It-Tnejn, 27 ta' April 2009     
      

Aħbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Għal aktar aħbarijiet mill-Awstralja aqraw The Maltese Herald
li toħroġ fl-Awstralja kollha kull nhar ta' Tlieta.

 Il-Maltin ta’ Barra, Fenomenu

 

Il-komunitajiet Maltin ta’ barra minn Malta huma fenomenu. Dawk li jgħixu f’Malta ftit jistgħu jifhmu kif il-Maltin li jgħixu pereżempju f’Sydney jew Melbourne bliet enormi fejn hemm distanzi kbar bejn subborg u ieħor jew belt u oħra jirnexxilhom iżomm l-interess ta’ dawk li emigraw u d-dixxendenti tagħhom billi jorganizzaw kull xorta ta’ laqgħat soċjali u divertiment li dejjem ikollhom konnessjoni ma’ dak li ħallew warajhom f’Malta. L-attentati biex jinżamm dak il-kuntatt ħaj huma xi ħaġa fenomenali li ma nafx kemm verament u attwalment jiġu nnotati jew apprezzati mill-Maltin ta’ Malta.
 
F’Malta dan l-aħħar saret tifkira tat-30 anniversarju ta’ Jum il-Ħelsien. Innotajt li f’Malta reġgħu rxuxtaw il-produzzjoni tal- Musical Ġensna ta’ Paul Abela u Ray Mahoney. Produzzjoni mill-aqwa li tieħdok ma’ l-istorja ta’ Malta minn żmien il-qedem u tfakkar sewwa l-ħames festi nazzjonali tagħna l-Maltin.

Ta min ifakkar li f’Sydney l-Awstralja, tmien snin ilu fit-3 ta’ Ġunju 2001 tellgħajna wkoll din il-produzzjoni mit- talenti li għandna fostna. Kien hemm serata waħda quddiem sala mimlija fil- Wentworthville Leagues Club. Kienet l- inizjattiva ta’ l-Għaqda Kulturali Maltija ta’ NSW li għal ħafna xhur ħadmet bi sħiħ biex bir-riżorsi limitati li għandna hawn tippreżenta din il-produzzjoni. Eddie Busuttil kien kemm il-producer u d- direttur li rnexxielu joħroġ fil-beraħ ħafna talenti ġodda.

 


Ritratt memorja ta' meta saret il-produzzjoni "Ġensna" f’Sydney l-Awstralja.

 

Meta smajna li “Ġensna” kienet se tiġi rxuxtata mill-ġdid f’Malta ftakarna fl- attentat lokali li sar mill-Maltin ta’ Sydney, tmien snin ilu għalkemm hawn ma nsibux r-riżorsi u t-talent li hemm Malta għalhekk l-attentati tal-Maltin ta’ Barra fihom ħafna meritu.
 
Saru iktar produzzjonijiet ta’ din il-kwalitą f’Sydney bħal Manwel Manwel, il- Bandiera tal-Maltin u 1919 meta l-poplu Malti rvella kontra l-Ingliżi.

Mhux produzzjonijiet storiċi biss kapaċi jtellgħu l-Maltin ta’ Sydney iżda anke serati  bħal  “It-Tieġ  ta’ Karmena Abdilla”

 

kitba tal-magħruf u qatt minsi Charles Clews. Iżda din il-produzzjoni ma saretx biss f’Sydney mill-Għaqda Teatrali “Ċittadini” iżda ħaduha wkoll fil-belt ta’ Melbourne madwar 887 km bogħod.
 
Fit ilu din l-għaqda teatrali reġgħu marru minn Sydney għal Melbourne biex ippreżentaw “It-Tieġ ta’ Karmena Abdilla għaxar snin wara” Tistgħu timmaġinaw li mhux  daqstant  faċli  biex tmur minn belt għal oħra distanza ta’ 887 km bl- atturi, xenarju etc. Dan xejn ma jaqta’ qalb din l-għaqda “Ċittadini” taħt il- Presidenza ta’ Doris Caruana u d-direttur Joe Borg.

 
 

 Spettaklu Reliġjuż imqanqal

 


Żewġ ritratti tal-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira f'Horsley Park

 

Spettaklu ieħor li jsir fis-subborg ta’ Horsley Park NSW hu l-purċissjoni tal- Ġimgħa l-Kbira. Din isir ukoll fis-subborg ta’ St Albans f’Melbourne. Għal dawn l- aħħar sentejn ix-xita qalila li għamlet fl- inħawi ta’ Horsley Park NSW żammet il- purċissjoni milli toħroġ. Kollox ikun ippreparat u biex torganizza purċissjoni b’madwar 300 persuna jieħdu parti hija attentat loġistiku kbir. Biex fl-aħħar minuti tiġi deċiża li l-purċissjoni mhix se toħroġ hija aħbar katastrofika li jsewwed qalb u jiddiżappunta ferm lil dawk l-eluf li jkunu marru bi ħġarhom fis-subborg ta’ Horsley Park biex jaraw dan l-ispettaklu.
 
