It-Tnejn, 9 ta' Frar 2009     
      

Aħbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Għal aktar aħbarijiet mill-Awstralja aqraw The Maltese Herald
li toħroġ fl-Awstralja kollha kull nhar ta' Tlieta.

 Unur tassew mistħoqq lil Fr John R. Briffa

 

Kull sena f’Jum l-Awstralja, dan in-nazzjon jonora liċ-ċittadini tiegħu għax- xogħol u l-kisbiet li jkunu wettqu b’dik hekk imsejħa Order of Australia li ġiet fis- seħħ fi Frar tas-sena 1975. Qabel fl- Awstralja kien hawn is-sistema ta’ l-unuri Ingliżi. L-Order of Australia topera fuq il- prinċipju ta’ indipendenza u ħelsien minn kull xkiel politiku.
 
Kull sena fil-listi li joħorġu nnutaw nies onorati ta’ nisel Malti. Dis-sena kien hemm is-Sależjan, John Robert Briffa li twieled tas-Sliema fis-6 ta Frar 1928, iben il-Profs Alexander Briffa, li dak iż- żmien kien il-Kap Mediku Uffiċjali tal- Gvern Malti u martu Helen. Ta’ seba’ snin daħħluh f’St Edward’s Collage u kien jattendi regularment is-Salesian Youth Centre tas-Sliema.

Missier John kien tabib, kif kienu wkoll tnejn minn zijietu u għalhekk John kien mistenni li jimxi fuq l-istess passi u jagħżel professjoni medika. Kienet sorpriża meta John stqarr li kien iktar miġbud lejn il-ħajja reliġjuża. Sab ruħu f’Shrigley Park, l-Ingilterra. spiċċa n- novizzjat u għamel sena jgħallem f’Chertsey, Surrey l-Ingilterra.
 
Wara żjara qasir f’Malta, f’Mejju 1949, Bro John Briffa salpa lejn l-Awstralja fuq il-vapur P&O Mooltan. .Fl-1951 meta ġie trasferit lejn Brunswick, Br Briffa ltaqa’ għall-ewwel darba mal-“famuż” Fr Joseph Ciantar. Fl-1952, minn Melbourne sab ruħu fi Brooklyn Park, South Australia. Mar lura fl-Ingilterra biex jispiċċa l-istudji tiegħu u kien fis-7 ta’ Lulju 1957 meta fil- kappella storika ta’ Melchet Court fil- preżenza tal-ġenituri tiegħu ġie ordnat qassis.
 
Fr John R. Briffa SDB qaddes l-ewwel quddiesa tiegħu fil-knisja ta’ St Patrick’s tas-Sliema fil-15 ta’ Awissu 1957. Wara tlett ġimgħat reġa’ telaq lejn l-Awstralja, din  id-darba  fuq  il-vapur  Lloyd Triestino

 

Fr Briffa Illum

 

fejn f’Oakleigħ Melbourne għamel is-sena pastorali tiegħu u ħa l-ewwel esperjenza fil-bini, esperjenza li kellha tkun ta’ siwi kbir għalih iktar tard.
 
Fr John wasal lura f’Boys Town Engadine fl-1964 fejn kien hemm 130 boarders u madwar 30 day students. Skond kif qalli Fr John, it-tlett snin li għamel f’Boys Town kienu l-iktar ta’ sodisfazzjoni għalih fil-ħajja reliġjuża.
 
Wara 9 snin fl-Awstralja, Fr Briffa mar lura Malta għal erba’ ġimgħat. Mar lura f’Engadine għal ftuħ tal-knisja ġdida u wara ftit xhur ukoll għall-funeral ta’ Fr Joseph Ciantar f’Diċembru 1967 meta ġie mogħti r-risponsabbiltà’ tat-tmexxija tal- parroċċa ta’ Engadine.
 
Il-parroċċa bdiet tikber u għalhekk kellhom jiġu mibnija iktar klassijiet ta’ l-iskola primarja. Imbagħad kien hemm bżonn ta’ High School u Presbiterju. Id- dejn kompla jikber iżda l-kumpless ta’ Don   Bosco  issa  kien  komplut.  Kienu

 

Fr Briffa ma’ missieru Prof Alexander Briffa MD

 

snin ta’ dedikazzjoni, karità u providenza flimkien ta’ ljieli bla rqad għal Fr Briffa. Il- parroċċa ta’ Engadine saret waħda mill- iktar progressivi speċjalment bil-bdil tal- liturġija wara t-tieni Konċilju Vatikan Tnejn.
 
