It-Tnejn, 26 ta' Jannar 2009     
      

Aħbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Għal aktar aħbarijiet mill-Awstralja aqraw The Maltese Herald
li toħroġ fl-Awstralja kollha kull nhar ta' Tlieta.

 Fejn hu midfun J. L. Forace

 

Ftit ilu kelli bżonn immur sa Canberra, l-belt kapitali ta’ l- Awstralja u waqt li mort nisma’ l-quddiesa obbligatorja tal-Ħadd fil-parroċċa ta’ Corpus Christi fis-subborg ta’ Gowrie, il-ħabib tiegħi Alfred Flask u martu Anne stednuni biex immur fil-ġnien ta’ wara l-knisja fejn hemm midfun Joseph Leonard Forace li kien l-Kummissarju Għoli għal Malta fl-Awstralja mill-1971 sa 1978, Ambaxxatur għaċ-Ċina u wara nħatar Ambaxxatur ta’ Malta għall-pajjiżi Għarab.
 
Joe Forace kif kien magħruf mall-Maltin ta’ l-Awstralja, kien persuna mdaħħla sewwa fil-politika ta’ Malta qabel ma’ emigra lejn l-Awstralja fl-1954 tant li meta nqasam il-Partit Laburista fl-1949 u kien hemm tiżgwid serju bejn Boffa u Mintoff, Joe Forace sar segretarju tal-Malta Workers Party immexxi mit- Tabib Pawlu Boffa.


Il-plakka li hemm fil-ġnien tal-knisja f'Gowrie, subborg ta' Canberra.

 

Joe Forace twieled il-Belt Valetta fl-1925. Meta kien għandu fil-Merchant Navy kien kiteb serje ta’ artikli fuq “Il- Berqa” taħt l-isem mid-Dlam għad-Dawl fejn iddikjara li ma kienx għadu dixxiplu tat- twemmin Kommunista.
 
Meta l-Prim Ministru Dom Mintoff ħatru bħala Kummissarju Għoli sar t-tieni persuna li ġiet appuntat f’din il-pożizzjoni  li ma kienet miċ-

 

Joseph Forace

ċivil.  L-ewwel wieħed kien Dr Anthony Pullicino li serva bħala l- ewwel Kummissarju Għoli fl-Awstralja mill-1965 sal-1969. Kien ex-politiku Nazzjonalista u Speaker tal-Parlament.
 
Joe Forace kien l-iktar Kummissarju Għoli kontroversjali li qatt kellna. Fis-seba’ snin li għamel Canberra kemm-il darba sab ruħu, jew għal ħaġa jew għal oħra fl-ewwel paġni kemm tal- gazzetti f’Malta u anke fl-Awstralja. Kien appuntat ukoll bħala Ambaxxatur ta’ Malta għaċ-Ċina fi żmien ferm delikat meta l- Awstralja taħt Gvernijiet Liberali kienet għandha ma għarfitx diplomatikament liċ-Ċina. Kien il-Gvern Laburista ta’ Gougħ Whitlam (1972-1975) li stabbilixxa relazzjoni maċ-Ċina għax sa dak iż-żmien l-Awstralja kienet tagħraf biss lil Taiwan.
 
Wara li ħalla x-xena diplomatika, Joe Forace ġie onorat bl- Ordni ta’ l-Awstralja (OAM fl-1996) u baqa’ jgħix f’Canberra, ma’ martu Frances (li għadha ħajja) sa kemm miet fis-27 ta’ April 2005

 
 

 Stazzjon Malti ġdid f’Sydney minn fuq l-Internet

 

Sentejn ilu, Sam Mifsud (tal-Mifsud Brothers) fetaħ stazzjon fuq l-internet li jixxandar kuljum. Sam qalli li l-ħsieb tiegħu kien li peress li l-kompjuter issa sar parti neċessarja mill-ħajja tal- bniedem, ħaseb li jagħmel użu min din it- teknoloġija biex iwassal ‘entertainment’ Malti b’xejn bl-użu tal-kompjuter. B’hekk ikompli jżomm il-kultura Maltija 'ħajja'  (speċjalment fil-qasam ta’ divertiment Malti) f’qalb il-Maltin, huma fejn huma.
 
Bis-saħħa ta’ l-istess teknoloġija, is- semmiegħa jistgħu wkoll jaraw kif Sam ixandar dawn il-programmi bl-użu tal- ‘webcam’.
 
Qiegħed ta’ kuljum ixandar programmi varjati ta’ mużika ta’ kull stil speċjalment Maltija, telefonati ‘Candid,’ aħbarijiet fil- qosor li għandhom x’jaqsmu mal-Maltin f’Malta u fl-Awstralja kif ukoll interventi mingħand is-semmiegħa bl- użu tal- MSN.
 
