It-Tnejn, 14 ta' Lulju 2008     
      

 

Aħbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Għal aktar aħbarijiet mill-Awstralja aqraw The Maltese Herald
li toħroġ fl-Awstralja kollha kull nhar ta' Tlieta.

 Iż-żjara tal-Arċisqof Cremona fl-Awstralja

 

 Ir-ragħaj it-tajjeb imur ifittex il-merħla tiegħu anke jekk dawn ikunu marru ‘l bogħod, fejn ħalla l-karkura x-xitan. Il-patri Dumnikan ta’ 62 sena bl-isem ta’ Pawlu Cremona diġą wasal f’nofs iż-żjara tiegħu fl-Awstralja liema żjara importanti se tieħdu f’erba’ Stati ta’ l-Awstralja. Miegħu ġab ir-relikwa ta’ l-id ta’ San Pawl li tinsab fil-parroċċa ta’ San Pawl fir-Rabat ta’ Malta.
 
Fil-fatt, Mons Paul Cremona OP mhux qiegħed l-Awstralja sempliċiment biex iżurna iżda se jkun fil-belt ta’ Sydney biex jattendi għal World Youth Day 08. Miegħu ġejjin xi saċerdoti Maltin flimkien ma’ madwar 40 żgħażagħ. Din mhix l-ewwel żjara ta’ Arċisqof Malti fl-Awstralja.
 
Kien Mons Michael Gonzi li ġie jarana f’Awissu 1953 fl- okażżjoni tal-Kungress Ewkaristiku. Kellna nistennew 33 sena oħra biex rajna fostna Arċisqof Malti ieħor meta Mons Ġużeppi Mercieca żar l-Awstralja f’Settembru 1986. (Fis-sena 1972 ġie jżurna Mons Emmanuel Gerada).
 
Ma għandi l-ebda dubju li fl-Awstralja dan ir-Ragħaj, iben il-belt Valletta se jsib li r-reliġjon nisranija għadha tħabbat fil-qlub ta’ dawk li għażlu l-Awstralja bħala t-tieni art tagħhom.
 
Forsi illum il-Maltin ma għadhomx moqdija sewwa mis-saċerdoti Maltin għax ħafna minnhom kibru fl-eta’ jew għax il- vokazzjonijiet naqsu iżda xorta waħda nsibu lill-Maltin iwieġbu b’ħerqa għal kull talba tas-saċerdoti li baqgħalna fostna. Bħala xhieda ta’ dan insemmi d-dimostrazzjoni ta’ fidi li ssir kull sena fil-festa tal-Vitorja tista’ tgħid fil-bliet ma’ l-Awstralja kollha fejn għaliha l-Maltin jattendi bi ħġarhom.
 
Iżda jekk illum ftit għad baqalna saċerdoti Maltin fostna jaħdmu esklussivament mal-komunitą Maltija, dan mhux dejjem kien hekk. Fil-ktieb Religious & Ethnic Identity Abe Wade Aty jgħidilna li fl-1986 fl-iStat ta’ Victoria kien hemm 27 ekkleżjastiku Malti (u dan ma jinkludix is-sorijiet). Dan kien l- ikbar numru ta’ saċerdoti kattoliċi ta’ oriġini etnika f’dak l-iStat sa anke rata ikbar mill-Irlandiżi!.

Due to web space restrictions this image has been removed
080714_MonsEGerada.jpg

Mons Emm Gerada f'Sydney fl-1972 flimkien mas-saċerdoti Maltin.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
080714_PapaBenedittu.jpg

 

Due to web space restrictions this image has been removed
080714_MonsPCremona.jpg

Il-Qdusija tiegħu
Papa Benedittu XVI

 

L-Eccellenza tiegħu
Mons Pawl Cremona O.P.

 

Is-saċerdoti Maltin ilhom jiġu lejn l-Awstralja sa mis-sena 1883. L-ewwel wieħed kien il-Kapuċċin James Ambrose Cassar li mar mal-ħaddiema tal-kannamieli fit-Tramuntana ta’ Queensland.
 
Barra l-Arċisqof Cremona f’Sydney hawn ukoll għall-ewwel darba l-Papa Benedittu XV1 biex jattendi għal din il- manifestazzjoni tal-fidi hekk imsejjħa World Youth Day ( li fil- fatt mhi ġurnata xejn iżda se ddum mill-15 sal-20 ta’ Lulju).
 
