It-Tnejn, 12 ta' Jannar 2009     
      

Aħbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Għal aktar aħbarijiet mill-Awstralja aqraw The Maltese Herald
li toħroġ fl-Awstralja kollha kull nhar ta' Tlieta.

 Lis-sena 2008, grazzi u saħħa

 

Kieku s-sena 2008 kienet xi persuna li nafuha konna ngħidulha, grazzi imma kellna seba’ mitt sena sa kemm naraw tmiemek Veru li l-kriżi internazzjonali finanzjarja mhix tort sa barra tas-sena 2008 għax dak li ġara fl-Amerika kien ilu jinġema’. Kien ilu jbaqbaq u jinħama iżda dawk li kienu qed ipappuha ftit impurthom b’riżultat li rajna banek u istituzzjonijiet finanzjarji simili, fl-aqwa bliet tad-dinja, li tant konna nitfaħħru bihom, jaqgħu bħas-sulfarini.

 
 

 L-Awstralja fis-sod

 

Fil-pajjiż li ngħix jien, ħassejna dan it-terremot finanzjarju wkoll iżda l-Awstralja hija waħda mill-ftit pajjiżi li ma daħlitx f’riċessjoni.
 
L-Awstralja kienet ilha tgawdi  minn għaxar snin ta’ ġid kbir riżultat tar-resources boom u t-talba għal dawn ir-riżorsi minn pajjiżi bħaċ-Ċina u l-Indja li qed jiżviluppaw b’għaġġla fenomenali u riedu dak li l-Awstralja għandha bl-abbudanża.

Il-Gvern kellu surplus ta’ madwar $40 biljun u dejn xejn. Meta ġie  elett  il-Gvern  Laburista  ta’  Kevin Rudd, wara għaxar snin taħt il-Liberali/Nationals ta’ John Howard sab kaxxa mimlija flus iżda t-tsunami finanzjarju li sploda fis-sena 2008 ġab lill-Gvern Laburista dahru mal-ħajt.
 
Jidher li l-Laburisti wieġbu bi strateġiji effettivi tant li l-bejgħ fiż-żmien tal-Milied kien wieħed qawwi u l-inizjattivi li ġew implimentati mill-Gvern irrendew fiduċja fix-xerrejja li marru bi ħġarhom jonfqu flushom.

 

Kevin Rudd li dak iż-żmien kien fl-Oppożizzjoni mal-PM Gonzi f'Canberra.

 

Il-prezz tal-petrol naqas bi kważi nofs u r-rati ta’ l-interess tbaxxew ħafna u kull pensjonant ġie mogħti $1,200 x’jonfoq. Dawn kienu fatturi li qawwew qalb il-konsumatur.

 
 

 Iż-żjara tal-Papa u l-Arċisqof

 

Iżda s-sena 2008 fl-Awstralja ma kienitx kollha sħab iswed. Kellna l-World Youth Day li wasslet għall-ewwel darba f’dan il-kontinent lill-Papa Benedittu XV1 u madwar 250,000 żgħażagħ minn kull naħa tad-dinja inkluż kontinġent imdaqqas minn Malta. Mal-Papa kien hawn ukoll is-segretarju privat tiegħu, l- Għawdxi Mons Alfred Xuereb.
 
Għal din iċ-ċelebrazzjoni kattolika taż- żgħażagħ kellna magħna ukoll lill-Arċisqof   Pawlu   Cremona   li   ħa   l-


 

opportunitą li barra li jattendi d-doveri tiegħi fil-WYD08 jagħti daqqa t’għajn lil dawk il-Maltin li baqgħu lejali lejn it- tagħlim tal-knisja kattolika.
 
L-Arċisqof u l-kontinġent tiegħu għamlu dawra siewja mal-komunitą Maltija. Il- pellegrini żgħażagħ li ġew minn Malta kienu ambaxxaturi dehni mhux biss tar-reliġjoni kattolika iżda ta’ Malta wkoll.
 
Kellna wkoll fl-aħħar tas-sena żjara f’Malta mill-25 Gvernatur Ġenerali ta’ l-Awstralja, Quentin Alice Bryce, iżda iktar minn hekk, din l-ewwel mara li qatt żammet din l-ogħla pożizzjoni qabel imbarkat fl-ewwel vjaġġ tagħha bħal GG barra mill-Awstralja, tablet u rnexxielha tiltaqa’ mal-komunitą Maltija ta’ NSW.

