|
Mhux
soltu li ktieb ġdid jiġi llonċjat min hu l-awtur iżda hekk ġara
dan l-aħħar fis- sala Annunciation tas-sorijiet Duminkani fi
Blacktown NSW. L-Assoc Professur Stephen Gatt deher ferm
emozzjonat u kburi jintroduċi r-rakkont li kiteb ħuh, Mark Gatt
bl-isem ta’ Pavlvs - The shipwreck of 60 AD.

Dan il-ktieb li f’Malta ġie mniedi mill-eks President Dr Eddie
Fenech Adami fih riċerka mirquma minn Mark Gatt, bugħaddas
magħruf sewwa f’Malta wara s-sejba storika tiegħu ta’ ċippa ta’
ankra li jingħad li hi parti mix-xini li fuqu kien hemm Pawlu
ta’ Tarsu meta dan l- Appostlu inkalja f’Malta, naħat tas-Salini
fi triqtu lejn Ruma.

Minħabba l-fatt li hemm xi dubji fejn attwalment inkalja
missierna San Pawl, jekk u meta din is-sejba tiġi vverifikata,
tkun waħda ta’ sinifikat enormi għall- istorja reliġjuża ta’
pajjiżna u biex ma jibqa’ l-ebda dubju li
Pavlus inkalja fejn |
|
huma indikat illum u fejn hu
magħruf bħala San Pawl il-Baħar.

Il-ktieb fil-fatt ġie mniedi mill- Kummissarju Għoli għal Malta
fl- Awstralja u NZ, l-ET Francis Tabone u minn Fr Ben Sant li
t-tnejn tkellmu fuq dan il-ktieb u l-effett li jista’ jkollha
din is- sejba. Fr Sant fakkar ukoll fix-xogħol tas- Soċjetą Missjunarja ta’ San Pawl fl- Awstralja. Rigu Bovingdon għamel
il- kummenti tiegħu billi kkwota minn kiteb antik biex juri kemm
tista’ tkun importanti u storika din is-sejba ta’ l- ankra u dak
li kiteb dwarha l-awtur Mark Gatt.

Ħadu sehem ukoll l-JC Choir mal-pjanista Charles Galea. Tkellmet
wkoll Sr Giorgina Sultana. Ġiet miġjuba
wkoll l-istatwa ta’ driegħ ta’ San Pawl minn Paul Farrugia.
Kienet lejla addattata speċjalment meta din hija s-sena Pawlina.
Dawk li jixtiequ kopja tal- ktieb
għandhom jiktbu lil A/Prof S. Gatt, |
|
 |
|
Il-qoxra tal-ktieb Pavlvs ta'
Mark Gatt |
| |
|
PO Box 803 Anzac Parade Kensington NSW 1465
jew bil-fax 02 9697 9243. |
|