l-anomalija tiġi rranġata. Kellna okkażjoni meta fl-aħħar żjara ta’ l-eks President Fenech Adami fl-Awstralja fl-ebda okkażjoni u fl-ebda waqt dan ma ppreżenta ruħu bħala l-President tar- Repubblika   ta’   Malta.   Naħseb  li  ma

 

hemm xejn ta’ mistħija mhux hekk? Mhux qed nistenna li r-rappreżentanza diplomatika ta’ Malta fil-pajjiżi barranin jagħmlu l-istess għax hawn ukoll tidħol il- politika ggwidata minn minoranza ta’ talin b’moħħom magħluq.

 
 

 Il-Ħabib tiegħi Twanny

 

Dejjem kelli x-xewqa qawwija li niltaqa’ ma ħabibi Twanny (Tony Felice) li trabbejna flimkien fi Triq San Tumas, il- Ħamrun. Tlajjajna t-toroq ta’ Malta l-iktar fil-Ħamrun, morna l-iskola flimkien u wara ġimgħat li tlajt l-Awstralja Twanny kien miegħi wkoll, dawk iż-żminijiet ngħixu fin- naħat ta’ Newtown NSW.
 
Il-ħsieb ewlieni tagħna, bħala t-tnejn dilettanti ferm ta’ l-isports kien li nkunu l- Awstralja għal-Logħob Olimpiku f’Melbourne 1956 u hekk għamilna. Ma tlifna l-ebda moment ta’ dak il-logħob storiku.
 
Lura f’Sydney bdejna nfaddlu biex inkunu Ruma erba’ snin wara iżda jien iltqajt ma’ marti u Twanny iddeċieda li jmur ħdejn ħuh Toronto l-Kanada fejn għadu sallum.

Fl-erba’ snin li Tony Felice għamel f’Sydney minn 1954 sa 1958 kien attiv ħafna fil-komunitą u wieħed mill-fundaturi

 
 

Tony Felice u Lawrence Dimech (xellug) fl-1958 u illum

tat-tim  tal-futball  Malta  Eagles (l-ewwel segretarju) li wara sar Melita Eagles u illum PCYC Parramatta Eagles.

Kienet  reunjon  ta’ ferħ u nostalġija wara

 

iktar minn ħamsin sena mifrudin li bdiet fl-ajruport  ta’  Toronto  u kompliet ma’ din il-belt. sabiħa u moderna tal-Kanada sa  kemm wasal iż-żmien li nfridna mill- ġdid b’wegħda li niltaqgħu iktar spiss.

 
 

Nieħdu gost jekk tibgħatuli aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 1500 qarrejja fil-ġimgħa. Ibgħatu lil lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section

 

Copyright © 2009 allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com