|
|
| |
|
Kull
sena l-Għaqda tal-Maltese Past Pupils of Don
Bosco ta’ Sydney jorganizzaw ballu gala, wieħed
mill-ftit ballijiet ta’ kwalitą li għadhom isiru
f’NSW. Għat-tieni sena wara xulxin dan il-ballu
sar fil-Macquarie Function Centre fil-belt ta’
Liverpool.
Dis-sena, il-mistieden ta’ l-unur kien l-E.T.
Francis Tabone, il-Kummissarju Għoli għal
Malta fl-Awstralja u NZ. Waqt |
 |
|
Due to web space restrictions this image has been removed
081103_FTabone.jpg |
|
|
Il-Kummissarju
Għoli Francis Tabone. |
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
081103_DB_Ball.jpg |
|
|
Uħud
mill-mistednin speċjali fil-Ballu gala
tas-Sależjani f'Sydney. |
| |
|
id-diskors tiegħu fakkar li hu wkoll
kellu assoċjazzjoni mill-qrib
mas-Sależjani kemm f’tas-Sliema u anke
f’Għawdex.
Il-President tal-PPDB, Victor Grech
fakkar li din hija l-21 sena minn mindu
twaqqfet l-għaqda ta’ l-istudenti ta’
dari. Saħaq li ż-żewġ oġġettivi ta’
l-għaqda għadhom l-istess, dak li
jxerrdu l-ispirtu ta’ l-edukazzjoni
Sależjana u li jiġbru flus għall-karitą.
Qal ukoll li l-għaqda hija miftuħa għal
dawk kollha li lesti jħaddnu dawn iż-żewġ
prinċipji. |
|
Il-President Grech ħabbar ukoll li dis-sena
tqassmu $17,000 lill-karitą kemm f’Malta
u anke fl-Awstralja biex laħqu t-total
ta’ flus mogħtija globali għas-somma ta’
$396,289. Irringrazzja sinċerament lil
dawk in-negozji kollha li jgħinu lil din
l-għaqda biex tiġbor il-flus għal
karitą. Dan il-ballu jġib fit-tmiem
tiegħu kampanja ta’ ġbir ta’ flus u jiġu
mtella’ għadd kbir ta’ premjijiet
fosthom żewġ vjaġġi bl-ajru
għall-Ewropa. Bħala floor show kien hemm
Cazam & Bisar jew aħjar Carol Zammit u
Bill Sarima. |
|
|
|
| |
|
|
| |
|
|
| |
|
Bħala
ma jagħmlu għadd ta’ Maltin imferrxa ma’ l-Awstralja,
il-Maltese Australian Association ta’ Canberra u
Quenbeyan iċċelebrat il-festa tal- Vitoria. Iċ-ċelebrazzjonijiet
b’ Dinner Dance u li għalih attendew ftit nies mhux
ħażin. Fost il- mistednin distinti kien hemm id- Deputat
Kummissarju Għoli ta’ Malta, Charles Sultana u Fr Claude
Borg. Ma’ Fr Borg kien hemm ukoll il-J C Choir
minn Sydney ma’ xi ħbieb tagħhom. Is- sala fejn sar
id-dance ġiet imżejna b’ritratti ta’ attivitajiet li
saru fil-passat mill-MAA u kien hemm slide show dwar
xeni Maltin li baqgħet għaddejja tul il-lejla kollha.

Il-Ħadd wara nofs-in-nhar Fr Claude Borg iċċelebra
il-festa tal-Vitoria fil-knisja ta’ San Benedittu ġewwa
Narrabundah. Sfortunatament din is-sena l-purċissjoni bl-istatwa
tal-Madonna ma ħarġitx minħabba it-temp ikrah. Wara li
spiċċaw il-funzjonijiet tal-knisja in-nies preżenti
inġabru fis-sala maġenb il-knisja biex jieħdu kikkra tč
jew kafč u xi ħelu li ġie pprovdut minn nies li kien
hemm preżenti. Waqt li kullħadd kien qed jiekol u
jixrob, membru tal-JC Choir beda jkanta
kanzunetti folkloristiċi Maltin fuq il- piano
accordion u l-membri l-oħra tal- kor komplew bil-kant
miegħu.

