It-Tnejn, 2 ta' Marzu 2009     
      

Aħbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Għal aktar aħbarijiet mill-Awstralja aqraw The Maltese Herald
li toħroġ fl-Awstralja kollha kull nhar ta' Tlieta.

 Wara l-ikbar diżastru naturali fl-Awstralja

 

Mhux faċli biex tispjega l-kobor enormi ta’ l-Awstralja. Dan il- kontinent gżira li jestendi għal 7,706.168 sq kms jiġifieri kważi darbtejn ikbar mill-kontinent ta’ l-Ewropa iżda illum barra l- kobor se nagħtu ħarsa lejn l-aħħar traġedja li ġabet luttu sħiħ ma’ l-Awstralja kollha.

Mhux xi ħaġa komuni li tara Prim Ministru, Kap ta’ l- Oppożizzjoni u Premier ta’ l-iStat ixerrdu d-dmugħ u b’dieqa kbira fuqhom kemm meta tkellmu fil-Parlament u kemm meta żaru d-distretti fejn il-qilla tan-nirien ħalliet warajha distruzzjoni tremenda. Il-politiċi jirriflettu kif qed iħossuhom kemm dawk li nħakmu minn nirien u tilfu kollox u anke dawk li jiffurmaw il- kumplament tan-nazzjon.

Diżastru bħal dan iġib miegħu ħafna tbatija, ħafna diffikultajiet u anke xi ilmenti u kritika. Barra dawk li sfaw vittmi (in-numru ta’ fatalitajiet laħaq total ta’ 210 persuna) hemm oħrajn għax madwar 7000 sfaw mingħajr saqaf fuq rashom u nqerdu 1800 dar. Din it-lista turi in-nies li mietu skond id-distretti:

Marysville 45, Strathewen 42, Kinglake 37, St Andrews 22, Steels Creek 10, Flowerdale, 8 Humevale 7, Kinglake West 7, Koornalla 4, Narbethong 4, Callignee 4, Churchill 2, Mudgegonga 2, Strath Creek 2,Toolangi 2, Whittlesea 2, Yarra Glen 1, Upper Plenty 1, Jerralang Junction 1, Cambarville 1, Bendigo 1, Heathcote Junction 1, Mittons Bridge 1 u Reedy Creek 1.


 

 Temp estrem

 

Minħabba l-kobor tagħha, l-Awstralja hija pajjiż b’temp estrem. Eżempju ċar rajnih fil-ġimgħat li għaddew meta waqt li fl-Istat ta’ Queensland kellna għargħar kawżati minn xita qalila u kontinwa li għamlu ħsarat kbar u anke xita qawwija f’NSW, fin-naħa t’isfel tal-kontinent jiġifieri fl-Istat ta’ Victoria kellna l- ikbar diżastru naturali li qatt kellha l-Awstralja.
 
Minnufih, il-Gvern ta’ John Brumby f’Victoria sejjaħ Royal Commission li se tkun taħt l-Imħallef Bernie Teague. Dan kien pass mistenni speċjalment f’pajjiż fejn dawn in-nirien fix-xhur tas-sajf huma ħaġa komuni. Il-Gvern ta’ Victoria ta x’jifhem li qiegħed jirrevedi l-politika tiegħu ta “stay and defend or leave early”.
 
Il-politika tal-Gvern li jagħti d-deċiżjoni finali lis-sidien tad-djar jekk jibqgħux jiddefendu l-propjetą tagħhom jew jaħarbux il- periklu minnufih trid tinbidel għax in-nirien ta’ din il-kwalitą huma feroċi u ta’ ħeffa kbira li ma jagħtu l-ebda opportunitą li taħrab jekk tħalli għall-aħħar.
 
Illum, bit-teknoloġija moderna titħasseb ukoll għaliex ftit kien hemm twissija dwar dan id-diżastru. Waħda mir-raġunijiet kienet li jista’ jkun li dawn in-nirien li jinxterdu b’ħeffa u veloċitą kbira jitkebbsu minn nies jew attivitą oħra, jiġifieri li ftit wisq kellhom x’jaqsmu mat-temp jaħraq u l-irjieħ sħan tan-natura.


 

 

 Kien hemm Maltin?

 

Mhux faċli li tkun taf minnufih kemm hemm persuni ta’ nisel Malti involuti f’din it-traġedja naturali. Mhux komuni li jkun hemm ħafna Maltin joqgħodu f’dawn in-naħat x’aktarx isolati u fil-kampanja, hawn insejħulu l-bush, iżda xejn ma tista’ teskludi. The Maltese Herald għamlet l-almu tagħha kollu biex tidentifika vittmi ta’ nisel Malti. Ħafna drabi dawn jiġu magħrufa għax ikollhom kunjomhom komuni Malti jew xi konnessjonijiet familjari mal-Maltin. Inkunu nafu fiċ-ċert meta joħorġu l-lista uffiċjali tal-mejtin u dawk midruba.
 
