|
|
| |
|
Is-sitt
żjara ta’ Dr Eddie Fenech Adami fl-Awstralja u l-aħħar waħda
tiegħu bħala President tar-Repubblika ta’ Malta ntemmet b’wiċċ
il-ġid. Il-President kien akkumpanjat mas-sinjura tiegħu Mary
kif ukoll mad-Deputat Prim Ministru u Ministru ta’ l-Affarijiet
Barranin, Dr Tonio Borg u kontinġent imdaqqas ta’ uffiċjali u
ġurnalisti.

F’dawn iż-żminijiet mhux possibbli li aħna l-ġurnalisti Maltin
fl-Awstralja nġiebu rapport dettaljat ta’ kull fejn żaret din
id-delegazzjoni għax dan isir minnufih minn dawk li bi spejjez
kbar jiġu minn Malta jakkumpanjaw id-delegazzjoni li din
id-darba żaret Melbourne, Canberra. Sydney u Brisbane.

Waqt il-waqfa f’Sydney, il-Ministru Tonio Borg għoġbu jiddjaloga
mal-ġurnalisti ewlenin Maltin f’dan l-iStat waqt konferenza
stampa fl-uffiċċju tal-Konsulat Ġenerali li għaliha attendew,
Rita O’Dwyer mill-SBS Radio, Lino Vella mill- Maltese Herald u
Lawrence Dimech mill- allmalta.com u l-Union Press.

Il-Ministru ġie mitlub biex jiżvela r- raġunijiet għaliex
il-benefiċċji tal-karta Ewropea tal-Assigurazzjoni ma japplikawx
għaċ-ċittadini kollha Maltin u għalhekk il-Maltin residenti
fl-Awstralja ma għandhomx dritt għaliha meta jivvjaġġaw fis-27
pajjiż ta’ UE. Il-Ministru wiegħed li se jeżamina din
l-anomalija fil- kompitu tal-liġijiet ta’ UE.

Saru wkoll mistoqsijiet kemm fuq il- pensjonijiet li l-Maltin
jirċievu minn Malta kif ukoll l-urġenza li l-istorja ta’ l-
emigrazzjoni għandha tidħol fis-sistema edukattiva. Issemma’
wkoll il-mużew ta’ l-istorja ta’ l-emigrazzjoni u l-proposta
Konvenzjoni tal-Maltin ta’ Barra li ġiet imħabbra ftit ilu u li
ser issir Malta fis- sena 2010.
It-tixrid tal-lingwa
Maltija u l-wegħdiet li sarulna li għadhom ma ġewx
imwettqa tressqu wkoll quddiem il-Ministru Borg.
Dwar id-dewmien fl-applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza
doppja minn Malta, il-Ministru Borg qal li qed isir
sforz qawwi biex ikun hemm iktar effiċjenza iżda ċertu
każijiet huma diffiċli u jieħdu ħafna żmien.

Kien hemm suġġeriment ukoll li l- Kummissjoni Għolja
Maltija fl-Awstralja għandha toħroġ minn żmien għal
żmien rendikont tax-xogħol li tkun qed twettaq fost
il-komunità. |
|
 |
|
Id-Deputat Prim Ministru
flimkien mal-ġurnalisti Malti f'NSW. Jidhru wkoll il-Kummissarju
Għoli Francis Tabone u l-Konslu Ġenerali Annamaria Bonnici. |
| |
|
Issemma’ wkoll li
l-ftehim reċiproku dwar il-pensjonijiet mal-Gvern ta’ NZ
wasal fi stadju avvanzat u x’aktar li dan jiġi ffirmat f’qasir żmien
meta il-Ministru responsabbli tiġi minn Malta għal żjara
f’NZ.

Il-Ministru Borg qal li kellu taħditiet ta’ siwi fuq
bażi Federali kemm ma’ Stephen
Smith MP, il-Ministru
ta’ l-Affarijiet Barranin kif ukoll mas-Senatur
Chris Evans, il-Ministru ta’ l-Immigrazzjoni fejn
il-problema tar-refuġjati ġiet diskussa. Il- Ministri
Awstraljani wegħdu li qegħdin jagħtu konsiderazzjoni
attiva lid- diffikultajiet serji li tinsab fihom Malta
għalkemm ma saru
l-ebda wegħdiet |
|
definiti dwar ir-refuġjati.

