|
Fit-8
ta’ Frar, ser titnieda kampanja informattiva fuq il-mezzi
tax-xandir minn Alzheimer’s Australia biex jitqajjem għarfien
dwar il-kundizzjoni ta’ l- Alzheimer’s. Il-marda ta’
l-Alzheimer’s hija l-aktar marda komuni li tikkaġuna d- dimenzja
– marda diġenerattiva li tattakka l-moħħ – kundizzjoni li
taffettwa mal-227,000 Awstraljan.
Il-kanzunetta Think Ahead to Go Ahead li ser tintuża għal din
il-kampanja informattiva hija tal-kantawtur Awstraljan ta’
dixxendenza Maltija Jay P. Il- kundizzjoni tad-dimenzja tolqot
mill-qrib lil JayP – infatti missier dan il-kantawtur żagħżugħ,
Chris Portelli għandu d-dimenzja u kien propju għalhekk li Jay P
beda’ kollaborazzjoni mill-viċin ma’ Alzheimer’s Australia.
Il-ġenituri ta’ Jay P, it-tnejn twieldu x- Xagħra Għawdex. Chris
emigra lejn l- Awstralja fl-1951 u ommu waslet hawn fl- 1971. Ta’
ħames xhur Jay P (Joseph Portelli) mar Għawdex u reġa’ lura
Melbourne meta kellu sitt snin.
Is-sena 2007 kienet sena diffiċli għal Jay P Minkejja li kien
impenjat b’karriera fis- settur tal-bejgħ tad-djar stabbiliti,
huwa kien qed iwettaq il-ħolma tiegħu billi rrekordja l-ewwel
album tiegħu, li nfatti ser jitnieda xahrejn oħra, u flimkien
ma’ ommu jieħu ħsieb missieru li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar
qed ikompli dieħel fil-fond fil-marda tad-dimenzja.
Kien hawn li kkompona l-kanzunetta How the Times have Changed li
titkellem dwar il-battalja ta’ missieru mal- kundizzjoni tad-dimenzja
u l-effetti emozzjonali, mentali u fiżiċi fuq il-familja.
F’Lulju tas-sena 2008, bl-appoġġ ta’ Star Motion Enterprises,
Jay P organizza serata mużikali Show Compassion, bil- fondi
miġbura jmorru b’risq Alzheimer’s Australia Vic
u biex jappoġġjaw lill- persuni affettwati mid-dimenzja u
l-familji |
|

|
|
Jay P |
 |
|
tagħhom. Permezz ta’ din l-attività Jay P xtaq li mhux biss
jiġbor fondi għal din l- organizzazzjoni iżda wkoll li jqajjem
għarfien nazzjonali dwar din il- kundizzjoni, b’mod partikolari
fost il- ġenerazzjoni żagħżugħa.
Bil-parteċipazzjoni ta’ bosta mużiċisti oħra ħbieb tiegħu,
is-serata Show Compassion kienet success u kien hawn li bdiet
il-kollaborazzjoni bejn dan il- kantawtur Awstraljan ta’
dixxendenza Maltija u Alzheimer’s Australia – kollaborazzjoni li
ser tkompli tissaħħaħ matul din is-sena 2009, din id-darba bil- kanzunetta
Think Ahead to go Ahead, kompożizzjoni oħra ta’ Jay P, ibbażata
fuq it-tagħlim ta’ missieru.
Deb Cutts, Maniger Ġenerali għall- Iżvilupp u Relazzjonijiet
Kommunitarji ma’ Alzheimer’s Australia Vic, tgħid li l- kampanja
ta’ Alzheimer’s Australia għandha l-għan li tqajjem għarfien
dwar kif nistgħu nnaqqsu r-riskju tad-dimenzja. Stil ta’ ħajja
bbażata fuq eżerċizzji tal- moħħ flimkien ma’ miżuri fiżiċi
jistgħu jipproteġu lill-individwu
milli jiżviluppa d- dimenzja. |
|
|
|