It-Tnejn, 18 ta' Mejju 2009     
      

Aħbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Għal aktar aħbarijiet mill-Awstralja aqraw The Maltese Herald
li toħroġ fl-Awstralja kollha kull nhar ta' Tlieta.

 Avviż importanti

 

Jiġi żmien meta kulħadd ikun ħaqqu xi xhur ta’ mistrieħ. Il-ħabib tagħna John Cassar li jgħix fl-Iskozja u jmexxi din il-website fi ħsiebu jieħu xi ftit xhur ta’ btala. Jien ukoll se ningħaqad miegħu biex inwarrablu għal xi ftit xhur. Dan ifisser li s-servizz ta’ kull ġimgħa li nwasslu lill-Maltin imxerrda mad-dinja kollha se jieqaf. Le mhux se jintemm iżda biss se jkun hemm waqfa ta’ ftit xhur. Malli nerġgħu npoġġu wara l-komputer inthom tkunu tafu għax nibgħatu ngħidulkom.
 
Il-website allmalta.com li jmexxi ħabbibna John Cassar hija waħda popolari u ilha mwaqqfa għal dawn l-aħħar 12 sena. Jaqrawha eluf u skond statistika uffiċjali l-aħbarijiet mill-Awstralja jattiraw madwar 1,500 hits kull ġimgħa. Nirringrazzjawkom ta’ l-appoġġ u nittamaw li niltaqgħu mill-ġdid wara l-waqfa li se nieħdu.

 
 

 Michelle Bowler 1972-2009

 

Michelle Bowler

 

Dawk li jersqu biex jitgħallmu l-lingwa Maltija fl-Awstralja jiġu minn kull sfera tal- komunitą. Ir-raġunijiet għaliex ikunu jridu jitgħallmu l-lingwa Maltija jvarjaw ħafna. Insibu ħafna Maltin li huma minn żwieġ imħallat u tant jimpressjonaw ruħhom bil- lingwa ta’ wieħed jew waħda mill-ġenituri li jkunu jridu jitkellmuha. Il-maġġoranza kbira ta’ dawk li jersqu għall-klassijiet tal-Malti jkunu jridu biss dik l-għodda li tiftħilhom kommunikazzjoni mal-familja jew ħbieb, jew għax ikunu jridu jżuru Malta għal xi btala.
 
Waħda minn dawn l-istudenti kienet Michelle Bowler li b’dispjaċir kbir ħalliet ħesrem din id-dinja fl-eta ta’ 37 sena. Ommha, Mary Vassallo hi mill-Mosta u missierha Stephen Bowler minn Birmingham l-Ingilterra. Twieldet f’Fairfield. Kienet toqgħod fi Smithfield NSW u għandha tlett ħutha, Matthew, Stephen u Dean.
 
Kienet attiva ħafna fil-knisja ta’ St Benedict fi Smithfield NSW. Żaret Malta ħamest darbiet. Tħajret titgħallem il-lingwa ta’ ommha u n-nanniet tagħha u bdiet tmur il- klassijiet tal-Malti f’Horsley Park fejn kienet studenta popolari ħafna. Id-daħqa simpatika tagħha kienet turi xi kwalitą ta’ mara kienet.
 
Kienet esperta fil-judo u martial arts u rrappreżentat lill-Australia fl-Oceania Games. Kienet taħdem bħala Manager ma’ l’Australia Post. Kellha funeral kbir xhieda ta’ l- imħabba lejha minn kull naħa tal-komunitą. Għadd ta’ ħbieb tagħha mill-Maltese Language School of NSW kienu preżenti għall-funeral.

 
 

 Il-festa ta’ Don Bosco f’Horsley Park

 

L-Għaqda tal-Past Pupils ta’ Don Bosco ta’ NSW huma attivi ferm u l-iskop prinċipali tagħhom huwa li jgħinu lill- missjonijiet fix-xogħol tagħhom billi jgħinuhom finanzjarjament u moralment.

Ftit ilu fakkru l-festa tal-qaddis patrun tagħhom Don Bosco b’quddiesa fil-knisja tal-Vitorja f’Horsley Park NSW. Din kienet ukoll il-150 anniversarju mill- fondazzjoni tal-kongregazzjoni ta’ San Franġisk de Sales (is-Sależjani) li ġiet imwaqqfa f’Turin l-Italja fl-1859.

Is-Sależjani llum huma mxerrda ma’ 129 pajjiż, 16,090 sależjan, 10,669 saċerdot, 2,025 brothers, 2,765 studenti klerikali, 515 novizzi, 118 Isqfijiet fosthom ħames Kardinali. Il-quddiesa f’Horsley Park kien immexxija minn Fr John R. Briffa u Fr Claude Borg. Dawk preżenti kienu ferm diżappuntati meta minħabba riħ qawwi li ħakem lin-naħat ma setgħux joħorġu l- vara tal-patrun bil-purċissjoni annwali.

 

Membri ta' l-Għaqda tal-Past Pupils ta’ Don Bosco ta’ NSW

 

Waqt il-quddiesa li kienet mgħejuna mill- Kor JC sar diskors minn tlett membri ta’ l-għaqda fejn tkellmu dwar l-esperjenza tagħhom bħala Sależjani u għaliex iħossuhom kburin bħala membri tal- familja  Sależjana  f’NSW.  Intqal li mhux

 

neċessarju li jkollok edukazzjoni Sależjana biex tkun membru. Dawk li jemmnu fit-tagħlim ta’ Don Bosco huma aċċettati b’ħerqa. Wara kien hemm riċeviment fis-sala tal-knisja l-qadima fejn iġġeddu ħafna ħbiberijiet.