Il-Ministru Borg spjega ukoll kif il-Gvern ta’ Kevin
Rudd qiegħed jagħti ferm iktar importanza
lir-relazzjonijiet ta’ l-Awstralja man-Nazzjonijiet
Magħquda kif ukoll ma’ l-Unjoni Ewropea. L-Awstraljani
fil-fatt talbu lil Malta appoġġ fit-talba ta’ l-
Awstralja biex takkwista siġġu mhux permanenti
fis-Security Council ta’ UN fl-2013 u
l-Asian-Europe Meeting. Il-Ministru qal li
jidher li l-Awstralja qed taddotta politika
ferm iktar miftuħa fejn jidħlu l-pajjiżi tad-dinja. Hemm
possibbiltà li l-Ministru Federali Awstraljan għal
Affarijiet Barranin, Stephen Smith iżur Malta f’Ottubru
li ġej. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Il-komunità
Maltija ta’ Melbourne ħaqqha prosit bl-inizjattiva li ħadet biex
twaqqaf tifkira xierqa fl-Awstralja lill- ewwel u uniku qaddis
Malti, San Ġorġ Preca.

Illum, biswit il-Katidral ta’ St
Patrick’s f’East Melbourne insibu bust tal-bronż ta’ dan
il-qaddis (ara ritratt). Il-komunità permezz ta’ kumitat apposta
ilha tiġbor biex dan il-bust isir realtà.
Kienet okażjoni xierqa
għalhekk li meta kien hawn f’Melbourne l-President
tar- Repubblika ta’ Malta, Dr Eddie Fenech Adami ġie mitlub biex
jikxef dan il-bust waqt li l-Arċisqof ta’ Melbourne, Rev Dennis
Hart għamel it-tberik f’okożżjoni storika u speċjali qabel ma
saret quddiesa konċellebrata fl-istess Katidral. |
|
 |
|
Il-Mafkar ta' San Ġorġ Preca |
|
|
|
|
| |
|
|
| |
|
|
| |
|
Il-programm
Malti fuq l-istazzjoni tar- radju Special Broadcasting Service (SBS)
li jitrassmetti ma’ l-Awstralja kollha dejjem ikunu minn ta’
l-ewwel biex jgħinu l-vittmi ta’ xi traġedji kbar li jsiru
fl- Awstralja. Hekk ġara meta kellna l-Bush Fires ta’ Black
Saturday fis-7 ta’ Frar. Flimkien
mar-Red Cross l-SBS Radio organizzaw radiothon fejn ix-xandara tal- |
 |
 |
|
Joe Axiak u Marlene
Galea zewg prezentaturi ta' l-SBS Maltese Radio
Programme |
|
|
 |
 |
|
Grupp li kienu ta'
għajnuna fir-radiothon tal-programm Malti ta' l-SBS. |
|
|
|
programmi
Maltin flimkien ma għadd ta voluntieri ħeġġu
lis- semmiegħa Maltin jiftħu il-bwiet tagħhom u
juru ġenerożità mal-vittmi. Joe Axiaq, l-
Executive Producer tal-programmi Maltin waqt li
rringrazzja lil dawk kollha li ħadu sehem kellu grazzi speċjali
għal dawk kollha li |
|
bagħtu
d-donazzjonijiet li laħqu madwar $21,210. It-32
kommunità etnika li għandhom il-programmi fuq
dan l- istazzjon ġabru flimkien miljun dollaru
bħala donazzjoni. L-SBS
Radio mis-sena 1997 kemm ilhom jorganizzaw telethons ġabru
madwar $9 miljun. |
|
|
|
| |
|
|
| |
|
|
| |
|
L-iskola
tal-Malti fi NSW, jew kif inhi magħrufa aħjar f’Sydney,
l-Maltese Language School of NSW, tat bidu gћall- 11-il sena
tagħha, meta bdew il-klassijiet f’Horsley Park fis-sena
skolastika 2009. Din l-iskola hija mmexxija mill-Kunsill Malti
ta’ NSW. Ġew irreġistrati ’l fuq minn sebgħin student bejn l-età
ta’ 7 snin u s-67 sena, bit-28 minnhom li komplew mis- sena ta’
qabel.
Bħala introduzzjoni għal din is-sena skolastika, kullħadd
iltaqgħa flimkien fejn ingħatat merħba mill-kordinatriċi tal-iskola
Maria DeCarlo lill-istudenti u ’l-għalliema ġodda u. ġie mogħti
it- tagħrif kollu meħtieġ dwar l-iskola. |
 |
 |
|
Klassi oħra tal-Malti
f'Horsley Park NSW fejn dis-sena in-numru ta'
l-istudent laħaq
rekord. |
|
|
|
|
| |
|
|
| |
|
Nieħdu gost jekk tibgħatuli
aħbarijiet mill-komunità biex indaħħluhom f’din il-website li
tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 1500 qarrejja
fil-ġimgħa. Ibgħatu lil
lawdimech@optusnet.com.au |
|
| |
|
|
Jekk trid taqra l-artikli ta'
dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn |
|
|
|
|