|
Wieħed
mill-ikbar klabbs li hawn f’NSW dan l-aħħar kien fl- aħbarijiet
meta żewġ membri esekuttivi ġew akkużati b’serq ta’ madwar
$14-il miljun. Dawn iż-żewġ impjegati ta’ Revesby Workers Club
li huwa ffrekwentat ħafna mill-Maltin huma Jai Kumar li rriżenja
f’Diċembru 2007 iżda huwa allegat li seraq iktar minn miljun
dollaru f’perjodu ta’ 18-il xahar u Andrew Lam li kien
l-uffiċjal ewlieni tal-finanzi li ammetta li seraq bejn $300,000
u $400,000.
Edward Camilleri, iċ-Chief Executive Officer ta’ dan il-klabb li
għandu madwar 32,000 membru, qal li l-awdituri KPMG qalulu biex
jingassa dawn l-ammonti qabel ma jiffirma l-kontijiet tas- sena
2007-08. Camilleri ma aċċettax li
jagħmel dan u ordna |
|
investigazzjoni fejn instabu
ħafna tranżazzjonijiet oħra mhux normali.
L-assi ta’ Kumar ġew iffriżati u waqt l-investigazzjoni Lam
ammetta li seraq iżda sadanittant ħallas il-flus lura
lill-klabb. Jidher li l-klabb se jieħu passi kriminali kontra
dawn il-persuni.
Edward Camilleri hu iben Tony, it-tnejn magħrufa sewwa fit-
tmexxija tal-klabbijiet f’NSW. Tony li l-familja tiegħu huma
assoċjati ma’ Eddie’s Bar il-Belt Valletta kien xi żmien
inkarigat ukoll mill-klabb Malti f’NSW il-Phoenician Club meta
dan kien fl-aqwa tiegħu f’George Street, fil-qalba tal-belt ta’
Sydney. |