|
Bqajna barra għal
darba oħra |
|
| |
|
Għal
darba oħra il-Maltin ta’ Barra jinsabu ddisappuntanti bil- mod
kif qed jiġu injorati fl-għotjiet ta’ unuri li joħroġ
il-President tar-Repubblika ta’ Malta f’Jum ir-Repubblika. Malta
fakkret il-34 sena minn meta r-Reġina tar-Renju Unit ma baqgħetx
il-Kap ta’ l-iStat u Malta fl-1974 saret Repubblika.

Nifirħu minn qalbna lil dawk li dis-sena ġew magħżula biex
jidħlu fix-Xirka Ġieħ ir-Repubblika ta’ l-Ordni tal-Mertu u
l- Midalja għall-Qadi tar-Repubblika.

Aħna li nafu mill-qrib ix-xogħol utli li jsir mill-Maltin ta’
Barra, liema ħidma kemm il-darba ssir taħt kundizzjonijiet ferm
diffikultużi ma nistgħux nifhmu kif
ħadd minn dawn il- persuni ma jaslux fil-lista
finali tal-President tar-Repubblika |
|
speċjalment meta nafu li
l-President preżenti ferm iktar minn kull politiku ieħor għamel
żjarat fost il-Maltin ta’ l-Awstralja u jaf u jifhem sewwa
l-ħtieġa lil dawk li qed jaħdmu kontinwament għal ġieħ
Malta barra minn pajjiżhom ħaqqhom ukoll li jirċievu l-unuri
f’Jum ir-Repubblika. Kont wasalt ukoll
biex għamilt is-suġġeriment li l-Għoti tax-Xirka Ġieħ ir-Repubblika
jkollha sezzjoni speċjali għaċ-ċittadini Maltin li jgħixu barra
minn Malta.
Din kienet l-aħħar investitura li mexxa Dr Edie Fenech Adami u
kien ikun xieraq li qabel iħalli din l-ogħla pożizzjoni u qabel
ma jerġa’ jiġi jżurna fl-Awstralja jkun daħħal fil-lista ta’
l-unuri għas- sena 2008 xi Maltin ta’ Barra. |
|
| |
|
|
| |
|
Għadd ta’ attivitajiet qabel il-Milied |
|
| |
|
F’dawn
l-aħħar ġimgħat ta’ ferneżija, il-ġimgħat ta’ qabel
il-Milied u l-aħħar tas-sena il-komunitą Maltija tkun
mimlija attivitajiet. Ħafna minnhom nisimgħu bihom iżda
ma jkunx possibbli li niġbru xi rapporti dwarhom għax
ħafna drabi min jorganizza ftit jagħti każ li barra
l-membri li jattendu, l-oħrajn li huma fil-maġġoranza
jkunu jixtiequ jafu x’qed isir ukoll. |
|
|
|
|
 |
 |
|
Il-Maltese
Welfare (NSW) kellhom l-ikla annwali tal-Milied li dis-sena
saret fi Blacktown fejn ġew mogħtija ċertifikati għal dawk li
ilhom iktar minn tletin sena u dawk li ilhom iktar minn għaxar
snin. Kienet okkażjoni fejn is-segretarja ħabrieka u effiċjenti
Maria DeCarlo għalqet sninha. |
 |
 |
|
Il-Membri tal-Maltese Welfare
li rċevew ċertifikat għas-snin twal li ilhom f'din il-għaqda:
Mix-xellug: Lino Vella, Marlene u Lawrence Dimech, Maria DeCarlo,
Antoinette u Mark Caruana. |
|
|
|
 |
|
Il-grupp li attendew l-ikla
tal-Milied tal-Maltese Welfare |
 |
|
Din l-għaqda torganizza għadd
ta’ laqgħat ta’ informazzjoni tul is-sena u qegħdin jaħsbu wkoll
biex il-lejla speċjali Quiet Achievers Night of Recognition li
se ssir fit-18 ta’ Marzu 2009 dis-sena tkun waħda memorabbli
għax hemm ippreparat programm speċjali. Dawk li jridu jinnominaw
lil xi anzjani biex jirċievu l-unur f’din il-lejla għandhom
iċemplu: Mobile 0416119100 jew mailto:secretary@maltesewelfare.com |
|
|
 |
|
 |
 |
|
|
|
 |
|
Victor Fenech, President u
Anthony Pace-Feraud, Segretarju tal-Maltese Bowlers
Bowler Social Group |
 |
|
daqqa t’id biex kien hemm sena
oħra ta’ suċċess. Tony Pace-Feraud, is- segretarju mexxa kollox bil-galbu
u għandu jiġi mfaħħar għal mod li jippreżenta n-newsletter
regulari lill- membri b’tant informazzjoni u dettalji.