Kull nhar ta’ Ħadd filgħodu (ħin ta’ Sydney) jindaqqu Marċi Maltin għal sagħtejn sħaħ.
 
L-iżjed programm mistenni mis- semmiegħa żgur huwa l-programm Nostalġija  Maltija,  meta  bl-għajnuna ta’

 

ħuh Tony, iwassal programm ‘live’ ta’ siegħa u nofs dwar il-ġrajjiet tagħhom fl- imgħoddi f’Malta, fejn anke jagħmlu intervisti mas-semmiegħa.
 
Sam qali li huwa sodisfatt ħafna bir- rispons li qiegħdin jagħtuh ħafna semmiegħa speċjalment, Maltin minn madwar id-dinja.
 
Sam kien minn ta’ quddiem nett li beda l- ħolqa bejn ix-xandir Malti speċjalment ir- Radju Super One (f’Malta) u l-Maltin u Għawdxin ta’ l-Awstralja bl-interventi u l- messaġġi li kien iwassal.
 
Sam Mifsud huwa l-korrispondent prinċipali għal Radju Hompesch fejn ilu għal dawn l-aħħar sentejn u fejn qiegħed ta’ kull ġimgħa iwassal lis-semmiegħa ta’ Malta, tagħrif, informazzjoni u tislijiet dwar u mingħand il-Maltin ta’ l-Awstralja. Id-direttur ta’ l-istazzjon Radju Hompesch issuġġerixxa lil Sam jekk jistgħax isir ‘relay’ darba f’ġimgħa ma’ l-istazzjon tiegħu.
 
Biex tkun tista’  tisma’ lil Uncle Sam DJ – Australia wieħed għandu jidħol fil- websajt  ta’  Sam  Mifsud  u  minn  hemm tistgħu tillowdja il-‘player’: "http://www.sammifsud.webs.com/".

 

Sam Mifsud u ħuh Laurie

F’din il-websajt hemm ukoll ħafna ritratti ta’ informazzjoni dwar il-ħajja ta’ Sam kif ukoll issibu ‘links’ interessanti dwar il- Maltin.

Tistgħu ukoll tagħmlu kuntatt ma Sam, "sammifsud@optusnet.com.au".

 
 

 Renato fl-Awstralja

 

Il-kantant popolari Malti, Renato sar midħla sewwa tal-Maltin ta’ l-Awstralja tant li reġa’ kien magħna din id-darba fuq stedina tal-Annunciation Association (Tarxien) ta’ Sydney. Renato kien il- kantant speċjali f’ballu kbir li sar f’Parramatta fl-aħħar tas-sena li għalih sa anke attenda l-Kummissarju Għoli għal Malta fl-Awstralja, Francis Tabone.
 
Flimkien ma’ Renato kien hawn ukoll Alison White u Helen Micallef li hi oħt Renato. Fil-ballu, it-tlieta li huma kantaw u tassew ħallew impressjoni tajba ma kull min attenda.

Sa anke is-segretarja ta’ l-Għaqda, Catherine Grech telgħet tkanta ma’ Renato. Renato u sħabu komplew billi żaru l-Gold Coast fejn taw serata oħra u anke kellhom River Cruise. Wara Brisbane marru wkoll f’Melbourne. L- istess serati ħa sehem ukoll Vince Bezzina,  kantant lokali. L-aħħar dehra ta’ Renato  se  tkun   mill-ġdid   f’Sydney

 

 Renato fi Queensland: Jidhru mix-xellug: John Zammit, Alison White, Renato, Rita Zammit,
Helen Micallef, Mary Ann u Mary Zammit.

f’serata oħra f’Jum l-Awstralja. Manwel Pisani ta’ Panthers Travel ta’ Sydney għen ħafna biex din il-miġja ta’ Renato tkun suċċess.

 
 

26 ta' Jannar hu Jum l-Awstralja.
Il-festa t-tajba.


 
Il-Coat of Arms ta' l-Awstralja   Il-Bandiera ta' l-Awstralja
 
 

 Korrezzjoni

 

Fil-ħarġa tat-12 ta' Jannar ħariġli żball u nixtieq nikkoreġih għax seta' tefa’ xi dell ikrah. Fl-istorja taħt ir-ras ta' Nefqa Enormi ktibt li z-żjara tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi fl-Awstralja qamet is-somma enormi ta' 570,000 ewro. Is-somma tan-nefqa fil-fatt kienet ta' $A284,830 (flus Awstraljani).

 
 

Nieħdu gost jekk tibgħatuli aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 1500 qarrejja fil-ġimgħa. Ibgħatu lil lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section

 

Copyright © 2009 allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com