 
 

 Festa ta’ San Pawl f’Marayong

 

Il-Papa Benedittu Sittax iddikjara din is-sena bħala s-Sena Pawlina u d-dinja kollha wieġbet għal din is-sejħa. Imħeġġa mill-kliem ta’ San Pawl lill-Korintin “l- imħabba taf tistabar u thenn, l-imħabba ma tintemm qatt” il-parroċċa ta’ St Andrews fis-subborg ta’ Marayong f’NSW organizzat quddiesa speċjali b’qima lill- missierna  San  Pawl li għaliha attendew

Maria DeCarlo

 

madwar 800 persuna. Kien hemm ħafna Maltin minn naħat oħra li wieġbu għal din is-sejħa speċjali.
 
Il-quddiesa fetħet bid-daqq ta’ qniepen li f’Malta huma wżati biex jattiraw lill-fidili lejn iċ-ċerimonji li jsiru fil-knisja. Qaddes Fr Claude Borg li għamel ukoll omelija mqanqla u qara talba speċjali li ngħaqdu miegħu dawk preżenti. Sam Cassar u Annabelle Cauchi qraw mill-atti tan- nawfraġju ta’ San Pawl. Waqt l-offertorju rajna żewġt itfal, Samuel Bartolo u Laura Mifsud libsin bil-kostumi tradizzjonali ta’ Malta. Il-kor JC taħt id-direzzjoni ta’ John Beale kompla ferraħ din l-okkażjoni b’kant bil-Malti li miegħu ingħaqdu dawk preżenti. Ħafna mill-Ministri ta’ l- Ewkaristija kienu wkoll Maltin.
 
Maria DeCarlo, il-ko-ordinatriċi ta’ din il- quddiesa speċjali u waħda mill-parruċċani attivi li kienet ukoll il- kommentatur, irringrazzjat lil dawk kollha

 

li b’xi mod kienu ta’ għajnuna biex din l- okkażjoni ta’ qima lejn il-qaddis patrun ta’ Malta tkun suċċess.

 
 

 Sejħa minn San Pawl il-Baħar

 

Sejħa lil dawk li huma minn San Pawl il-Baħar (Malta) u jixtiequ jżomm kuntatt ħaj mal-parroċċa ta’ dak ir-raħal sabiħ fejn inkalja Missierna San Pawl. Il-parroċċa toħroġ newsletter elettronika kull xahar u dawk li huma jew kienu b’xi mod assoċjati ma’ din il-bajja ta’ San Pawl u jridu jirċievi l-aħbarijiet tal-parroċċa għandhom jikkuntattjaw lil frcilia@yahoo.com Il-parroċċa ta’ San Pawl il-Baħar ilha taħt it-tmexxija tal-Patrijiet Konventwali Minuri fis-sena 1904 wara l-Markiża Anna Bugeja bniet bi flusha din il- knisja u wara rregalatha lill-Patrijiet. Il-Kunvent inbena bejn 1968-75.

 
 

 World Master Games

 

Skond notizzja li dehret fuq l-website tal-Gvern Malta jingħad li Atleti Maltin, 'l fuq minn 25 sena għandhom l-opportunitą unika li jikkompetu fil-venues Olimpiċi tal-belt ta’ Sydney, fl-Awstralja f’dawk li huma msejjħa bħala l-‘World Masters Games’ li se jinżammu f’Sydney bejn l-10 u t-18 ta’ Ottubru 2009.

Karatteristika unika ta’ dawn il-‘World Masters Games’ li nżammew l-aħħar fil- Kanada fl-2009 hija li biex tieħu sehem m’hemmx għalfejn illi tkun atleta professjonali. Fil-fatt l-unika kriterju biex tikkwalifika hija l-etą. Hemm madwar 28 dixxiplina sportiva differenti fosthom għawm u futbol, fejn il-parteċipanti jrid ikollhom mhux anqas minn 25 jew 30 sena rispettivament.

 

Il-faċċata tal-parroċċa ta' San Pawl il-Baħar.

Aktar dettalji jistgħu jinstabu fuq is-sit www.2009worldmasters.com Dawk li jixtiequ jipparteċipaw iridu jagħmlu arranġamenti privati biex jivvjaġġaw. Il-ħlas għal parteċipazzjoni fil-World Masters Games huwa 220 dollari Awstraljani (madwar 120ewro).

 
 

 BOV inaqqas is-servizzi

 

Ftit ilu tħabbar uffiċjalment li l-Bank of Valletta se jagħlaq l-uffiċċju ta’ Sydney li kien jagħmel użu minnhu bħala l-uffiċċju ċentrali li fetaħ madwar 22 sena ilu. Il-BOV issa se jżomm biss miftuħ uffiċċju f’Sunshine (Melbourne) li se jkun miftuħ tlett ijiem fil- ġimgħa biss. Dan se jkun it-tielet uffiċċju li l-BOV se jagħlaq fl-Awstralja. Fis-sena 2004 kien għalaq uffiċċju ieħor fi Blacktown NSW u wkoll l-uffiċċju li kellu fil-qalba tal-belt ta’ Melbourne. L-ewwel uffiċċju tal-BOV fl-Awstralja infetaħ f’Sydney fit-30 ta’ Jannar 1987.

 
 

Nieħdu gost jekk tibgħatuli aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 1500 qarrejja fil-ġimgħa. Ibgħatu lil lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section

 

Copyright © 2009 allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com