It-Tnejn, 23 ta' Frar 2009     
      

Aħbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Għal aktar aħbarijiet mill-Awstralja aqraw The Maltese Herald
li toħroġ fl-Awstralja kollha kull nhar ta' Tlieta.

 Xogħol ta’ Malti f’South Australia

 

It-tajjeb malajr jintesa. Fraħt ħafna meta qrajt f’The Maltese Herald rapport ta’ apprezzament dwar Gejtu Grech OAM , il-Malti f’South Australia li ħadem bi sħiħ għall-ġid tal-komunitą Maltija u serva għal 13-il sena fuq bażi volontarja bħal Konslu Onorarju f’South Australia. Kien xieraq għalhekk li sħabu li ħadmu miegħu speċjalment fil-kumitat tar-radju tal-komunitą kitbu b’tant ħerqa u entużjażmu dwar dan il-Malti. John Mangion kiteb dwar il-ħajja ta’ Gejtu Grech meta kienu għadhom żagħżagħ fin-naħat tal-Knisja tas-Samra fil-Hamrun u jkompli jgħid kif wara li emigra’ reġa’ ltaqa’ ma’ Gejtu fil-Malta Utd Soccer Club.
 
Gejtu kien attiv ħafna mal-Maltese Guild u dilettant u attiv fit-teatrin kemm bħala attur u anke direttur u kittieb. Dan il-Malti kien segretarju tal-Maltese Community Council ta’ SA u President tal-Maltese Community Radio għal dawn l-aħħar 30 sena. Kien ukoll bħala President ta’ l- anzjani Maltin ta’ SA. Il-Gvern Awstraljan għaraf ix-xogħol utli ta’ Gejtu Grech u onoraħ bil-midalja ta’ l-Ordni ta’ l- Awstralja.  Żewġ membri oħra tal-kumitat

 

Gejtu Grech biċ-ċertifikat, jidher flimkien mal-ħbieb tiegħu mir-radju tal-komunitą
f'South Australia

tar-radju tal-komunitą, Carmen Debono u Bernadette Buhagiar, kitbu kliem sabiħ ta’ tifħir lejn għax-xogħol li dan il-Malti wettaq. Qalu kemm jiddispjeċihom li Gejtu Grech ma għadux magħhom għal illum jinsab f’nursing home. Il-kumitat fil- laqgħa  li  saret  f’Novembru  08  ħatru  lil

 

Gejtu Grech OAM bħala President Onorarju. Tiskanta kemm hawn Maltin li ħadmu u stinkaw biex Malta u l-Maltin ma jibqgħux isolati mill-gżejjer tagħhom. Iva, wasal iż-żmien li l-Gvern ta’ Malta ma jħallix lil gvern barrani biss jagħti għarfien lill-ulied Malta.

 
 

 Iktar pubbliċitą għal Malta

 

Nafu b’ħafna Maltin fl-Istat ta’ Queensland li jaħdmu għal ġdid ta’ Malta u l-Maltin iżda bla dubju l-Belti Pawlu Lapira ta’ 82 sena minn Highland Park hu fuq quddiem magħhom fil-lista. Pawlu għadu fanatiku fuq saħħtu u jimxi madwar 12-il kilometru kuljum. Fl-aħħar Australia Day hu ġie nnominat mill-Gold Coast City Council għal Gold FM community   service  award  li  bi  kburija

 

urini bil-firma ta’ Ron Clarke OBE s- sindku tal-Gold Coast. Il-gazzetta The Gold Coast Sun tal-21 ta’ Jannar kellha storja sħiħa dwar dan il-Malti b’ritratt tiegħu.