Il-proġett li kien imiss, kien wieħed għal qalb ta’ Fr Briffa. Il-knisja kellha biċċa art oħra f’Engadine u wara ftehim mal- Uniting Church li kellhom il-liċenzja ġie deċiż li jinbena Retirement Village.
 
Il-ħolma ta’ Fr Briffa saret realtà. Illum John Paul Village li fetħet uffiċjalment fit- 31 ta’ Awissu 1985 f’Engadine għandhom assi ta’ $54 miljun. Hemm 166 self-care units, 78 hostel units u 76 bed Nursing Home. Huwa kkunsidrat bħal wieħed mill- aħjar villaġġi ta’ l-anzjani f’NSW u dan is- saċerdot Malti huwa magħruf bħal espert fejn tidħol il-kura ta’ l-anzjani f’dawn il- villaġġi.
 
Fr John Briffa attenda l-Università   Salesjani   ta’   Ruma   għal  tmien  xhur,


Id-dar, John Paul Retirement Village f'Engadine NSW

 

spiċċa minn kappillan ta’ Engadini, wkoll mill-pożizzjoni ta’ President tal-Board ta’ John Paul Village iżda minnufih ġie maħtur bħala resident chaplain tal-villaġġ.
 
Wara 27 sena fil-parroċċa ta’ Engadine, l-ubbidjenza saċerdotali ta’ Fr Briffa ġie ttestjata meta ġie mibgħut fil-parroċċa ta’ St Joachim f’Perth. Wara xi żmien talab biex imur lura Malta u fl-1966 sar il- kappillan u counsellor ta’ l-iskola St Edwards, fejn attenda meta kellu sebgħa snin.
 
Wara ħames snin reġa’ ġie lura lejn Engadine NSW fejn kompla fejn ħalla bħala l-kappillan tal-Villaġġ ta’ l-Anzjani u x-xogħol tiegħu mal-Maltese Past Pupils ta’ Don Bosco li huma ferm attivi f’NSW. Fr J. Briffa ġiet mgħoti għarfien speċjali mill-Maltese Welfare (NSW) għax-xogħol siwi tiegħu fost l-anzjani fil-Quiet Achievers - Night of Recognition 2003. Nifirħu b’dan l-unur tassew mistħoqq lil dan il-Malti Fr John R. Briffa OAM.

 
 

 Kantant ieħor Malti għal Awstralja

 

Għall-ewwel darba fl-Awstralja l- kantant minn Malta, Ludwig Galea se jkun wieħed mill-ħafna kantanti li qasmu l-baħar biex jiġu jferrħuna bil-kant tagħhom. Kelli l-opportunità li nkellem lil dan il-kantant u tlabtu jintroduċi ruħu mal-Maltin ta’ l-Awstralja qabel ma jibda dawra sewwa ma’ dan il-kontinent.
 
Ludwig huwa wieħed mill-kantanti tant maħbuba mal-poplu Malti. Huwa studja l- mużika kif ukoll il-kant taħt iz-ziju tiegħu, Maestro Rev. Alberto Borg (OSA) li kien ukoll Maestro di Cappella tal-Kon Katidral ta’ San Ġwann.
 
Qalli li minn dejjem xtaqt li jiġi l-Awstralja biex jieħu parti għal xi kunċert. “Peress li mort ukoll darbtejn l-Amerika nkanta fost l-emigranti Maltin xtaqt ukoll li nagħmel l- istess fl-Awstralja. Kont ili niġi avviċinat imma qatt ma ġie iffinalizzat xejn. Bħal kull sena meta jkun hawn Malta fuq btala Charlie “Baby Face” Curmi dejjem jgħaddi sa l-istazzjon tat-TV biex jarana. Din is-sena ma kienitx eċċezzjoni u qalli nitħajjarx niġi l-Awstralja. Jien niftakar għidtlu bil-qalb kollha. Charlie reġa’ tela’ l-Awstralja, ċempilli u rranġajna f’kemm ili ngħidlek”.