F’dan il-pajjiż fejn jidħol it-temp hawn l-estrem. Hawn differenza kbira bejn Stat u ieħor, belt u oħra.
 
Waqt li dak li ġara ftit jiem ilu ġewwa l-iStat ta’ Victoria (kapitali Melbourne) kien l-agħar diżastru naturali fl-istorja ta’ l-Awstralja iżda kellna diżastri oħra li ġabu magħhom imwied u dieqa kbira.


 

 Storja ta’ diżastri

 

Iktar riċenti kellha n-nirien u rwiefen kbar li ħakmu l-belt kapitali ta’ Canberra fl-2003 fejn għadd ta’ Maltin tilfu djarhom. Mietu erba’ persuni, inħarqu madwar 500 dar u kien hemm madwar 100 midruba.
 
Fi Frar 1967 f’Tasmania, nirien kbar qatlu 62 persuna u ħarqu 264,270 hectare f’orġija ta’ madwar ħames siegħat.

Frar 1983. Ash Wednesday Bushfires li qatlu 47 persuna f’Victoria u 28 oħra f’South Australia.

Jannar 1994. Erba’ persuni mietu u miljun hectares meqruda kaġun tan-nirien fin-naħat ta’ Sydney.

Jannar 1997. Tlett persuni mietu fin-naħat ta’ Dandenong Rages f’Victoria.

Jannar 2005 f’Eyre Peninsula mietu disa’ persuni u 110 midruba.
 
Din l-istatistika turi li x-xhur sajfin ta’ Jannar u Frar huma l-iktar krudili fejn jispuntaw dawn il-bushfires minħabba li t- temperatura togħla u toħloq sitwazzjonijiet koroh ta’ sħana u ħafna drabi rjieħ sħan u qawwija li jinfirxu b’veloċitą. Fejn hemm is-siġar, ħaxix u l-veġetazzjoni malajr jiżbukkaw f’nirien distruttivi.

Hija x-xewqa ta’ kulħadd li r-riżultati finali tar-Royal Commission, meta din tispiċċa x-xogħol tagħha jiġu mplimentati mmedjatament biex inaqqsu kemm jista’ jkun ripetizzjoni ta’ daqstant diżastri.

 
 

 Laqgħa f’Wollongong

 

Il-Kunsill tal-Komunitą Maltija ta’ NSW mhux xi għaqda fantażma jew ta’ ftit nies iżda għaqda li tiġbor fiha lil kulħadd. Il- maġġoranza ta’ l-għaqdiet Maltin huma membri attivi ta’ dan il- Kunsill li barra li jipprovdi servizz ta’ welfare, għandu program tar-radju kull nhar ta’ Ħadd u jmexxi wkoll l-iskola tal-lingwa Maltija lit opera minn tlett lokalitajiet differenti.
 
Il-Kunsill huwa dejjem fuq quddiem biex jiddefendi d-drittijiet tal- Maltin f’dan il-pajjiż multikulturali. Il-ġimgħa l-oħra l-Kunsill kellu l-ewwel laqgħa tiegħu dis-sena fiċ-ċentru Malti tan-naħat ta’ Wollongong, jiġifieri fil-każin tal-George Cross Falcon f’Cringila.

 

L-eżekuttiv tal-MCC ta NSW: Josephine Borg,
Alfred Fenech u Sam Vella.

 

Id-delegati li attendew il-laqgħa tal-MCC f'Wollongong

Għalkemm ħafna mid-delegati kellhom jivvjaġġaw distanzi twal iżda l-attendenza kienet numeruża kif jidher minn dan ir-ritratt. Id-delegati ġew mogħtija merħba mill-President tal-George Cross Falcons, Louis Parnis u l-kumitat tiegħu li barra l- ospitalitą ppreparaw ukoll l-ikla ta’ nofsinhar. Id-delegati setgħu jaraw ukoll il-progress enormi li sar f’dan iċ-ċentru f’dawn l- aħħar snin.

Il-President tal-Kunsill, Alfred Fenech qal kemm hu mportanti għall-Kunsill u l-Maltin li jkun hemm preżenza soda u attiva fin- naħat ta’ l-Illawarra.

 
 

Nieħdu gost jekk tibgħatuli aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 1500 qarrejja fil-ġimgħa. Ibgħatu lil lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section

 

Copyright © 2009 allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com