Mhux kulħadd japprova dak li jagħmel Paul Lapira iżda trid tammiraħ għall-inizjattivi kreattivi tiegħu biex jippromovi lil Malta.  Ħarsu  lejn  dan  ir-ritratt ta’ speċi

Il-ħajt fejn Paul Lapira poġġa l-bandieri

 

Paul Lapira biż-żewġ bandieri kif deher fil-gazzetta The Gold Coast Sun

 

ta’ kartellun kbir li waħħal mal-Gold  Coast City Council Chambers. Mijiet jekk mhux eluf raw il-bandiera Maltija u dik Awstraljana flimkien imwaħħla ma dan il- ħajt. Pawlu għandu tlett itfal u sitt neputijiet u ilu jieħu sehem fi tlielaq organizzati għal dawn l-aħħar 25 sena. Huwa kien ġarr it-torċa olimpika bejn Coollangatta u Kirra fis-sena 2000.. Pawlu sar ċittadin Awstraljan 14-il sena ilu wara li ġie l-Awstralja fl-1949.

 
 

 Kunsilliera Maltija

 

L-Awstralja mimlija Maltin li għamlu isem għalihom f’kull qasam tal-komunitą. F’dan il-kontinent tant vast ftit insiru nafu dwar ħafna minnhom speċjalment meta kunjomhom ma jkun wieħed magħruf Malti.
 
Il-kunsilliera Angela Altair ta’ Hobsons Bay City Council fli Stat ta’ Victoria tispikka   fost   l-oħrajn   għax   barra  li hi   Maltija   mwielda  San  Pawl  il-Baħar

 

għamlet isem għaliha fin-naħat ta’ din il- Muniċipalitą speċjalment mill-Ward ta’ Williamstown fejn ilha tiġi eletta għal dawn l-aħħar għaxar snin. Angela Altair emigrat lejn Melbourne fil-1954 u kienet ukoll Sindku tal-Kunsill tal-Belt ta’ Hobsons Bay mill-2002 sal-2003. Il- Kunsill ta’ Hobsons Bay ġie mwaqqaf fl- 1994 wara li l-Gvern ta’ Victoria kien effettwa diversi amalgamazzjonijiet. Hobsons  Bay  għandha  popolazzjoni ta’

Il-bini tal-Kunsill Muniċipali ta' Hobsons Bay City

 

Angela Altair

 

81,451 persuna u kobor ta’ 65sq kms. L- aħħar elezzjoni kienet fid-29 ta’ Novembru u l-oħra li jmiss issir f’Novembru 2012. Angela Altair hija ġurnalista u konsulent fil-qasam tal-media.

 
 

 Café Valetta se jagħlaq

 

Ma kienet aħbar xejn tajba għall-Maltin meta Joe u Miriam Portelli, il-propjetarji ta’ Café Valletta li jinsab f’12-14 O’Connell Street fil-qalba tad-distrett tan-negozju f’Sydney ħabbru li se jagħlqu Dan ir-restorant li fetaħ il-bibien tiegħu f’Ottubru 2007 kien sar magħruf ħafna mal-Maltin mhux biss ta’ NSW iżda ma ħafna viżitaturi minn interstate wkoll.

Ħafna mill-Maltin li jiġu minn Malta bi btala kienu jmorru f’dan il- ħanut ukoll li kien sar ikona għax tista’ tgħid kien l-uniku wieħed tal-kwalitą tiegħu fil-belt ta’ Sydney. Barra dan il-propjetarji kienu jafu jieħdu ħsieb il-Maltin u kellhom ikel mill-aqwa.

Kemm Joe u Miriam, li huma minn Għawdex ġejjin minn familji tan-negozju fil-catering u magħrufa sewwa fil-gżira t’Għawdex. Huma rringrazzjaw lil dawk kollha li għamlu użu mill-Café Valletta fis-sena u erba’ xhur li dam miftuħ.

Café Valletta kellu wkoll żjarat mill-Prim Ministru ta’ Malta Dr Lawrence  Gonzi   martu Kate u nies prominenti oħra li żaru il-

 

L-emblema ta' Cafe' Valletta

 

belt ta’ Sydney f’dawn l-aħħar xhur. Joe u Miriam Portelli wara l-Café Valletta se jopera restorant ieħor din id-darba “The Catch” li jispeċjalizza fil-ħut u li jinsab f’The Spit Mosman.

 
 

Nieħdu gost jekk tibgħatuli aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 1500 qarrejja fil-ġimgħa. Ibgħatu lil lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section

 

Copyright © 2009 allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com