It-Tnejn, 2 ta' Frar 2009     
      

Aħbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Għal aktar aħbarijiet mill-Awstralja aqraw The Maltese Herald
li toħroġ fl-Awstralja kollha kull nhar ta' Tlieta.

 
 

 Iż-żjara tal-President

 

Iż-żjara tal-President tar-Repubblika ta’ Malta, Dr Eddie Fenech Adami fl-Awstralja diġą qed toħloq ħafna interess u għalkemm għadu ma tħabbar xejn uffiċjalment, sirna naf u l-President se jżur North Queensland, Canberra, Sydney u Melbourne għalkemm għadd jista’ jkun hemm xi tibdil. Fi NSW x’aktar ikun hawn fil-24 u 25 ta’ Frar. Din se tkun il-farewell tour mill-ħajja pubblika ta’ Dr Fenech Adami għax fil-4 ta’ April 09 jispiċċa mill-kariga ta’ President tar-Repubblika u floku se jinħatar Dr Ġorġ Abela. Din se tkun is-sitt żjara ta’ Dr Fenech Adami fl-Awstralja flimkien ma’ martu Mary. Huma għandhom ħamest itfal. Ibnu Beppe huwa membru Nazzjonalista tal- Parlament.

Dr Fenech Adami twieled fl-1934 u laħaq avukat fl-1959. Daħal fil-politika fl-1960 u ġie elett fil-Parlament fl-1969. Kważi għaxar snin wara, inħatar kap tal-Partit Nazzjonalista wara Dr Giorgio Borg Olivier. Il-PN b’Dr Fenech Adami bħala kap rebaħ ħames elezzjonijiet. Il-Gvern tiegħu rnexxielu jdaħħal lill-Malta fl-Unjoni Ewropea u pajjiżna sar membru sħiħ fl-ewwel ta’ Mejju 2004. Fit-23 ta’ Marzu 2004 irriżenja minn Prim Ministru u fit-4 ta’ April 2004 inħatar President tar-Repubblika ta’ Malta għal ħames snin. Mal-President mistenni jkun hawn ukoll l-avukat Tonio Borg li huwa l-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin.

 

Il-President tar-Repubblika ta’ Malta,
Dr Eddie Fenech Adami

 
 

 Sitt mitt sena

 

Rari biex grupp ta’ ħbieb jiċċelebraw għeluq żmienhom fl-istess ġimgħa. Hekk ġara meta grupp kollha membri tal-Past Pupil ta’ Don Bosco iltaqgħu f’restaurant f’Castle Hill NSW biex jiċċelebraw mhux birthday wieħed iżda disa’. L-etajiet ivarjaw minn 57 sena (it-tarbija tal-grupp) sa 73 sena (l-anzjan tal-grupp). Meta għoddejna l-etajiet kollha flimkien wasalna biex sibna li dawn id-disgħa persuni għaqqdu s-sitt mitt sena. Qaluli li mhux sewwa li nġib l-etajiet individwali wara kollox hemm ħafna nisa. Li nista’ ngħid hija li, dejjem bejn wieħed u ieħor, l-eta’ medja hija ta’ 66 sena.

 

F’dan ir-ritratt li fih jidher kulħadd ferħan bl-eta li jġorr jidhru: Fuq wara mix-xellug: Fred u Mary Camilleri. Hannibal Shabaz u Ernest Attard. Quddiem mix-xellug: Joe u Anna Fabri, Mary Mizzi, Charles Micallef u Marlene Dimech.

 

 
 

 Jum l-Awstralja u l-Maltin

 

Jum l-Awstralja ġie u għadda iżda dis-sena l-Maltese Community Council ta’ NSW ħasbu biex jorganiżaw festin biex il-komunitą ta’ Sydney ikollha l-opportunitą li tfakkar il-jum nazzjonali tal-pajjiż li addottjana. Kienet idea mill-aqwa għax fil- Parramatta Town Hall (it-tieni l-eqdem belt fl-Awstralja) inġabru madwar 250 persuna flimkien ma għadd ta’ persuni distinti.
 
Kif qalilna l-President tal-MCC, Alfred Fenech, il-komunitą Maltija għandha bżonn iżomm kuntatti fil-qrib mal-mexxejja politiċi Awstraljani ta’ kull naħa. Il-President kompli biex ħejja power-point presentation li fiha ta tagħrif kemm dwar il-Maltin li ġew f’NSW kif ukoll l-istorja tal-Kunsill. Dawk il-mistednin speċjali li attendew kienu:-

---

L-Onor David Borger, Minister for Housing and Minister for Western Sydney L-E.T Francis Tabone, Kummissarju Għoli għal Malta.

---

Louise Markus, Membru Federali ta' Greenway u żewgħa Jim Markus.

