It-Tnejn, 8 ta' Diċembru 2008     
      

 

Aħbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Għal aktar aħbarijiet mill-Awstralja aqraw The Maltese Herald
li toħroġ fl-Awstralja kollha kull nhar ta' Tlieta.

 Għall-belt kapitali taċ-ċirasa

 

Fost il-komunitą Maltija ta’ NSW u naħseb f’ħafna bnadi oħra ta’ l-Awstralja vjaġġ organizzat bil- kowċ, kemm għal jum jew aktar, sar popolari ħafna mal- Maltin speċjalment dawk xi ftit avvanzati fl-eta’ li m’għadhomx dilettanti ta’ sewqan fit-tul.
 
Ftit ilu kont wieħed minn dawk li flimkien mal-Għaqda Maltese Past Pupils ta’ Don Bosco (NSW) ħaduna weekend biex naqtgħu ċ-ċirasa. Iżda din l-avventura kienet ferm iktar organizzata minn hekk għax bdejna bi żjara f’Echo Point, il-Blue Mountains fejn il-bard xaqq il-għadam (fil- Rebbieħa tafux!) naqqas ftit mis-sbuħija naturali tal-post u d-dehra ta’ l-għoljiet magħrufa bħala The Three Sisters. L- RSL Club ta’ Bathurst fejn morna nieklu kien ferm iktar kenni.
 
Ma kontx nobsor li bil-kowċ stajna nidħlu fil-korsa ta’ Mount Panorama, id-dar spiritwali tat-tiġrijiet tal-karozzi Bathurst 1000 u oħrajn. Din il-korsa twila 6.213 km u madwar 874 metri ‘l fuq mill-livell tal- baħar, fil-fatt hija triq prinċipali għax madwarha jgħixu ħafna residenti. Ġiet miftuħa fl-1938. Waqt li soqna bi speed normali    xorta   stajna   nimmaġinaw   l-

 

Due to web space restrictions this image has been removed
081208_CherryPick.jpg

Grupp mill-Maltese Past Pupils of Don Bosco f'Young NSW biex jaqtgħu ċ-ċirasa.

 

eċċitament ta’ meta kull Ottubru jkun hemm it-tiġrijiet tal-karozzi.
 
Żorna wkoll il-villaġġ storiku ta’ Grenfell fejn    jgħixu    madwar   2,200   persuna.

 

Ben Hall u c-cricketer Stan McCabe.
 
Iż-żjara fil-friema taċ-ċirasa f’Youngkienet esperjenza u ħafna kienu dawk li għalkemm  f’temp  li  mhu  xejn  addattat

Due to web space restrictions this image has been removed
081208_Glenfell.jpg

Hotel storiku f'Grenfell NSW

 

Iltqajna anke ma’ xi Maltin li joqgħodu hemm u waqt li attendejna għal quddiesa obbligatorja għamilna ħafna ħbieb. Fakkruna wkoll li f’Grenfell kien hemm Malti, Tom Dowdall li kien sid ta’ wieħed mill-Pubs. Grenfell hija famuża wkoll għax fiha twieldu Henry Lawson u l- infamuż   bush-ranger

 

għax kien il-bard u ħafna tajn ġew lura jġorru kaxxi taċ-ċirasa u kuntenti b’dak li rnexxielhom jagħmlu.
 
Cherryhaven Orchards lestewna l-ikel u offrewlna laqgħa mill-aqwa, ftit qabel ma dan id-distrett ta’ Young NSW popolazzjoni ta’ 12,000 persuna (il-belt capital taċ-ċirasa) jiċċelebra l-59th National Cherry Festival. Fin-naħat ta’ Young (South Western Slopes) fl-1860 kienu sabu d-deheb waqt li il-gold-diggers bojod kienu wkoll attakkaw liċ-Ċiniżi f’Lambing Flat waqt il-furja u r-rebgħa għad-deheb.

 
 

 Wasal il-Milied

 

Reġa’ wasal iż-żmien tas-sena meta l- mira tagħna tmur lejn l-anniversarju tat- twelid fil-maxtura, dik il-festa tradizzjonali tad-dinja Kristjana li tant iġġib magħha paċi u sliem lil bnedmin ta’ rieda tajba.
 
Maż-żmien il-festa tal-Milied ħadet xejra oħra u flimkien mat-twemmin reliġjuż aċċettajna ħafna użanzi oħra kummerċjali biex komplew il-festa tat- twelid ta’ Ġesł tikber u tieħu xejra oħra. Barra l-bambin fil-maxtura llum daqstant saret popolari s-siġra tal-Milied.
 
