|
|
| |
|
Ftit
ilu ħabbarna li l-Gvern ta’ Malta wara erba’ snin mingħajr
Konslu Onorarju fin-naħat ta’ Brisbane fl-iStat ta’ Queensland
ħatar lil George A Borg Olivier ta’ 72 sena li ilu jgħix
l-Awstralja 41 sena. Mill-ewwel dan il-Konslu Onorarju kellu
laqgħa kordjali mal- Maltese Australian Association ta’
Queensland meta dawn organizzaw riċeviment f’Darra Church Hall
Brisbane.
Il-Konslu l-Ġdid ta spjegazzjoni dwar il- ħajja tiegħu f’Malta,
fl-Army Ingliża kif ukoll fl-Awstralja waqt li fisser
id-dmirijiet tiegħu bħala l-Konslu Onorarju f’dawn in- naħat.
Huwa assigura lil dawk preżenti li lest biex jgħin lill-Maltin
ta’ Brisbane f’dak li jkollhom bżonn.
Wara wieġeb għal diversi mistoqsijiet li għamlulu. Tħallat u
kellem lil kulħadd u deher mill-ewwel li dan il-Konslu Onorarju
se jimla vojt li ilu jinħass għal żmien twil mill-komunitą
Maltija ta’ Brisbane. Fuq kollox deher ukoll li George Borg
Olivier huwa persuna dħuli li jaf jitħallat ma’ kulħadd.
Fir-ritratti l-Konslu l-ġdid jidher mal- kumitat tal-Maltese
Australian Association of Qld. Mix-xellug jidhru Anthony Fenech,
Mary Borg, Betty Piscopo, Margaret Fenech, Mary Radlof, Lucy
Stewart, Carmen Farrugia Charlotte Thirkill u Pauline Muscat u
fl-ieħor ma’ dawk kollha li kienu preżenti għal din l- okażjoni kordjali imma bżonnjuża. |
|
|
|
| |
|
|
| |
|
|
| |
|
Wara
li rebħet l-kompetizzjoni tant popolari Australian Idol fis-sena
2007, Natalie Gauci ta’ nisel Malti minn Melbourne donna ftit
baqgħet tidher fix-xena tad- divertiment iżda ftit ilu ħadet deċizzjoni ferm ta’ importanza għaliha meta żżewġet lil Hamish
Cowan li hu l-protagonist tal-grupp art-rock bl-isem ta’
Cordrazine fuq vettura tal-baħar f’nofs il-Port ta’ Philip Bay.
Ix-xhud prinċipali kien “Dicko” Dickson li huwa wieħed
mill-ġugaturi tal-Australian Idol. Ir-raġel ta’ Natalie li hu
ta’ dixxendenza Skoċċiża kien liebes il-kilt bil-kulur tartan.
Le, Nathalie ma libsitx l-għonnella. Wara li rebħet it-titlu ta’
The Australian Idol 2007, Natalie ġiet mistiedna Malta biex
tkanta waqt kunċert biex fih jintgħażlu l-kontestanti għal
Eurovision. |
| |
|
|
| |
|
|
| |
|
Ftit
ilu The Blacktown Advocate taw importanza lill-familja Maltija
li bit-tfal u tfal tat-tfal diġą laħqu l-mija. Therese u Wenzu
Grima emigraw lejn l-Awstralja minn Malta fil-20 ta’
Marzu 1951. Waslu Sydney fuq il-vapur SS Jenny u mill-ewwel
xtraw |
|
|
 |
|
Natalie u Hamish Cowan |
|
|
|
biċċa art kbira f’Walters Road
Blacktown. Wenzu Grima ħadem fir-raba’ u Josephine li
kienet il-kbira fost l- aħwa mill-ewwel
tgħallmet issajjar, taħsel u tgħin lill-ġenituri tagħha f’kull bżonn waqt
li ħadmet fil-fabbriki ta’ Stirling Henry u ma’ Arnott’s
Biscuits f’Homebush.