---

Cr Tony Issa, Sindku ta' Parramatta.

---

Dai Le, Community Relations Co-ordinator, tirrappreżenta lill-Kap tal-Oppożizzjoni f’ NSW, Mr Barry O'Farrell MP.

---

Annamaria Bonnici, Konslu Ġenerali għal Malta f’NSW.

---

William Galvin, OAM, Chairperson tal-Assoċjazzjoni tal- Order of Australia f’ NSW.

---

Artin Etmekdjian, Vice Chair tal-Ethnic Communities Council of NSW.

---

Mr Ken Habak, Chairperson tal-Illawarra Communities Council li qabel kien l-Illawarra Ethnic Communities Council.

 
Fost dawk li attendew u tkellmu f’din il-laqgħa kien hemm, l- Onor David Borger Ministru tad-Djar ta’ NSW li irrapreżenta lill- Premier Nathan Rees. Louise Markus MP, is-Sindku tal-Belt ta’ Parramatta Cr Tony Issa u l-Kummissarju Għoli Francis Tabone. Tkellem ukoll William Galvin iċ-ċermen tal-Order of Australia, NSW Branch.

Kien hemm ukoll rappreżentanza mdaqqsa ta’ dawk il-Maltin li mis-sena  1993 ‘l hawn ġew onorati bl-Ordni ta’ l-Awstralja. Din

 

Ritratt ta' tifkira: Kollha onorati mill-Gvern Federali Awstraljan. Fuq wara jidhru: Lawrence Dimech, Lino Vella, Alfred Fenech. Fuq quddiem mix-xellug: William Galvin (ċerpersin ta l-Order of Australia, Fergħa NSW), Dr Stephen Gatt, Doris Athanasio, Sam Vella u Dr George Boffa.

 

iċ-ċelebrazzjoni,  fil-fatt kien iddedikat għalihom. Dawk preżenti kienu: Alfred Fenech, Sam Vella, Assoc. Prof Stephen Gatt, Lino Vella, Doris Athanasio, Lawrence Dimech u Dr George Boffa.

Maltin oħra li ġew onorati iżda ma setgħux jattendu huma: Monica Attard, Eleen Jerga, Leslie Attard, Janelle Falzon u Joe Dougall waqt li Dr A. Buhagiar u Joseph L. Forace huma mejtin.

Il-kor ta’ l-Għaqda Kulturali NSW kantaw taħt id-direzzjoni ta’ Marisa Privitera u ġew mogħtija applaws għal mod kif interpritaw il-kanzunetti li għażlu. L-innijiet nazzjonali tkantaw minn Joe Galea u l-MC kien Charles Mifsud.

Kienet lejla kommemorattiva u kommoventi. Nittamaw li tkompli ssir kull sena.

 
 

 L-ixjaħ wieħed

 

Gough Withlam, l-uniku Prim Ministru li ġie mkeċċi mill-pożizzjoni tiegħu se jagħlaq 93 dalwaqt, l-iktar eks Prim Ministru li dam ħaj. Dan it-titlu kien iżommu Frank Forde li għalkemm dam Prim Ministru tmien tijiem biss dam jgħix sa kemm kellu 92 sena.
 
Forde, kien dam Prim Ministru minn Lulju 1945, wara li miet John Curtin u sa kemm il-Labor ħatru lil Ben Chifley fl-istess xahar tas-sena 1945.
 
Gough Whitlam ġie elett Prim Ministru darbtejn u żamm postu minn Diċembru 1972 sa kemm il-Gvernatur Ġenerali, Sir John Kerr neħħih minn dik il-pożizzjoni fil-11 ta’ Novembru 1975, azzjoni li qajjmet ferment kbir fost il-poplu u tibqa’ bħala deċizzjoni dubjuża iżda ċertament ta’ valur storiku fl-annali ta’ l-istorja politika Awstraljana.

 

L-eks Prim Ministru Edward Whitlam QC meta kien għadu jibda l-karriera politika tiegħu f'NSW fis-sittinijiet flimkien (mix-xellug) ma' George Mamo, Lawrence Dimech u Vince Pisani.

 
 

 Korrezzjoni

 

Fil-ħarġa tat-12 ta' Jannar ħariġli żball u nixtieq nikkoreġih għax seta' tefa’ xi dell ikrah. Fl-istorja taħt ir-ras ta' Nefqa Enormi ktibt li z-żjara tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi fl-Awstralja qamet is-somma enormi ta' 570,000 ewro. Is-somma tan-nefqa fil-fatt kienet ta' $A284,830 (flus Awstraljani).

 
 

Nieħdu gost jekk tibgħatuli aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 1500 qarrejja fil-ġimgħa. Ibgħatu lil lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section

 

Copyright © 2009 allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com