 

Papa Benedittu XV1


 

Waqt il-quddiesa f'Randwick Racecourse. Jidheru Annamaria Bonnici, Joe Fabri
u Emmanuel Zammit bil-bandiera Maltija


Bangaroo, iċ-ċentru f'Sydney fejn saru għadd ta' attivitajiet fil-WYD08

 

Mons Pawlu Cremona,
Emmanuel Zammit u Mons Alfred Xuereb f'Sydney

 
 

 Nefqa enormi

 

Wara li l-Prim Ministru Malti u martu Kate kienu żaru l- Awstralja f’Lulju/ Awissu 2007, akkumpanjati minn numru ġmielu ta’ ġurnalisti u fotografisti, sena wara tħabbar uffiċjalment  li  dik  iż-żjara  li  tant  kienet  suċċess  mhux biss  fl-Awstralja  iżda   f’Malta  fejn  il-Prim  Ministru  akkwista


Il-Prim Ministru Dr Gonzi,
illoncja l-ktieb Maltese Community Directory.

 

pubbliċitą qawwija qabel l-elezzjoni ġenerali, qamet lill-kaxxa ta’  Malta  n-nefqa  enormi  ta’ madwar  $A284,830 (flus Awstraljani). Il-wegħda li  għamlilna li se jaħtar kumitat ta’ esperti biex jgħin fit-tixrid tal-kultura Maltija fl-Awstralja ma seħħx sa l-aħħar tas-sena 2008.


Il-Prim Ministru Gonzi jirċievi mudell ta' Sydney Opera House.
Tidher fuq il-lemin, martu Kate.

 
 

 Konvenzjoni oħra

 

Fis-sena li għaddiet ukoll qalulna li se jerġgħu jorganizzaw konvenzjoni għall-Maltin ta’ Barra. Il-Kummissjoni Emigranti li daż-żmien hi mħabbta ferm bl-immigrati llegali li jidħlu Malta ħabbret li l-Konvenzjoni tagħha se tkun fl-1910 iżda l-Gvern jew aħjar il-Partit Nazzjonalista kien diġą ħabbar li se jorganizza Konvenzjoni għall-Maltin ta’ Barra fl-2014 jiġifieri fil-50 anniversarju ta’ l-Indipendenza.
 
Il-Kummissjoni Emigranti dejjem bl-għajnuna tal-Gvern diġą organizzaw żewġ Konvenzjonijiet għall-Maltin ta’ Barra, l-ewwel waħda kienet f’Lulju 1969 u t-tieni, tletin sena wara fil-bidu tal- millenju l-ġdid fl-2000. Jien attendejt dawn iż-żewġ Konvenzjonijiet u ppreżentajt “papers” fit-tnejn. Ma nistgħax ngħid li ż-żewġ Konvenzjonijiet kienu kollha ħela ta’ żmien.
 
Naf żgur li għalkemm il-konferenzi kienu għall-Maltin ta’ Barra dawk residenti f’Malta li qatt ma daqu l-emigrazzjoni żammew kontroll  assolut  f’kull  ma  ġie  ppjanat.  Minn  naħa  tagħna l-

 

emigranti nista’ ngħid li dawk iż-żewġ Konvenzjonijiet iktar kienu ta’ taħwid, iktar daħħlu konflitti u kwistjonijiet bejnietna u ħallew warajhom ħafna dubji u nuqqas ta’ rispett għal ħafna żmien wara.
 
Qabel nillonċjaw Konvenzjoni oħra rridu wegħda soda mill- Gvern li qabel niltaqgħu jkun diġą aċċetta l-kunċett ta’ Malta Akbar fejn jidħlu l-Maltin ta’ Barra, ikun waqqaf Mużew ta’ l- istorja ta’ l-emigrazzjoni minn Malta (mhux immexxi totalment minn aġenti tal-Knisja), li l-istorja ta’ l-emigrazzjoni tkun daħlet fil-kurrikulum ta’ l-iskejjel f’Malta, ikun appuntat Ministeru biex jieħu ħsieb l-interessi tal-Maltin ta’ barra u li ċ-ċittadinanza Maltija meta tiġi mogħtija jkollha l-istess saħħa għal kullħadd.
 
Dawn huma l-kundizzjonijiet li huma meħtieġa qabel ma nibdew niddiskutu l-futur. Li nidħlu għal Konvenzjoni oħra mingħajr ma jkollna f’idejna dak li tlabna fl-2000 ikun kollu telf ta’ riżorsi u żmien prezzjuż.

 
 

 Korrezzjoni

 

Fil-ħarġa tat-12 ta' Jannar ħariġli żball u nixtieq nikkoreġih għax seta' tefa’ xi dell ikrah. Fl-istorja taħt ir-ras ta' Nefqa Enormi ktibt li z-żjara tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi fl-Awstralja qamet is-somma enormi ta' 570,000 ewro. Is-somma tan-nefqa fil-fatt kienet ta' $A284,830 (flus Awstraljani).

 
 

Nieħdu gost jekk tibgħatuli aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 1500 qarrejja fil-ġimgħa. Ibgħatu lil lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section

 

Copyright © 2009 allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com