|
 |
|
Bdejna sena ġdida.
Kemm igerbeb iż-żmien. Għaddejna sena oħra flimkien fejn
minn naħa tiegħi ippruvajt inwasslilkom regulari
l-aħbarijiet u xi drabi kummenti li jmissu mal-komunitą
Maltija f’din in-naħa tad-dinja fejn bla dubju ta’ xejn
hawn Malta oħra. Fejn il-Maltin tant għadhom kburin
bit-tradizzjonijiet li ġabu magħhom u l-imħabba qawwija
li għandhom lejn dik l-art li tathom isimha. Nixtieqilkom sena mimlija hena u ferħ. |
|
|
|
|
|
|
| |
|
L-attivitajiet
ta’ qabel il-Milied u l-aħħar tas-sena kienu
ħafna u ma stajniex indaħħlu kollox qabel il-Milied għalhekk din
il-ġimgħa se nkompli b’xi attivitajiet li ħallejt barra minħabba nuqqas ta’
spazju.
Innutajt ukoll li Charles (Baby Face) Curmi reġa’ tfaċċa fuq
l-iskrin tat-TV lokali wara li l-attentat tiegħu fuq stazzjoni
speċjali ma rnexxiex. Jidher issa li dan l-aħħar attentat huwa
ferm iktar sempliċi għat-telespettaturi għax jinsab fuq
free-to-air - Kanal UHF 31 TVS u għalhekk ma hemmx ħlas.
Il- programmi diġą bdew u hemm nofs siegħa kull nhar ta’ Sibt
fit-3 pm u b’ripetizzjoni f’ħinijiet oħra.
Ħaġa oħra li nnutajna. Il-programm bil- Malti fuq l-SBS TV ta’
nhar ta’ Ħadd fit- 8.30 am dejjem ġej għall-aħjar u
ta’ dan |
|
għandna nagħtu ringrazzjament
lill- Kummissarju Għoli għal Malta fl- Awstralja, Francis Tabone
li ħadem qatigħ biex mhux ikollna biss l-aħbarijiet regulari
iżda biex dawn jaslu malajr kemm jista’ jkun.
Għall-ewwel darba wkoll smajna lil PBS (Malta) jitolbuna
l-opinjonijiet tagħna, ħaġa li qatt ma saret qabel. Nittama li
l-Maltin fl-Awstralja jibgħatulhom l- opinjonijiet tagħhom ħalli
dan il- programm ikompli jitjieb għax huwa ta’ siwi mmens
speċjalment fil-qasam ta’ l- aħbarijiet.
Nittama li l-PBS (Malta) jagħmlu użu mit-30 minuta kollha li
huma offruti lilhom mill-SBS TV ta’ l-Awstralja u mhux 25 minuta
biss kif qiegħed jaslilna kemm il- darba dan
il-programm f’din in-naħa tad- |
|

|
|
Il-Kummissarju Għoli, Francis
Tabone |
 |
|
dinja. (Il-Ħadd 28 ta’
Diċembru, il- programm kien fih tul ta’ madwar 22 minuta biss). |
|
|
| |
|
|
| |
|
|
| |
|
Il-festa
ta’ San Nikola li ssir ġewwa s-subborg ta’ Plumpton f’NSW dis-sena
għalqet il-25 sena minn mindu waslet l-istatwa tal-patrun. Din
l-istatwa waslet minn Ortisei fl-Italja u kienet ġiet imbierka
mill-kappillan ta’ dak iż-żmien Fr Frank Delia li illum jinsab
rtirat f’Malta. Fil-fatt dis-sena kienet id-29 darba li saret
il-festa.
Il-festa tiġi ċċelebrata fil-parroċċa tal-Good Sheppard fejn
dis- sena il-paniġierku sar minn Fr
Leonard Testa u qaddes il- |
 |

|
|
Jidhru Bill
Schembri, Fr Henry Paul u Jimmy Borg |
|
|
kappillan, Fr Henry
Paul Kien hemm il-JC Choir u ħadu sehem ukoll il-Banda
Maltija, Our Lady Queen of Peace waqt li barra kien hemm
d’DJs Tony u Paul. Sintendi rajna wkoll mhux il-figura
tas-soltu ta’ Father Christmas iżda lil San Niklaw.
Il-festa li għaliha jattendu ħafna nies spiċċat bis-soltu
logħob tan-nar. Il-kumitat li jmexxi din il-festa
speċjalment lill-President Bill Schembri u lil Jimmy
Borg ħaqqhom prosit għal mod organizzat u effiċjenti li
jmexxu bih. Din il- festa fi
Plumpton tidher li |
|
|
|