Din kienet vera atmosfera sabiħa ħafna u li
tat pjaċir lil kull min
kien preżenti, |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
081103_FestaCanberra.jpg |
|
|
L-istatwa
tal-Bambina f'Canberra |
| |
|
speċjalment lil dawk iż-żagħżagħ li qatt
ma kellhom l-opportunitą li jisimgħu
kanzunetti folkloristiċi Maltin kantati
fil- pubbliku. Il-MAA rringrazzjat lil Fr
Claude Borg u lill-JC Choir talli ġew
minn Sydney biex ħadu sehem
fil-funzjonijiet tal-festa. Il-kumitat
il-ġdid tal-Maltese |
|
Australian
Association ta’ Canberra u Quenbeyan
huwa kompost hekk: President: Maude
Caruana, Segretarja: Karen Jane,
Kaxxier: Joe Micallef, Membri tal- kumitat:
Josephine Farrugia, Maria Jones, Yvette
Jones, Liz Micallef, Bessie Sammut. |
|
|
|
| |
|
|
| |
|
|
| |
|
Għaqda
oħra f’NSW li qegħda tikber dejjem u tipprovdi ħafna
żvog soċjali u divertiment lill-membri tagħha hija
l-Maltese Bowlers Social Group. Dan l-aħħar kellhom
il-laqgħa ġenerali annwali fir-Rosehill Bowling Club ta’
Parramatta fejn skond ma qalulna attendew għaliha
l-ikbar numru ta’ membri għal dawn l- aħħar għaxar snin,
kemm ilu mwaqqaf dan il-grupp.

Il-laqgħa approvat mozzjoni biex il-President, Victor
Fenech jiġi maħtur membru għal għomru. Huwa ilu assoċjat
ma’ din l- għaqda mill-bidu tagħha u serva dejjem b’żelu
u dedikazzjoni li ġibdu r-rispett tal-membri. Victor
Fenech issa ngħaqad ma’ Moses Mifsud bħala t-tieni
membru għal għomru ta’ din l- għaqda. Fred Fardell ġie
wkoll maħtur bħala l-umpire u Robert Stewart bħala
l-coach. Il-kumitat ġie maħtur hekk:

President: Victor Fenech, Viċi President: Tony Cini,
Segretarju: Tony Pace-Feraud, Kaxxier: John Sciberras,
Bowls Secretary: Lina Role’, Social Organiser: Mary
Nicholson, Public Relations Officer: Lilian Attard,
Membri: Michael Vassallo u Mary Pace-Feraud |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
081103_Bowlers.jpg |
|
|
Fir-ritratt
jidhru: fuq quddiem mix-xellug: John Sciberras,
Tony Cini, Victor Fenech and Tony Pace-Feraud.
Fuq wara mix-xellug: - Mary Nicholson, Lilian
Attard, Lina Role', Mary Pace-Feraud and Michael
Vassallo. |
|
|
| |
|
|
| |
|
|
| |
|
Ikun
tajjeb jekk nagħtu ħarsa lejn ix- xena tal-futboll
fl-Awstralja fejn għadna timijiet b’affinitą qawwija
mal-komunitą Maltija. Fl-iStat ta’ Victoria fejn għandna
lis-Sunshine George Cross, l-eqdem tim tal-futbal Malti
fl-Awstralja li għadu jieħu sehem f’xi kampjunat, rebħu
l-kampjunat ta’ l-iState League u għalhekk ġew promossi
fl-ogħla diviżjoni jiġifieri l- Premier League fejn se
jingħaqdu mat- tim tal-Green Gully li kellhom ukoll
staġun pożittiv billi spiċċaw l-ewwel u rebħu
l-premiership iżda ma marrux tajjeb wisq fis-serje taċ-Championship.
F’NSW fejn għandna lil PCYC Parramatta Eagles (qabel
kienu Melita Eagles) spiċċaw il-League fit-tieni
post u rnexxielhom jidħlu wkoll fil-Grand Final iżda
tilfu l-aħħar logħba 1-2 fil-ħin barrani.
Ftit ilu kellhom l-Presentation Night għall- plejers
kollha kemm tal-Youths u l-kbar. Madwar 350 persuna mlew
il-Westella Ballrooms f’Lidcombe fejn kemm Chris
Gardiner c-CEO u anke l-coach anzjan Jason Falzon
stqarru li l-istaġun 2008 kien wieħed ta’ suċċess.
Il-Players’ Player of the Year rebħu l-Malti, Ben
Delicata li wkoll hu l-kaptan tat-tim. Iżda għat-tieni
staġun wara xulxin Foootball NSW irrifjutaw li jtellgħu
lil PCYC Parramatta Eagles
fil-Premier Division |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
081103_PCYC1.jpg |
|
|
Li skwadra kollha
tal-kbar tal-PCYC Parramatta |
|
Due to web space restrictions this image has been removed
081103_PCYC2.jpg |
|
|
Dehra mis-sala
fejn saret il-Presentation Night |
| |
|
meta
bla dubju huma stabbiliti ħafna aħjar
minn nofs it-timijiet li hemm f’dik id- |
|
diviżjoni li uħud minnhom jinsabu f’tarf
żbankament finanzjarju. |
|
|
|
| |
|
|
| |
|
Nieħdu gost jekk tibgħatuli
aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li
tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 1500 qarrejja
fil-ġimgħa. Ibgħatu lil
lawdimech@optusnet.com.au |
|
| |
|
|
Jekk trid taqra l-artikli ta'
dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn |
|
|
|
|