It-Tnejn, 23 ta' Marzu 2009     
      

Aħbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Għal aktar aħbarijiet mill-Awstralja aqraw The Maltese Herald
li toħroġ fl-Awstralja kollha kull nhar ta' Tlieta.

 Irħula u bliet

 

Il-Maltin fl-Awstralja baqgħu dejjem konxji tal-kultura li ġerrew magħhom lejn l-Awstralja u f’kull okażjoni juru kemm għadhom mhux biss interessati iżda ħerqana li jkunu jafu ferm iktar dwar pajjiżhom. Ħafna drabi din l-informazzjoni ftit jew xejn ġiet mgħoddija lilhom meta kienu għadhom Malta.
 
Ftit ilu kelli l-opportunitą li nattendi Musica/Literary Evening li ppreżentaw l- Għaqda Kulturali Maltija ta’ NSW fi Greystanes fejn taħt il-ras ta’ niċċelebraw il-kultura u l-wirt tagħna ppreżentaw lejla ta’ siwi u tagħrif fejn barra li smajna lill-kor ta’ l-Għaqda jkantaw għadd ta’ kanzunetti bil-Malti kien hemm żewġ segmenti nteressanti. L-ewwel smajna lir-Rigu Bovingdon jitkellem fuq Ħ’Attard, l-istorja u n-nies li ħarġu minnha u fl-aħħar ġie muri film dwar Malta meħud mill-ajru.
 
L-Għaqda Kulturali ta’ NSW bdiet tniedi dawn  il-laqgħat u kull darba tlaqqana ma’  belt  jew  raħal ġdid. Diġą saret lejla

 

Il-grupp ta' l-Għaqda Kulturali Maltija ta' NSW

 

informattiva dwar Birkirkara. Is-sala kienet mimlija bin-nies u kulħadd deher li ħa gost b’dak li ntqal u l-mod kif ġiet imżewqa l-lejla.

L-istess Għaqda organizzat ukoll ħarġa ta’ weekend sħiħ lejn in-naħat taċ-Central West ta’ NSW jiġifieri lejn Lithgow, Mudgee,   Dubbo.  Żaru  wkoll  it-Toronga

 

Western Plains Zoo fejn hemm annimali jiġru fil-miftuħ tant li l-kowċ li kien fiha madwar 40 persuna setgħu jibqgħu fiha bil-gwida jfissrilhom it-tipi differenti ta’ annimali li jgħixu fil-miftuħ. L-Għaqda Kulturali Maltija ta’ NSW tagħti l-appoġġ tagħha wkoll lill-Maltese Language School of NSW għat-tagħlim tal-lingwa Maltija.

 
 

 Kantant ieħor Malti

 

Dejjem nieħdu gost nisimgħu b’kantanti ta’ nisel Malti li qed jagħmlu isem għalihom fil-qasam tant kompetattiv tal-kant u mużika. Jamie Agius għadu kemm nieda l-ewwel CD tiegħu taħt l-isem ta’ Motocycle Cowboy.
 
Kif jindika l-isem, Jamie jispeċjalizza fil-mużika country. Huwa qalli li ddedika din c-CD lill-familja tiegħu u l-ħbieb imma speċjalment lill-martu Judi li tant tgħinu fil-karriera tiegħu u lit- tlett itfal tiegħu Aidan, Kristin u Kaycee.
 
Jamie twieled Melbourne iżda ta’ 9 xhur il-ġenituri tiegħu ħaduh joqgħod Sydney. Hu ftakar sewwa li meta kellu 11-il sena missieru Charles Agius (tal-AMP-Blacktown) u ommu Antoinette xtrawlu l-ewwel kitarra u sawwru fih l-imħabba lejn din it-tip ta’ mużika country. Jamie huwa parti wkoll mill-banda, Midnight Riders.
 

Is-CD li fiha 15-il track tista’ tinkiseb billi tidħol fil-website: www.myspace.com/jamieagius
email: jamieagius@optusnet.com.au jew Tel: 0419568874.

 
 
 

 Premju tas-sbuħija

 

Fil-Klabb Marconi f’Bossley Park NSW, il-Malta Rugby League (MRL) għażlu lil Katrina Muscat bħala Miss Malta Knight għas-sena 2009. Din it-tfajla ta’ 24 sena minn Mount Vernon li taħdem bħala accounts executive spiċċat rebbieħa waqt li Emma Attard minn Woronora Heights ġiet it-tieni.
 
Katrin li l-ġenituri tagħha huma, ommha Dorothy mill-Ħamrun u missierha Charles miz-Żebbiegħ kellha lil ħuha jilgħab mal-Melita Eagles, qalet li kienet sorpriża meta ġiet magħżula iżda bi ħrara kbira se tonora l-obbligi tagħha bħal Miss Malta Knight 2009 u biex tara li l-MRL jieħdu parti fir-Rugby League World Cup li se ssir fis-sena 2013. Ashley Clews ta’ 19-il sena minn Eastern Creek rebħet it-titlu ta’ Miss Charity waqt li Kristy Dawson minn Kincumber rebħet l-unur ta’ Miss Congeniality fost disa’ kandidati li ħadu sehem.