Fil-belt ta’ Sydney, sewwa sewwa fil- qalba tad-distrett kummerċjali magħruf bħal Martin Place bħalma ma sar għal dawn l-aħħar 72 sena, titpoġġa siġra enormi li tiġi mżejjna u miżgħuda b’ħafna dawl li jsaħħar mhux biss lill-eluf ta’ tfal li jmorru jarawha iżda lill-kbar ukoll.
 
Is-Sindku tal-belt ta’ Sydney, Clover Moore MP xelgħet is-siġra għal darba oħra dis-sena liema siġra hija twila 20 metru u għandha 58,000 LED tree-lights li tkun qisa s-Southern Cross itteptep il- ħin kollu. Kien hemm wkoll iċ-Children Christmas  Concert.  Biex  ġiet installata

 

Due to web space restrictions this image has been removed
081208_MayorXmas.jpg

Is-Sindku tal-belt ta' Sydney,
Clover Moore MP.

din is-siġra enormi ħadmu ‘il fuq minn 12- il persuna għal tmient ijiem sħaħ. Fil-belt ta’ Sydney, kif ukoll bliet kapitali oħra t- tiżjin u dwal speċjali tal-Milied diġą beda.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
081208_TreeXmas.jpg

Is-siġra kbira f'Martin Place
fil-qalba tal-belt ta' Sydney.

Imbagħad jekk trid tara t-tiżjin wieħed aqwa mill-ieħor trid tagħmel dawra ma’ l- istabbilimenti kbar tal-bejgħ bħal Myers, David Jones u oħrajn.

 
 

 Kont taf….

 

Li wara li saru tibdiliet fil-Local Government Act 2003, l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fl-iStat ta’ Victoria issa kollha qed isiru fi żmien wieħed u dawn isiru kull erba’ snin fl-aħħar ta’ Novembru. L-aħħar elezzjonijiet saru fit-28 ta’ Novembru 2008. F’dan l-iStat ta’ Victoria naraw ħafna kandidati ta’ nisel Malti li jikkontestaw għal dawn l-elezzjonijiet. Isimhom hu indikazzjoni li huma Maltin jew ta’ nisel Malti bħala Frank Muscat minn Keilor Downs, Shaun Taliana minn Williamstown, Angela Altair minn Williamstown, Peter Paul Portelli minn Hillsdale, Broden Borg minn Melton, Steven Briffa (Hawdon Ward), Tony Briffa (Hobsons Bay), Joan Drago u oħrajn.

 
 

 Dawra diplomatika

 

Tfajla ta’ nisel Malti li waslet fl-aħħar eżamijiet tagħha biex tikseb degree fir-relazzjonijiet internazzjonali qed tipprepara biex tieħu postha fin-Nazzjonijiet Magħquda. Ashlea Scicluna ta’ 20 sena minn Craigieburn (Melbourne) hija waħda minn għaxar studenti li se jirrappreżentaw l-Awstralja fil-Harvard University Model UN Conference li se ssir Boston US fi Frar 2009.

Bla dubju Ashlea tinsab ferm anzjuża għax se jeħduhom New York biex jaraw il-veru UN u jiltaqgħu mad-delegazzjoni Awstraljana. Wara se jmorru Washington fejn se jżuru il-White House u l-Ambaxxata Awstraljana u fl-aħħar Boston.

Ms Scicluna għandha l-ħsieb li tikseb Masters fl-istudju dwar il- Middle East biex titħejja għal karrieri fid-diplomazija. Għalkemm  parti  mill-ispejjeż  ta’  dan  il-vjaġġ se jħallsuhom l-Universitą ta’ La Trobe iżda Ashlea Scicluna qed tipprova tattira lil xi ħadd biex jisponserja għal dan il-vjaġġ.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
081208_AshleaSc.jpg

Ashlea Scicluna

 
 

 Akkużat b’qerq

 

Persuna b’kunjom Malti li għal xi żmien kien is-sieħeb tas-super mudella Miranda Kerr ġie akkużat li qarraq lil Commonwealth Bank għas-somma ta’ $7.3 miljun. Adam Camilleri ta’ 34 sena minn Edgecliffe, NSW ġie arrestat u akkużat li għamel użu minn instrument falz biex jakkwista benefiċċju finanzjarju u li għamel dikjarazzjoni falza. Huwa allegat li akkwista flus b’qerq biex jixtri propjetą f’Darlingħurst. Camilleri ħareġ fuq pleġġ kondizzjonat. Dan kien it-tieni arrest wara li Matthew Rhodin. il-ħabib tal-mudella magħrufa Charlotte Dawson ġie akkużat wkoll li kien imdaħħal f’dan is-self mill-Bank ibbażat fuq qerq.

 
 

Nieħdu gost jekk tibgħatuli aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 1500 qarrejja fil-ġimgħa. Ibgħatu lil lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section

 

Copyright © 2008 allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com