Sadanittant iżżewġet u kellha erbat itfal.
Il-familja baqgħet tikber u llum hemm 45 tfal u 101 tfal
tat-tfal. Josephine Cuschieri qalet li ħafna mill-familja
għadhom joqgħodu fin-naħat ta’ Blacktown u tista’ tissoponi
l-ferħ meta jiltaqgħu kollha għal xi okażjoni speċjali. Mary
Agius dan l- aħħar welldet lil Jake Paul li rreġistra bħala 101
wild tal-familja mnissla minn Teresa u Wenzu Grima. |
|
|
 |
 |
|
Mix-xellug jidhru: Josephine
Cuschieri (in-Nanna) b'Jake Paul Agius f'idejha, Mary Agius
(l-omm) mat-tifel Nicholas u Mary-Jane Buttigieg (il-bużnanna). |
|
|
| |
|
|
| |
|
|
| |
|
F’dawn
l-aħħar snin jidher li t-tagħlim tal-Malti f’Sydney ħa spinta
l-quddiem u iktar qed jitħajru jitgħallmu din il-lingwa li ġibna
magħna mill-gżira ċkejkna ta’ Malta. Michelle Leniham ta’ nisel
Malti li tgħallem fil-Kulleġġ Kattoliku, Terra Santa f’Schofield
kienet hi stess qed titgħallem il-lingwa Maltija f’Horsley Park.
Tant interessat ruħha li kkonvinċiet lil Maltese Language School
ta’ NSW biex jibdew klassijiet speċjali fil-Kulleġġ fejn
tgħallem hi, għax sabet li kien hemm xewqa mill-istudenti biex
jitgħallmu l- Malti.

B’kollaborazzjoni ma’ Maria DeCarlo li hija l-ko-ordinatura ta’
l-Iskola tal-Malti bdew klassi għall-istudenti sekondarji minn
Year 7 sa Year 10 liema klassi qed tikber u tissaħħaħ.
L-iskop prinċipali hu li dawn l-istudenti jkun
jistgħu iktar ‘l quddiem jitħajjru li jagħżlu l-Malti
fl-eżami tal-HSC.. |
|
 |
|
Il-klassi speċjali tal-Malti fi Schofield NSW ma' l-għalliema,
Maria DeCarlo u Mary Muscat. |
| |
|
Għalkemm dan l-aħħar għadd
żgħir ta’ studenti adulti għamlu l-eżami tal-HSC u dak l-isforz
għandu jiġi mfaħħar iżda l- |
|
futur għall-eżamijiet tal-HSC jiddependi ħafna
miż-żgħażagħ li jkunu fl-iskejjel normali. |
|
|
|
| |
|
|
| |
 |
|
Anna Bligh |
|
|
|
|
| |
|
Fil-15
ta’ Marzu kien hemm elezzjoni Statali fi Queensland fejn kulħadd
bassar li l- Gvern Laburista ta’ Anna Bligh kien se jitlef
l-elezzjoni għax l-Laburisti kienu diġą rebħu erba’
elezzjonijiet infila. Iżda r-riżultat finali ta rebħa deċiżiva
lil din l-ewwel mara li ġiet eletta bħala Premier ta’ Stat
fl-Awstralja. Il-Parlament il-ġdid fetaħ fil-21 ta’ April 09. Ir-riżultat
finali huwa dan; Labor Party 51 siġġu, Liberal Country Party 34
siġġu u 4 Indipendenti.

Il-Laburisti ġabu biss 42,28% tal-voti primarji, l-inqas
mill-elezzjoni tal-1998 iżda ftit setgħu igergru meta din
fil-fatt kienet il-ħames elezzjoni nfila li rebħu f’dan l-iStat.
Kien hemm Premiers oħra nisa bħal Joan Kirner f’Victoria u
Carmen Lawrence f’Western Australia iżda dawn ma ġewx eletti
bħal Premiers b’elezzjoni ġenerali. Anna Bligh ta’ 46 sena li
ħadet post il-popolari Peter Beattie, 17-il xahar biss qabel
ikkontesta elezzjoni u ħarġet rebbieħa u għalhekk
saret l-ewwel Premier mara eletta mill-poplu.. |
|
|
| |
|
|
| |
|
|
| |
|
Dawk
li jgħixu fl-Awstralja jafu sewwa kemm hi konfuża s-sistema tal-ħin
minħabba l-kobor ta’ dan il-kontinent. Fl-ewwel Ħadd ta’ April
kellha t-tmiem tad-daylight savings almenu fis-south eastern
states u l-ACT. Id-DLS se jerġa’ jibda fl-ewwel Ħadd ta’ Ottubru
09. Għalhekk il-ħin tas-sajf jew DLS hu osservat f’NSW (Sydney),
Victoria (Melbourne), South Australia (Adelaide), Tasmania
(Hobart) u l-ACT (Canberra). Dan ifisser li ma’ dawn in-naħat li
josserva l-ħin tas-sajf u Malta issa hemm differenza ta’ 8
siegħat flok l-10 siegħat ta’ qabel. Queensland u NT ma
josservawx il-ħin tas-sajf. |
| |
|
|
| |
|
Nieħdu gost jekk tibgħatuli
aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li
tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 1500 qarrejja
fil-ġimgħa. Ibgħatu lil
lawdimech@optusnet.com.au |
|
| |
|
|
Jekk trid taqra l-artikli ta'
dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn |
|
|
|