It-Tnejn, 6 ta' April 2009     
      

Aħbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Għal aktar aħbarijiet mill-Awstralja aqraw The Maltese Herald
li toħroġ fl-Awstralja kollha kull nhar ta' Tlieta.

 Rappreżentanza tal-Gvern Malti fl-Awstralja

 

Huwa xieraq u ta’ bżonn li fl-Awstralja fejn għandna Malta oħra l-Gvern ikollu rappreżentanza qawwija. Il-kontinent ta’ l- Awstralja huwa enormi (7,706,000 kilometri kwadri) u biex ikollkom xi ideja ta’ dan il-kobor tajjeb li nsemmi li l- Ewropa għandha kobor ta’ madwar 3,483.000 kilometri kwadri

Għalhekk il-Gvern ta’ Malta għandu Kummissjoni Għolja, jiġifieri ċ-ċentru ta’ l-amministrazzjoni f’Canberra l-belt kapitali  ta’ l-Awstralja u żewġ uffiċini oħra fi grad ta’ Konsolati-Ġenerali waħda fl-iStat  ta’  Victoria  (Melbourne) u oħra fl-iStat ta’ NSW (Sydney). B’kollox hawn fl-Awstralja erba’ uffiċjali mibgħuta speċjali minn Malta. Ma’ dawn insibu wkoll tmien Konsli Onorarji mqassma ma’ l-Awstralja.

Mhux faċli li tifhem per eżempju għaliex inħatru żewġ konsli onorarji f’South Australia u Victoria, tlieta oħra fi Queensland u mbgħad fl-iStat ta’ NSW (801.600 sq km, seba’ darbiet ikbar mill- Ingilterra) ma nħassx il-bżonn li nżommu Konslu Onorarju. Kif jgħidu hemm baħar jaqsam bejn kliem u fatti.

Għal darba oħra l-Gvern ta’ Malta wera nuqqas serju fejn jidħlu l-Maltin ta’ l- Awstralja meta dam kważi erba’ snin sħaħ biex ħatar Konslu Onorarju għan-naħat ta’ Brisbane fi Queensland. L- aħħar Konslu Onorarju li kien hemm kien Albert Hili li għalkemm irriżenja fit-30 ta’ Ġunju 2005 kien ilu li nforma lill-Gvern li se jmur Londra b’xogħol minn madwar sitt xhur qabel.

Il-Gvern ta’ Malta għadu kemm ħabbar l- isem tal-Konslu Onorarju ġdid, Dan huma George A. Borg Olivier imwieled il-belt Valletta u għandu 72 sena. Huwa jiġi t- tifel ta’ Edgar, hu l-eks Prim Ministru Malti, Dr George Borg Olivier. Ilu l- Awstralja 41 sena wara li spiċċa mis- servizz Ingliż (Royal Artillery) bir-rank ta’ kaptan fl-1968.

Għalkemm ġej minn familja Nazzjonalista mdaħħla sewwa fil-politika, il-Konslu Onorarju l-ġdid jiddikjara li kemm hu u kemm missieru qatt ma kienu nvoluti fil-politika Maltija. Huwa membru    tal-Gold    Coast    Phoenician Multicultural    Association   u   l-Maltese

 

Il-Kummissjoni Għolja Maltija f'Canberra,
il-post ċentrali ta' l-amministrazzjoni tal-Gvern Malti fl-Awstralja

 

Alfred Fenech OAM BA

 

George A. Borg Olivier

 

Australian Gold Coast Association of Brisbane u se jidħol membru wkoll tal- Maltese Association of Brisbane.
 
Nawguraw lil George A. Borg Olivier suċċess f’din il-kariga ġdida iżda ma nistgħax nifhem kif il-Gvern jista’ jħalli kariga bħal din vojta għal erba’ snin sħaħ. Din mhix l-ewwel darba li l-Gvern Malti dam jaħsibha dwar ħatra ta’ Konslu Onorarju. F’South Australia wara r-riżenja ta’ Gejtu Grech il-post dam vojt għal tlett snin sħaħ u mbgħad biex jimlew il-vojt flok wieħed ħatru tnejn.
 