|
|
Il-kumitat kollu tal-festa ta'
San Nikola ta' Plumpton NSW |
 |
|
għandha konnessjonijiet
fil-viċin mar-raħal tas-Siġġiewi u l- parroċċa għax anke
l-Arċipriet Fr Albert Buhagiar bgħat messaġġ speċjali fejn
irringrazzja lill-kumitat tal-festa ta’ Plumpton NSW għad-donazzjonili
taw b’risq il-proġett tad- damask il-ġdid fil-knisja tas-Siġġiewi. |
|
|
| |
|
|
| |
|
|
| |
|
L-Għaqda
Kulturali Maltija ta’ NSW organiżaw il-party tal- Milied
għall-membri tagħhom fejn dis-sena qed jiċċelebraw ukoll l-20
anniversarju mit-twaqqaf tagħhom. Kienet lejla ta’ divertiment
li saret f’Toongabbie li għal ftit ma spiċċatx bil-għawġ għax
il-hall kienet double booked iżda saru arranġamenti ta’ ħbieb
ma’ grupp ieħor ta’ Maltin u kollox spiċċa b’wiċċ il-ġid.
Il-kor taħt id-direzzjoni ta’ Marisa Previtera kien fl-aqwa
tiegħu u kanta għadd ta’ għanjiet addattati għall-Milied. Kien
hemm tlett artisti wkoll li żewqu din
il-lejla, Dawn kienu Joe Galea u ż- żgħażagħ, Amanda Bonnici u
James Cassar, magħrufin sewwa mal-komunitą li kantaw individwali
u anke t-tlieta flimkien.
Il-President, Charles Mifsud għamel diskors ta’ ringrazzjament u
flimkien mal-kumitat anke qasam kejk ta’ l-okażjoni waqt li qal
li din l-għaqda f’dawn l-aħħar tnax il-xahar irnexxilha
tirdoppja l-membri finanzjarji tagħha. Il-kumitat u n-nisa
tagħhom kellhom ukoll ikla speċjali fil-Platform One Restaurant
fil-Bankstown Sport Club.
|
| |
|
|
| |
|
|
|
|
|
Il-Past
Pupil ta’ Don Bosco (is-Sależjani) ukoll kellhom il-party tal-Milied
fil-Greystanes Community Hall fejn għal kemm dis-sena ma sarx
is-soltu kunċert xorta kien hemm atmosfera familjari fejn dawk
li attendew gawdew il-leħen sabiħ tad-duo Kazam u anke kien hemm
dehra speċjali mill-kantant Joe Galea li martu Josephine hija
s-segretarja ta’ din l-għaqda.
Il-President Victor Grech irringrazzja lill-membri li attendew u
ħaġġigħom biex ikompli jaħdmu flimkien biex l-iskopijiet ta’ din
l-għaqda jintlahqu u l-għajnuna karitattiva tkompli tikber.
L-għanjiet tal-Milied, li ħadu sehem fihom diversi membri
komplew biex din il-lejla tintemm b’suċċess. |
| |
|
|
| |
|
|
| |
|
Li
Skola Maltija ta’ Wollongong għalqu sena oħra ta’ attivitą
fit-tagħlim tal-Malti u għalkemm minħabba xogħol ieħor ma
setgħux jistiednu lill-ġenituri u oħrajn fl-aħħar jum xorta kien
hemm atmosfera ferrieħa.
Fost l-għalliema u l-istudenti kien hemm ukoll Sabina Hauth,
il- Education Officer ta’ l-Association ta' Illawarra Community
Language Schools fejn ġiet mgħotija rigal ta' ktieb bil-Malti,
ċertifikat u pinna bil-marka ta’ l-iskola. Hija fakkret li din
l-iskola rċeviet żewġ Ministers’ Awards u faħħret ukoll lil
Shawn Fenech għall-website li organizza.
L-iskola onorat ukoll lil Sr Grace Cin FCJ li qed tgħallem
il- Preca Class u lill-assistenta tagħha Lucy Bonnanno
b'ċertifikati speċjali. Ċertifikati ġew imqassma ukoll
lill-istudenti li spiċċaw il-kors f'dis-sena skolastika.
Il-Prinċipal ta’ din l-iskola fin-naħat ta’ Wollongong, Emmanuel
Fenech li jiltaqgħu fil-każin tal- George Cross Falcons fi Cringilla, qalilna li jinsab kburi f’dak li rnexxielha tikseb
din l-iskola u jittama li tkompli dejjem sejra ‘l quddiem. |
|

|
|
Fir-ritratt jidhru: Sister
Grace Cini, Frank Zammit, Emmanuel Fenech, Chris Micallef u Lucy
Bonanno. |
|
|
 |

|
|
L-istudenti miġbura
għall-aħħar lezzjoni flimkien ma' l-għalliema tagħhom. |
|
|
L-iskola rċeviet ittra
nkorraġġanti ferm mill-Profs Manwel Mifsud, il-Kap
tad- Dipartiment tal-Malti fl-Universitą ta' Malta fejn kiteb
hekk:- “Nifirħilkom ħafna tax-xogħol siewi li qegħdin tagħmlu
biex iżżommu l-imħabba ta' art twelidna u ta' lsienna ħajjin,
imqar f'ambjent fejn il-Malti jsib ruħu fost tant ilsna
differenti. Minħabba nies bħalkom, il-fjamma tal- Malti għadha
tħeġġeġ l-Awstralja wkoll. Prosit taż-żewġ Minister's Awards li
huma l-aqwa xhieda tal-ħidma li titwettaq bil-kwiet matul
ix-xhur”.
Dawk li jridu aktar informazzjoni dwar l- Iskola Maltija
tan-naħat tal-Wollongong għadhom jikkuntattjaw dirett lil
Emmanuel Fenech Tel: 02 4257 0495 jew email:
fenech@exemail.com.au |
|
| |
|
|
| |
|
Nieħdu gost jekk tibgħatuli
aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li
tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 1500 qarrejja
fil-ġimgħa. Ibgħatu lil
lawdimech@optusnet.com.au |
|
| |
|
|
Jekk trid taqra l-artikli ta'
dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn |
|
|
|