Tkellimna fuq il-programm u qalli li dan diġà huwa ffinaliżżat. “Ħa nkanta diski mir-repertorju tiegħi, ħafna diski nostalġiċi Maltin bħal Xemx, Ma niċħdek qatt, il-festa, il-vapur ta’ l-art, Bajja tal- Mellieħa, l-ewwel tfajla li ħabbejt u oħrajn. Kanzunetti popolari minn Elvis, Paul Anka, Frank Sinatra u kanzunetti semi klassiċi u klassiċi Taljani bħal Caruso, Nessun Dorma, Funiculi Funicula……programm imżewwaq sew” qalli kollu ħerqa Ludwig waqt li jħossu anzjuż  ħafna  li  ġej l-Awstralja. Diġà mar  iferraħ  lill-Maltin  ta’ l-Amerika “Hija

 

emozzjoni inkredibbli li tara l-ħutek Maltin f’post tant il-bogħod li baqgħu Maltin għall-dejjem”.

Min hu dan Ludwig Galea fil-qasam tal-kant u l-mużika? Ħa parti u għamel ħafna suċċess mhux biss f’Malta iżda mad-dinja.

My Music kunċert live fuq M-Sat TV fil- Bulgaria, Supporting Act ma’ Simply Red fil-kunċert ta’ Simply Red, il-Eurovision Song Contest (Turkija) bil-kanzunetta On Again Off Again, Three for One kunċert gala ta’ l-ewwel tas-sena fil- Bulgaria ma’ l-Orkestra Filarmonika ta’ Varna.

Independence kanzunetta uffiċjali għall- Commonwealth Heads Of Government Meeting li sar f’Malta, Fil-Port Ma L- Ewropej kanzunetta uffiċjali għad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja, kunċert fil- Parlament Ewropew fi Brussels. Kanta fil-Premio Top Sprint l-avveniment annwali ta’ premjazzjoni għall-aktar artisti Sqallin li għamlu suċċess, kanta fil- kongregazzjoni dinjija tar-reliġjonijiet u setet li saret ġewwa Ġerusalemm. Kanta flimkien ma’ L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta biċċiet minn xogħlijiet ta’ Shonberg u Boublil fil-kunċert Les Missaigonguerre, għamel il-parti ta’ Kristu fil-Mużikal Jesus Christ Superstar, kanta siltiet ta’ Andrew Lloyd Webber u Cameron Mackintosh fil- kunċert A tribute to Andrew Lloyd Webber.
 
Għamel il-parti ta’ Polastron fil-mużikal 1565 The Musical, għamel il-parti ta’ Christian fil-Moulin Rouge fil-kunċert From Screen To Stage, Romanza…Julie and Ludwig un-plugged fil-Kavallieri ta San Ġakbu, kanta s-sigla Ingroppi għas-sensiela   tant  popolari  Ingroppi, ikklassifika      t-tieni     post     fil-festival

 

Ludwig Galea

 

Kanzunetta Maltija bil-kanzunetta Adagio.
 
L-ewwel post fil-festival Għanja tal-Poplu bil-kanzunetta Sebat ilwien, l-ewwel post fil-festival Kanzunetta Indipendenza bil-kanzunetta Nistgħu nirnexxu, it-tieni post fil-‘Mega Hit Festival’ fit-Turkija bil- kanzunetta Mood Swing, u kklassifika l- ewwel post fid-‘Discovery Festival’ fil-Bulgarija bil-kanzunetta Endlessly.
 
Tul dawn l-aħħar snin Ludwig qatt ma tilef l-appuntament tiegħu mal-pubbliku Malti peress li kull nhar ta’ Sibt wara nofs inhar ikun fuq il-program Sas-sitta (ivvotat l- aħjar program tas-Sibt wara nofs inhar mill-Awtorità tax-Xandir Malti).
 
Għad-dettalji ta’ fejn se jkun Ludwig Galea aqraw  The Maltese Herald u isimgħu l-programmi tar-radju bil-Malti..

 
 

Nieħdu gost jekk tibgħatuli aħbarijiet mill-komunità biex indaħħluhom f’din il-website li tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 1500 qarrejja fil-ġimgħa. Ibgħatu lil lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section

 

Copyright İ 2009 allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com