Fl-iStat ta’ Queensland issa għandna tlett Konsli Onorarji, Victoria għandhom tnejn, South Australia għandhom tnejn ukoll u wieħed f’Western Australia. Fl- iStat ta’ NSW ma għandux Konslu Onorarju. L-aħħar wieħed li kien hawn, Alfred Fenech OAM BA, l-uniku wieħed li kien  espert  fin-negozju  wara  li  kien ilu

 

jaħdem f’pożizzjoni eżekuttiva ma’ l- Austrade (id-Dipartiment tal-Gvern Federali għan-negozju u l-kummerċ mal- pajjiżi barranin) għal iktar minn 30 sena rriżenja (jew irtirawh?) u l-Gvern qatt ma ħass il-bżonn li jkun hawn ieħor minfloku għalkemm dejjem itambru u jippruvaw jippromovu l-kummerċ u n-negozju.
 
Ftit ilu f’Malta saret it-tieni konferenza għal Konsli Onorarji li l-Gvern ta’ Malta għandu mxerrda mad-dinja. Jingħad li attendew madwar 90 Konslu minn 49 pajjiż differenti f’450 laqgħa ma’ intraprendituri u sidien ta’ negozji Maltin. Għal din il-laqgħa, mill-Awstralja kien hemm Konslu Onorarju wieħed biss, Carmen Baretta minn Mackay, North Queensland li ilha biss f’din il-pożizzjoni għal ftit xhur. L-inizjattiva tagħha għadha tiġi apprezzata. Is-sena l-oħra f’konferenza simili ma kellna l-ebda rappreżentanza mill-Awstralja.

 
 

 Fid-dinja tal-boċċi

 

Għadhom kemm tħabbru l-poloz tal- World Cup tal-Men Lawn Bowls 2009 li se jsiru fil-Warilla Bowling Club (ħdejn il- belt ta’ Wollongong NSW). Se jieħdu sehem 21 pajjiż, fosthom hemm ukoll Malta.  Din  l-informazzjoni  ġiet mogħtija

Shaun Parnis

 

lilna mill-Malta Lawn Bowls Association li r-rappreżentant tagħhom fl-Awstralja huwa, Alan Gauci.

Għal darba oħra Shaun Parnis minn NSW Bowlers Social Club li jiġi iben Louis, il-President tal-George Cross Falcons Club ta’ Wollongong se jirrappreżenta lill-Malta. Il-kowċ tiegħu, Troy Sommerville qalilna li Shaun jinsab fl-aqwa tiegħu u kollox miexi sewwa.

Troy ukoll huma magħruf bħala plejer mill-aħjar u għadu kemm rebaħ l-2009 South Pacific Pairs. Qiegħed jipprepara lil Shaun b’ħafna eżerċizzi u jinsab żgur li dan il-Malti se jkun ippreparat sewwa biex jirrappreżenta lill-pajjiżu Malta.

Il-pajjiżi li se jieħdu sehem ġew imqassma f’żewġ gruppi. L-ewwel grupp jikkonsisti f’Malasja, Ċina, Malta Afrika t’Isfel, Irlanda, Singapore, Awstralja, Tajlandja, Spanja, Ġappun u India.

It-tieni grupp huma: Brunei, Kanada, Fiji, Guernsey, Honk Kong, Korea, New Zealand, Norfolk Island, Skozja u l-Istati Uniti.

 

Alan Gauci qalilna li l-Malta Lawn Bows Association qed tipprepara biex tieħu parti fil-Commonwealth Games li sena oħra se jsiru f’New Delhi l-Indja. Dawn kollha li jixtiequ jgħinu b’xi sponsorship jew jitħajjru jilgħabu din il-logħba għandhom jikkuntattjaw lil Alan Gauci, Malta Lawn Bowls Association, Australian Representative Tel: 0421 016 801 email: emmg@optusnet.com.au

 
 

Nieħdu gost jekk tibgħatuli aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 1500 qarrejja fil-ġimgħa. Ibgħatu lil lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section

 

Copyright © 2009 allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com