Din is-sena t-temp daħqilna għax kien nofs ta’ nhar mill-aqwa li taf tagħmel Sydney fil-Ħarifa. Dawk li ġew minn kull parti ta' NSW u anke minn Wollongong, Melbourne u South Australia setgħu japprezzaw id- devozzjoni  u  fl-istess  ħin l-ispettaklu ta’

 

tmien statwi u l-għadd ta’ persunaġġi nisa u rġiel li jilbsu kostumi Rumani u oħrajn tal-perjodu li għalkemm hi purċissjoni sagra u devota jagħtu kulur, varjetą u sens mexxej li jħallik tapprezza dak li tkun qiegħed tara u jfakkrek b’xeni vividi l-aħħar mumenti tal-ħajja ta’ Kristu.

Waqt il-purċissjoni jkun hemm kummentarju bl-Ingliż biex ifiehem aħjar dak li jkun jidher ħiereġ mill-Knisja majestuża tal-Madonna tal-Vitorja li nbniet fis-snin 1992-93.
 
L-ideja tal-purċissjoni u d-devozzjonijiet  konnessi kienet tal-kappillan Malti, Fr Philip Gambin li f’Novembru 1986 sawwar il-ħsibijiet tiegħu lil Joe Fenech, Joe Mangion (illum mejjet) u oħrajn. Ġabu statwa tal-Duluri minn Melbourne fl-1987. Sena wara waslu żewġ statwi oħra u fis- sena 1989 ġie organizzata wkoll l-Aħħar Ċena,  l-Mejda ta’ l-Appostli. Żewġ statwi

 

waslu minn Malta. Fis-sena 1990 tlett statwi waslu minn Malta u kien hemm xi għajnuna mill-Gvern Malti. Waqt żjara tal- Prim Ministru E. Fenech Adami f’Horsley Park sar it-tberik ta’ dawn l-istatwi.
 

Il-Banda Maltija Our Lady Queen of Peace ta’ Greystanes għandha assoċjazzjoni mill-bidu ma’ din il-festa u kull sena tieħu parti. Jieħdu parti wkoll il-kor ta’ ta’ l- Għaqda   Kulturali  Maltija

 

Joe Fenech

ta’ NSW. Din il-festa tal-Ġimgħa l-Kbira ilha ssir għal 22 sena sħaħ. Tifħir imur għall-kumitat taħt il-Presidenza tal- ħabrieki Joe Fenech li jorganizza din il- purċissjoni. Kien pjaċir personali nara wkoll li Antoine, it-tifel tal-mejjet Joe Mangion li tant ħadem għal din il- purċissjoni jkompli xogħol missieru b’ħerqa u devozzjoni.

 
 

A breakthrough with young students
wanting to learn the Maltese Language

 

The Maltese Language School of NSW has been running the language schools for the last eleven years. This scholastic year they have over 70 students enrolled in their three campuses at Horsley Park, Seven Hills and at Schofields in NSW.
 
Their long term policy is to entice students, while still in their respective schools to learn Maltese. To this end, they have been successful in attracting students from Terra Sancta College at Schofields to participate in the teaching of the Maltese Language as an extra subject after their schools hours.
 
The breakthrough came after music teacher, Michelle Leniham attended Maltese language classes at Horsley Park and was so impressed that decided to extend her newfound knowledge about her culture, history and heritage to other young students of Maltese descent attending the College where she teaches.
 
Working with Maria DeCarlo, the Maltese Language School of NSW co-ordinator, they turned a lunchtime activity of over 30 students into a special project for classes after school hours for High School students from year 7 to year 10.
 
The class commenced in February 2009 made up mostly of Australian born students of Maltese descent. The attendance in Term One was very good and a great interest is shown by the students to learn the language, history and culture of Malta.
 
On Easter week, a food fest including the Maltese figolli was organised. Other teachers from Terra Sancta College were there to observe the class in progress. The class teacher is Maria De Carlo, and assistant Mary Muscat.
 
The Maltese Language School is a sub-division of the Maltese Community Council of NSW. A spokesperson for the Council said that this breakthrough is aimed at the long-term survival of the Maltese Language and the strategy to execute activities that maintain target numbers for candidates for the Higher School Certificate.

 

The students at Terra Sancta Collage with their teacher Maria DeCarlo (right)
and assistant Mary Muscat.


The students at Terra Sancta College at Schofield NSW with their teachers.
An initiative of the Maltese Language School of NSW.

The Maltese Community Council of NSW made strong representation to the Premier of NSW, Nathan Rees back in July  2008 and had various meetings with the  Community Relations Commission of NSW regarding the impact of small candidatures  on  future  HSC exams The CCAFL National Reference Group had identified  Maltese Continuers as a course  that  is  at risk of suspension due to the low number of students in 2007.

The Maltese Community Council of NSW acknowledges  the  efforts of the recently

 

formed Federation of Maltese Language Schools of Australia in their task to co-ordinate the teaching of our culture, history and language in a uniform manner across Australia.

Inquiries about learning the Maltese Language in Sydney please contact Maria DeCarlo on 0146119100 or by email  to:

malteselanguageschoolnsw@
hotmail.com

 
 
 

Nieħdu gost jekk tibgħatuli aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 1500 qarrejja fil-ġimgħa. Ibgħatu lil lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section

 

Copyright © 2009 allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com