ma' Lawrence Dimech
OAM J.P. Għal aktar aħbarijiet mill-Awstralja
aqraw The Maltese Herald
li toħroġ fl-Awstralja kollha kull nhar ta' Tlieta.
Disa’ snin wara l-Konvenzjoni kienu biżżejjed?
Ili
għal xi żmien nipprova nispjega l-konfużjoni li qamet dwar
il-proposta Konvenzjoni għal Maltin ta’ Barra li f’daqqa waħda
ħadet spinta wara li ġie l-Awstralja l-Arċisqof ta’ Malta, Mons
Pawlu Cremona. Il-Kummissjoni Emigranti ta’ Malta li daż- żmien
iktar hija mħabbta bil-mijiet ta’ refuġjati u klandestini li qed
jaslu f’art twelidna ħabbru li se jorganizzaw Konvenzjoni
fis-sena 2010. Ma nafx ma’ min ikkonsultaw u għaliex waslu għal
din il-konklużjoni.
Naf żgur li l-Partit Nazzjonalista fl-aħħar programm elettorali
li ħarġu (item 304) kien hemm wegħda li fl-okkażjoni tal-ħamsin
anniversarju mill-Indipendenza ta’ Malta fl-2014 se jorganizzaw
Konvenzjoni ta’ l-Emigranti Maltin (sejħulhom emigranti u mhux
Maltin ta’ Barra).
L-aħħar Konvenzjoni tal-Maltin ta’ Barra kienet saret f’Malta
fil- bidu tal-millenju ‘l ġdid, mill-25 ta’ Jannar sa l-ewwel
ta’ Frar 2000. Kienet laqgħa siewja fejn il-mexxejja tal-komunitajiet
tal- Maltin poġġew fuq il-mejda road-map ċara kif Malta għandha
titratta mal-Maltin ta’ Barra.
Lawrence Dimech tkellem fuq iċ-ċittadinanza
doppja waqt l-Konvenzjoni.
Il-kunċett
Greater Malta
Fuq
nett ta’ l-aġenda kien hemm il-kunċett ta’ The Greater Malta
jiġifieri li għal finijiet tal-Gvern Malti, Malta ma tispiċċax
mal-konfini tal-gżejjer Maltin iżda hija Malta għal dawk kollha
li bħala ċittadini jibqgħu jagħrfuha u jgħożżuha bħal art
twelidhom jew art twelid l-antenati tagħhom.
Dan il-kunċett hu l-fus, hu s-sisien sodi li fuqu u madwaru
jitgħaġnu t-talbiet kollha li jistgħu isiru biex jissiġillaw ir-
relazzjonijiet bejn Malta u wliedha li kellhom iħalluha.
Imbagħad kien hemm dawk, li d-delegati qablu li għandhom ikunu
bħala rakkomandazzjonijiet ġenerali.
Jekk ma naċċettawx il-kunċett ta’ Malta Akbar ikun
diffiċli biex nimxu ‘l quddiem. Tlabna biex jitwaqqaf
segretarjat jew Ministeru apposta biex ikun jista’ jieħu ħsieb
l-interessi tal- Maltin ta’ Barra bħal ma għandhom it-Taljani,
Griegi u oħrajn. Tlabna wkoll li jkun hemm Mużew ta’ l-istorja
ta’ l-emigrazzjoni minn Malta.
Il-Kummissjoni Emigranti ilha għal dawn l-aħħar disa’ snin
tinsisti li dan il-Mużew isir f’Dar l-Emigrant iżda speċjalment
kif qed topera llum fejn l-aċċent hu fuq ir-refuġjati dan
il-mużew jitlef kull attrazzjoni u tista’ tgħid jindifen.
Irridu nkunu prattiċi u nagħżlu post fejn hemm attrazzjonijiet
oħra per eżempju f’St James Cavalier jew fid-dwana l-antika,
Xatt il-Belt, minn fejn telqu l-maġġoranzi ta’ l-emigranti bil-
baħar. Niftakar sewwa lil Leslie Agius, b’ħerqa kbira jgħidilna
li l-kabinett Malti kien approva li jsir monument ħdejn
id-Dwana. (ara paġna 483 tar-rapport uffiċjali tal-Konvenzjoni
2000). X’sar minn dan il-monument ħadd ma jaf.
Xi wħud mid-delegati li
attendew il-Konvenzjoni f'Malta tas-sena 2000.
Grupp ta' delegati li marru
jżuru l-Arċisqof ta' dak iż-żmien
Mons G, Mercieca fil-Kurja
L-istorja ta’
l-emigrazzjoni
Talba
oħra li kienet prominenti fl-aħħar Konvenzjoni. Minħabba l-fatt
li l-emigrazzjoni minn Malta għandha impatt fuq il-wirt Malti u
l-istorja ta’ Malta huwa meħtieġ għalhekk li l- istorja ta’
l-emigrazzjoni tkun parti mill-kurrikulum ta’ l- edukazzjoni
f’kull livell.
Min jista’ jgħid li dawn il-rakkomandazzjonijiet huwa xi ħolma
fl-
arja jew li kienu xi eseġerazzjoni, jew li ma setgħux jitwettqu?
Dawk li llum, wara disa’ snin iridu Konvenzjoni oħra jridu
jgħidulna għaliex dawn ir-rakkomandazzjonijiet ma twettqux.
Kien hemm rakkomandazzjonijiet oħra bħal fejn jidħol it-tixrid
tal-kultura Maltija speċjalment il-Malti li f’disa’ snin sħaħ ma
sar xejn sostanzjali. Sena ilu, il-Prim Ministru qal li se
jaħtar unit speċjalizzata biex jieħu ħsieb it-tixrid tal-Malti.
Għaddiet sena u bħat-tmien snin ta’ qabel, għadu ma sar xejn.