Il-WYD 08 hija l-ikbar avveniment taż-żgħażagħ fid-dinja organizzata mill-Knisja Kattolika. Qed jingħad li dan se jkun l- ikbar avveniment li qatt ġie organizzat fil-belt ta’ Sydney jiġifieri anke ikbar mil-Logħob Olimpiku li sar fis-sena 2000.
 
L-idea tal-World Youth Day spuntat meta madwar 300,000 inġabru fil-pjazza tal-Vatikan f’Ħadd il-Palm fl-okażjoni tal- 1,950 anniversarju tal-mewt u l-qawmien ta’ Ġesł. Il-Papa Ġwanni Pawlu t-tieni tant kien impressjonat f’dak li ra li ġietu l- idea biex isejjaħ liż-żgħażagħ flimkien kull tant żmien. In- Nazzjonijiet Magħquda għamlu s-sena 1985 bħala l- International Year of the Youth.
 
Il-Papa ħa l-opportunitą u stieden liż-żgħażagħ biex jiċċellebraw miegħu f’Ruma, f’Ħadd il-Palm tal-1986 fejn attendew 250,000. L-idea qabdet sewwa u kull tlett snin belt differenti ġiet magħżula biex torganizzaw l-WYD tant li diġą saru f’Buenos Aires, Santiago de Compostela, Czestochowa, Denver, Manila, Pariġi, Ruma, Toronto, Cologne u fl-2008 fil- belt sabiħa ta’ Sydney.
 
Il-Maltin fetħu djarhom u qlubhom ukoll biex jakkomodaw lill- pellegrini żgħażagħ Maltin (madwar 40) tul iż-żjara tagħhom fil-bliet ta’ Sydney u Melbourne.

 
 

 Servizz ta’ tifkira

 

 Kienet bla dubju l-akbar traġedja fl-istorja navali ta’ l- Awstralja meta 66 sena ilu ġie mgħarraq l-HMAS Sydney ftit’il bogħod mill-kosta ta’ Western Australia, f’konfront qalil ma’ bastiment Ġermaniż Kormoran. (ara r-rapport tat-31/3/08 fl- arkivji). Il-Maltese RSL Sub Branch u l-Kunsill Malti ta' NSW, organizzaw memorial service b'tifkira taż-żewġ Maltin, Salvatore Zammit u Samuel Psaila u l-643 Awstraljan li mietu fuq il-vapur HMAS Sydney fl-1941. Din it-tifkira saret fill- Kappella tas-Soċjetą Missjunarja Maltija, De Piro House, East Sydney.

Wara li l-MC u organizzatur, Fred Fenech, fetaħ din it-tifkira, indaqqu ż-żewġ innijiet nazzjonali ta' Malta u ta' l-Awstralja. Imbagħad il-President tal-Maltese RSL Sub Branch u tal- Kunsill Malti ta' NSW, Charles Mifsud, taw merħba lil dawk preżenti u b'mod partikolari lill-mistednin speċjali, il-Konslu Ġenerali, Annamaria Bonnici, il-President tal-Intramural District Council tal-RSL, Frank Bateman, ir-rappreżentant tal- BOV, Charles Grech Soler u l-familja Zammit, qraba ta' Salvatore Zammit.

Dawn kienu Carmen Zammit, il-mara ta' Jimmy Zammit, it-tifel ta' Salvatore Zammit u t-tfal tagħha u grandchildren ta' Salvatore Zammit, Michael Zammit, Catherine Crane u Vivienne Zammit.

L-istorja tal-HMAS Sydney intweriet b’forma ta' power point presentation, minn Wendy Zammit, li tiġi l-mara tas-segretarju tal- Maltese RSL Sub Branch, Victor Zammit, megħjuna minn Cynthia Duca. Wendy Zammit uriet kif il-vapur inxtara mill-Awstralja fl-1936, għamel żmien ibaħħar fil-Mediterran u jipproteġi l-convoys għall-Malta fil-bidu tal-gwerra u kif kellu re- fit fid-dockyard ta' Malta ftit qabel ma rritorna l-Awstralja fl- 1940.

Uriet ukoll il-battalja li l-HMAS Sydney kellu mal-vapur Ġermaniż, Kormoran u kif l-ekwipaġġ kollu ta' 645, fosthom iż- żewġ Maltin, sparixxa mal-vapur li baqa' ma nstabx sal-bidu ta' din is-sena. Fost l-islides, kien hemm ritratt u lista tal- ekwipaġġ kollu u l-ismijiet taż-żewġ Maltin.