 
 

 Mill-Awstralja għaċ-Ċina

 

Il-fabbrika ta’ Bonds f’Wentworthville hija sinonima mal-Maltin ta’ dawk in- naħat. Mijiet ta’ Maltin ilhom jaħdmu f’din il-fabbrika fil-maġġoranza tagħhom nisa mis-snin ħamsin. F’dawn iż-żminijiet ma kontċ tiltaqa’ ma’ mara Maltija li ma kienetx taħdem jew ma’ Bonds jew ma’ Arnolds Biscuit.
 
Għalhekk meta dan l-aħħar faqqet l-aħbar li l-kumpanija Pacific Brands li tiġbor fiha l-fabbriki ta’ Bonds se jnaqqsu madwar 1850 post tax-xogħol għax il-kumpanija ddeċidiet li se tmur taħdem miċ-Ċina fejn il-ħaddiem jithallas bix-xejn qam paniku sħiħ.   Qegħdin   isiru   protesti   qawwija

 

kontra  din  il-kumpanija  Awstraljana  li l- għadd ta’ prodotti tagħhom saru ikona mal-konsumaturi fl-Awstralja u anke f’ħafna postijiet oħra tad-dinja. Prodotti bħal Holeproof, Hush Puppies, King Gee, Sheridan, Slazenger, Tontine, Yakka u oħrajn.
 
Fis-sena 2008 din il-kumpanija kellha bejgħ ta’ $2.1 biljun u kienet tħaddem 9,000 persuna. Ħafna mill-pubbliċitą ta’ din il-kumpanija tinkludi fiha personalitajiet kbar ta’ l-isports bħal ma huma Sir Donald Bradman, Ken Rosewall, Evonne Goolagong Cawley, Margaret  Court  u  Mark  Waugh.  Insibu

 

Kat Muscat - Miss Malta Knight

 

wkoll personalitajiet magħrufa li fil- preżent qegħdin jirreklamaw lil din id-ditta bħal Sarah Murdoch, Pat Rafter, Fi Fi Box, Kate Ceberano u Michael Clarke.

Qed isir pressjoni anke fuq il-Gvern biex dawn l-impiegi ma jintilfux u anke biex jekk il-kumpanija ħadet xi għotjiet mill-Gvern fil-passat terġa’ tagħti lura dawn l- għotjiet. Anke quddiem dawn il-protesti kollha jidher li xejn mhux se jibdel id-deċiżjoni li ħadu d-diretturi tal-Pacific Brands.

 
 

 Victor Vella onorat

 

L-ewwel ġimgħa ta’ Marzu 2009 kienet importanti għall-awtur u għalliem, Victor Vella minn Winston Hills NSW. Fl-aħħar ġranet ta’ Frar irċieva l-aħbar li rebaħ il-Medalja ta’ Ġieħ u Rikonoxximent mogħtija mil-Kunsill tal-Mellieħa. Jumejn wara irċieva l-aħbar sabiħa li ġie aċċettat bħala membru ta l- Akkademja tal-Malti. Xi jumejn wara irċieva ittra qasira ta’ apprezzament u ringrazzjament mingħand Joe Dimech, il-Ko- ordinatur tal-PB.S. (Malta) talli f’dawn l-aħħar ħmistax- il sena, kiteb u irrekordja mitt ittra fis-sensiela GĦAŻIŻA GERIT li ġew imxandra fil-programm ta Josephine Zammit Cordina ‘Boomerang’ u xi ftit minnhom ukoll fuq ‘Waltzing Matilda”.

Nifirħu lil Victor ta’ dan l-apprezzament tal-kitba tiegħu Dan mhux biss hu unur għalih imma wkoll għal dawk kollha li daqu il-frott tal-kitba tiegħu fuq il-Maltese Herald, u semgħuh fuq diversi stazzjonijiet tar-radju fl-Awstralja. Victor Vella huwa awtur ta’ diversi kotba dwar it-tagħlim tal-lingwa Maltija u kien wieħed mill-pilastri tal-Maltese Language School ta’ NSW u għalliem  ewlieni.  Illum irtirat, Victor Vella twieled il-Mellieħa fl-

 

Victor Vella

1939 u studja l-Liceo u St Michael’s Training Collage minn fejn ħa  ċ-ċertifikat  ta’  għalliem.  Huwa  għallem  l-Ingliż u l-istorja f’diversi skejjel sekondarji f’NSW. Huwa miżżewweġ lil Victoria u għandhom tlett itfal.

 
 

Nieħdu gost jekk tibgħatuli aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 1500 qarrejja fil-ġimgħa. Ibgħatu lil lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section

 

Copyright © 2009 allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com