Kien hemm wirja ta’ kant mill-JC Choir li ppreżentaw ukoll xi
kanzunetti b’tema komika li niżlu tajjeb ħafna ma’ l-udjenza
speċjalment is-segment Sisters Act fejn ħarġu libsin ta’
sorijiet. |
|
|
 |
|
 |
 |
|
L-istess
JC Choir taħt id-direzzjoni ta’ John Beale u John Xuereb
ippreżentaw għall-ewwel darba serata fil-klabb tal- Hamrun
f’Marsden Park jiġifieri mhux biss kantaw iżda ppreżentaw żewġ
l-programmi bi skeċċijiet miż-żewġ membri tagħhom Doris Caruana
u Sam Farrugia. Ġie organizzata wkoll |
 |
 |
|
It-tfal ifakkru t-twelid ta'
Ġesł bambin fil-Hamrun Club. |
|
|
 |
|
Il-JC Choir jimitaw is-Sister
Act mill-film ta' l-istess isem
fil-Hamrun Club. |
 |
|
paġent tal-Milied bit-tfal.
Dehret ukoll Dame Edner. Għal din is- serata attendiet ukoll
Josephine Zammit Cordina u żewgħa Harry u t-tifel tagħhom Henry
li jinsabu l-Awstralja għat-13-il darba u ffilmaw kollox
għall-programm tat-TV Malta, Waltzing Matilda. |
|
|
 |
|
 |
 |
|
Il-Maltese
Australian Women’s Association ta’ Sydney iċċellebraw ukoll
is-37 anniversarju tal-Għaqda tagħhom b’festin f’Depiro House
East Sydney fejn kien hemm preżenti wkoll il-mexxejja
tal-programm Waltzing Matilda. Il-President tal-MAWA,
Pauline Attard ippreżentat rigal lil Josephine Zammit Cordina
kif ukoll lil żewgħa u binha li qegħdin jivvjaġġaw magħha. |
|
 |
|
 |
 |
|
Il-mexxejja
tal-programm Waltzing Matilda żaru wkoll l-inħawi tal-belt ta’
Wollongong fuq inizjattiva li ħa George Bartolo fejn barra li
għamlu diversi intervisti ma’ persunaġġi magħrufa f’dawn
in-naħat u sintendi għamlu żjara lill-klabb tal-George Cross
Falcons f’Gringila fejn ġew milqugħa mill-President ta’
George |
 |
 |
|
Louis Parnis u Josephine
Zammit Cordina f'Cringilla NSW |
|
|
 |
|
Fiċ-ċentru Malti ta' Cringila,
mix-xelluq jidhru Fr L Testa, Louis Parnis,
Henry, martu u Josephine u Harry Zammit Cordina. |
 |
|
Cross Falcons Club, Louis
Parnis tħalltu wkoll mal-pensjonanti waqt l-ikla tagħhom ta’
nofs in-nhar. Żaru wkoll il-parroċċa ta’
San Franġisk f’Warrawong li nbniet bil-ħila tal-Maltin. Hawn
insibu wkoll lis-sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesł.
Is-superjura Sr Grace Cini, Fr L. Testa u l-Isqof Peter Ingham
li f’Ottubru kien żar Malta ġew intervistati.
Sa fejn naf, għax ma
rnexxielix nakkwista l-programm sħiħ taż-żjara, id-diriġenti tal- programm
Waltzing Matilda żaru wkoll ċ-Ċentru La Valette f’NSW u marru
fil-belt ta’ Perth u Melbourne. Dawn l-intervisti kollha jidhru
fil-programm Waltzing Matilda fuq l- istazzjon TV Malta fix-xhur
li ġejjin. |
|
|
 |
|
 |
 |
|
Djar
tal-Maltin imżejna għal Milied f'Cumberland Road Greystanes NSW.
Ħafna Maltin marru jaraw dawn id-djar f'din it-triq u attendew
għall-għanjiet annwali tal-Milied li jorganizzaw ħdejn id-dar
tagħhom Joe u Doris Caruana. Kien hemm ikantaw il-JC Choir li
tassew taw wirja mill-aqwa. |
|
 |
|
|
 |
|
|
 |
|
|
 |
|
 |
 |
|
Ġimgħa oħra jkollna
rapporti dwar il-festa ta’ San Nikola fi Plumpton u l-festin
ta’ l-għaxar anniversarju ta’ l-Għaqda Kulturali Maltija
ta’ NSW u attivitajiet oħra. Jekk tieħdu gost taqraw
dawn l-aħbarijiet regulari ibgħathom lill-sħabkom jew
qrabatkom. Jekk tridu taddu xi kummenti iktbuli
lawdimech@optusnet.com.au
Nieħu din l-opportunitą biex nixtieq lill-qarrejja
numerużi ta’ din il-website, Milied Qaddis u sena
mimlija risq u prosperitą. |
|
 |
|
 |
| |
|
|
| |
|
|
Jekk trid taqra l-artikli ta'
dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn |
|
|
|