It-Tnejn, 30 ta' Marzu 2009     
      

Aħbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Għal aktar aħbarijiet mill-Awstralja aqraw The Maltese Herald
li toħroġ fl-Awstralja kollha kull nhar ta' Tlieta.

 Fis-skiet, fil-lejla ta’ għarfien għall-anzjani

 

F’dawn l-aħħar ġimgħat fl-iStat ta’ NSW kellna Seniors Week li l-Gvern jorganizza bħala spinta għal dawk l- anzjani li għadhom attivi. Din kienet il-51 darba li din il-ġimgħa speċjali ġiet organizzata. Ma’ tul l-iStat kollu jsiru ħafna attivitajiet u ma jonqosx li l-Maltin jieħdu parti wkoll.

Il-Maltese Welfare (NSW) kull sena jorganizza l-hekk imsejjaħ Quiet Achievers Night of Recognition li barra li jonora numru ta’ anzjani li jkunu ġew innominati għax-xogħol volontarju tagħhom irnexxilhom ukoll, f’dawn l-aħħar disa’ snin jorganizzaw serata li saret sinonima ma dak kollu li huwa tajjeb fil- komunitą Maltija.

Din is-sena fl-Annunciation Hall, għal darba oħra ppakkjata bil-mistednin ma nafx x’kien l-aqwa, il-preżentazzjoni taċ- ċertifikati jew il-vuċi anġelika ta’ Amelia Farrugia, is-soprano internazzjonali ta’ nisel Malti li aċċettat tkun il-guest artist tal-lejla u mhux biss saħħret lill-udjenza bil-vuċi melodjuża tagħha iżda l-preżenza tagħha fuq il-palk żiedet prestiġju kbir lil din is-serata.

Amelia bdiet bl-Ave Maria u xi arji operistiċi iżda spiċċat b’kanzunetti moderni u tal-widna li paxxew lill-udjenza tant fl-aħħar qamu fuq riġlejhom u taw applaws qawwi li ttarrax. Kienet l-ewwel darba li din is-soprano kantat f’kunċert organizzat minn soċjetą Maltija.

Il-lejla li kienet taħt il-patroċinju ta’ l-Onor John Aquilina MP, kienet waħda organizzata b’perfezzjoni fejn kollox mexa bil-galbu. Il-President, Lawrence Dimech fakkar fix-xogħol siewi li l- Maltese Welfare jagħmel f’qasam li mhux dejjem jimtela minn għaqdiet oħra. Għamel appell ukoll biex ikun hemm ferm iktar attenzjoni fil-mili ta’ l- applikazzjoni meta jiġu nnominati persuni għal Quiet Achievers.

Huwa qal li għalkemm ħafna mill-anzjani ma telgħux ma’ xi quċċata ta’ muntanja iżda xorta huma ż-żejt li jdawwar il- magna tal-komunitą u x-xogħol volontarju tagħhom ma jitkejjilx kif ġieb u laħaq.

Meta wasal il-waqt li jiġu msemmija t- tnax-il persuna li dis-sena ġew nnominati telgħu fuq il-palk il-Konslu Ġenerali, Annamaria Bonnici u l-Prof Stephen Gatt biex iqassmu ċ-ċertifikati lil Patrick Bartolo, Carmen Borg, Rita DeBrincat. Philip Farrugia, Elsien McEwen, Maria Mansueto, Laurie Mifsud, Carmen Muscat, Mary Nicholson, Lina Role’ Nicholas Schembri u Censina Zahra.

Dawn jirrappreżentaw, nisa tad-dar, artisti, kantanti, avukat, attivisti fil- komunitą u oħrajn. Maria DeCarlo u Marlene Dimech qraw fil-qosor għaliex dawn il-persuna ġew magħżula dis-sena.
 
Fl-aħħar tkellem l-Onor John Aquilina fejn qal kemm iħossu kburi li kull sena jkollu parti u jaqsam ma’ l-anzjani dawn il- mumenti ta’ ferħ. Huwa fakkar fix-xogħol volontarjat mhux biss ta’ dawn it-tnax iżda ta’ dawk kollha li jinsabu fis-sala u barra wkoll.

Saret preżentazzjoni speċjali mill-Onor John Aquilina lil Charles N. Mifsud li dis- sena ġie magħżul mill-Gvern ta’ NSW bħala wieħed minn NSW Seniors Week Achievers. Dan kien diġą ġie onorat uffiċjalment f’okażjoni li saret f’City Recital Hall Sydney iżda minħabba l-fatt li kienu l-Maltese Welfare li nnominawh għal dak l-award reġa’ ġie ppreżentat kif kien xieraq fil-preżenza tal-komunitą Maltija. Rita Kassas qrat il-ħidma ta’ dan il-Malti bid-dettall.

Kien hemm attendenza qawwija minn kapijiet   tal-komunitą,   il-medja   Maltija

 

Fuq quddiem mix-xellug: Maria Mansueto, Nichals Schembri, Lina Role, Mary Nicholson,
Carmen Muscat, Charles N. Mifsud.
Fuq mix-xellug: Censina Zahra, Lauire Mifsud, Elsie McEwen, Philip Farrugia, Rita Debrincat, Carmen Borg u Patrick Bartolo.

Fuq wara mix-xellug: Joe Micallef, Brian Decelis, Mark Caruana, Lawrence Dimech. Greg Caruana, Sam Farrugia, Lino Vella, Emmanuel Grima, Lawrence Gatt
Fuq quddiem mix-xellug: Doris Grima, Maria DeCarlo, Freda Micallef, Marlene Dimech, Nathalie Gatt u Rita Kassas.

Onor John Aquilina jindirizza l-laqgħa

 

Amelia Farrugia soprano ta' fama internazzjonali

 

Charles N. Mifsud.

 

flimkien ma’ l-Onor Alan Cadman, Paul Gibson MP, Alfred Fenech, Fr John Briffa OAM u Fr Ben Sant. Il-lejla kienet immexxija tajjeb ħafna minn Nathalie Gatt.
 
Kien hemm ukoll esibizzjoni ta’ xogħolijiet ta’ artiġġjanat u xogħol bil- ġebla Maltija minn Charles Orland li ta'

 

85  sena  għadu attiv. Ix-xogħol tiegħu ġie apprezzat minn kulħadd għax tassew hu xogħol bl-idejn ta’ delikatezza u dettall.
 
Fl-aħħar il-kumitat ta’ Maltese Welfare ħaqqhom tassew prosit għax kull sena jippreżentaw xi ħaġa innovattiva u ta’ prestiġju li tagħmlilna unur.

 
 

Charles Orland quddiem ix-xogħol li ppreżenta għal wirja

 

Amelia Farrugia tkanta

 
 

Nieħdu gost jekk tibgħatuli aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 1500 qarrejja fil-ġimgħa. Ibgħatu lil lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section

 

Copyright © 2009 allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com