Huwa pass żgħir li jkun hemm unit iżda dan imur bogħod ferm mit-talba
li saret li jkun hemm segretarjat jew Ministeru għall-affarijiet
kollha li jolqtu l-Maltin ta’ Barra.
Dan huwa importanti biex l-affarijiet ma jsirux bl-addoċċ u bl-
għaġġla kif sar il-monumenti għat-tfal li ħallew Malta taħt iċ-
Child Migration ftit jiem qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali
f’Malta.
L-aspett
reliġjuż
Kien
hemm talba wkoll biex ikollna saċerdoti li jitkellmu sewwa bil-Malti
minħabba li l-komunitą qed tixjieħ u dawn iktar qed jagħmlu
talbiet fuq is-saċerdoti. Mhux talli din is- sitwazzjoni ma
marritx ‘il quddiem iżda l-ftit saċerdoti anzjani li għandna ġew
f’pożizzjoni li jridu jieħdu ħsieb sptarijiet ġenerali u nies
ta’ komunitajiet oħra.
Veru li l-aħħar Konvenzjoni ressqet ħafna iktar
rakkomandazzjonijiet kif kien mistenni meta delegati minn kull
naħa jinġabru taħt saqaf wieħed. Saru ħafna rakkomandazzjonijiet
għax dak iż-żmien kien hemm il-ħtieġa li jsiru. Dawk li llum
ikomplu jagħmlu l-apoloġiji għax ma twettqux ir-rakkomandazzjonijiet
jinsew li disa’ snin huma żmien twil u jekk ma takkwistax
riżultat f’tul ta’ disa’ snin jidher li ma jkun hemm rieda
tajba.
Dwar iċ-ċittadinanza doppja, il-Konvenzjoni kienet serja
biżżejjed biex titlob li din tibqa’ fuq l-aġenda tal-Gvern biex
ikomplu jsiru emendi oħra biex kemm jista’ jkun ma jibqgħux jiġu
eskluduti tfal ta’ l-emigranti u ma jkunx hemm diskriminazzjoni
skond is-sess.
Infakkru wkoll li ċ-ċittadinanza doppja ġiet mogħtija
lill-emigranti fl-1989 jiġifieri snin qabel l-Konvenzjoni iżda
b’rispett u ringrazzjament ngħid li l-Gvern kompla jirrevedi
ħafna mit- talbiet li għaminilu u llum ngħidu li saru avvanzi
utli fejn tidħol iċ-ċittadinanza għall-emigranti u t-tfal
tagħhom.
Irridu ukoll naċċertaw li Konvenzjoni oħra tkun immirata lejn u
organizzata mill-Maltin ta’ Barra f’koperazzjoni sħiħa mal-Gvern
iżda li l-Konvenzjoni tibqa’ tal-Maltin ta’ Barra u mhux ta’
dawk residenti f’Malta.
Josephine Borg
(fin-nofs) tidher mas-Sindku tal-belt ta' Fairfield
f'Jum l-Awstralja.
Kien
jum ta’ pjaċir u sodisfazzjoni meta l-Belt ta’ Fairfield f’NSW
onorat lil Josephine Borg bl-Achievement Medallion għax xogħol
utli tagħha fil-komunitą Maltija. Iċ-ċerimonja ta’ l-għotja
saret fil-Fairfield City Farm fil-preżenza tas-Sindku ta’
Fairfield Nick Lalich u l-Ministru Chris Bowen (l-Assistant
Treasurer ta’ l-Awstralja) u l-membru Parlamentari għal dawk
in-naħat u mistednin distinti oħra. Kienet ċelebrazzjoni li
saret f’Jum l-Awstralja fejn persuni oħra saru ċittadini
Awstraljani.
Josephine Borg hija s-segretarja tal-Maltese Community Council
ta’ NSW, hija miżżewġa lil John u għandhom tlett itfal. Flimkien
ma’ Theresa Quattromani jmexxu l-Our Lady Queen of Victory
Social Group. Dan il-grupp ilu disa’ snin jorganizzaw ħarġa ta’
kull xahar għall-komunitą ta’ Horsley Park NSW. Għal dawn
l-aħħar ħames snin din il-Maltija kienet il-moħħ biex isir ġbir
għal Cancer Council meta ġew organizzati Morning Tea f’Horsley
Park li għalihom jattendu madwar 300 persuna kull darba.
Josephine Borg hija mwielda l-Awstralja iżda sitt snin ilu
tħajret titgħallem il- lingwa Maltija fli skola ta’ Horsley Park
(Maltese Language School) fejn għamlet ukoll l-eżami ta’ l-HSC
fil-lingwa Maltija u għaddiet b’marki għoljin. Hija wkoll
xandara mal- programm ta’ kull nhar ta’ Ħadd organizzat
mill-Kunsill Malti ta’ NSW.
Josephine Borg, bla dubju hija eżempju ħaj ta’ kif it-tieni
ġenerazzjoni jistgħu jidħlu fil-komunitą mhux biss biex jattendu
xi attivitą kulltant iżda b’partiċipazzjoni fil-fond u “hands-on”
fil-komunitą Maltija.
Josephine Borg bħal ma għamlu oħrajn li attendew l-iskola tal-Malti
tal-Kunsill komplew billi saru attivi u huma l-futur tal-komunitą.
Għarfien ferm mistħoqq u nawguraw lil Josephine li tkompli
tagħti l-kontribut tant siewi tagħha.
Nieħdu gost jekk tibgħatuli
aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li
tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 1500 qarrejja
fil-ġimgħa. Ibgħatu lil
lawdimech@optusnet.com.au
Jekk trid taqra l-artikli ta'
dawn il-paġni li dehru qabel Agħfas Hawn