L-MC fisser kif ma setgħax isib il-qraba ta' Samuel Psaila allavolja għamel avviżi fil-medja Maltija ġo Sydney u bliet oħra ġol-Awstralja u anki fit-Times of Malta. Li sirna nafu mis- service record kien biss li Samuel Psaila kien canteen assistant u kellu ħuh Vincent Psaila minn East Sydney bħala next-of-kin. L-MC ikklarifika ukoll dak li kien intqal dwar li seta' kien hemm Malti ieħor bl-isem ta' Flores. Hu spjega kif ikkuntattja lill-Finding the Sydney Foundation u dawn qalu li kien hemm mara bl-isem ta' Victoria Flores li żżewġet uffiċċjal Amerikan ftit jiem qabel ma telgħat fuq l-HMAS Sydney fl- aħħar vjaġġ tiegħu. Mhux magħruf jekk din kienitx Maltija.

Wara l-power point presentation, tkellmu Frank Bateman, Augustine Borg u Michael Zammit. Frank Bateman kien baħri fir-Royal Australian Navy fit-Tieni Gwerra u fil-gwerra tal-Korea u semma’ l-kuntatt li kellu mal-Maltin fin-navy. Augustine Borg, li kien baħri kemm fin-Navy Ingliża kif ukoll Awstraljana semma’ kif il-Maltin ġol-Awstralja kienu jieħdu ħsieb il-canteen fuq ħafna vapuri u kważi kollha kellhom l-isem ta' Zammit.

Michael Zammit, li hu barrister, f'diskors kommoventi semma’ kif ma kienx jaf biżżejjed dwar nannuh, iżda kien qed jagħmel sforz biex isib aktar informazzjoni. Fost oħrajn semma’ li Salvatore Zammit, kien mhux biss canteen manager, iżda kellu r-rank ta' petty officer biex jekk jispiċċa priġunier ma jiġix iċċarġjat bħala spija. Bħala petty officer kellu l-kariga li jgħin fis-sick bay. Hu semma’ wkoll li missieru, Jimmy Zammit, kellu biss 12-il-sena meta Salvatore Zammit miet fuq l-HMAS Sydney u l-aħbar ħażina qatt ma ħallietu matul ħajtu.

Hawn indaqqu kanzunetta sabiħa bl-Ingliż, 'I Vow to Thee My Country'  u  “Ruħi Ttir' li kienu addattati ħafna għall-okkazzjoni.

Due to web space restrictions this image has been removed
080714_HMAS03.jpg

Paul Zammit, Annamarie Bonnici, u Michael Zammit

 

Due to web space restrictions this image has been removed
080714_HMAS01.jpg

Charles Mifsud fuq il-podium, Alfred Fenech,
Fr C. Sciberras Anthony D'Amato u Frank Bateman.

Due to web space restrictions this image has been removed
080714_HMAS02.jpg

Charles Mifsud, Alfred Fenech Michael Zammit (fuq wara).
Catherine Crane, Carmen u Vivienne Zammit.

 

Wara wasal il-ħin tas-Service sabiħ, ippreparat u mmexxi minn Fr Carmelo Sciberras, li huwa eks-Lt Col, fl-army Awstraljana. Għall-okkazzjoni dan ġie bl-uniformi. It-talb li pprepara inqara mir-rappreżentanti tal-RSL Frank Bateman qara l-'Prayer of Remembrance'; Charles Mifsud qara l-'Prayer for the Nation'; u Anthony D'Anastasi, il-viċi president tal- Maltese RSL Sub Branch, qara l-'Prayer for Peace'.
 
Fr Tarcisju Micallef, MSSP mexxa l-kongregazzjoni fir- responses. Qabel l-Ode tal-RSL, il-familja Zammit poġġew kuruna fjuri fuq l-artal u Victor Zammit, is-Segretarju tal- Maltese RSL Sub Branch, qara l-Ode of Remembrance for the Fallen'.
 
Hawn Fr Carmelo kanta l-Ode tal-RSL u Eric Rizzo daqq il-Last Post fuq it-trumbetta. Waqt minuta silenzju, Patrick Magro u Dominic Attard baxxew il-bandieri ta' Malta u l- Awstralja b'rispett. Eric Rizzo daqq ir-Reveille u Fr Carmelo spiċċa billi kanta l-barka bi kliem veru sabiħ:
 

 May the road rise to meet you
 
And the wind be at your back.
 
And the Lord uphold you always
 
In the hollow of his hand.
 
In the hollow of his hand.
 
 
Faith be yours,
 
Hope be yours,
 
Love be yours.
 
Peace be yours.
 
Joy be yours,
 
Strength be yours.
 
 
May God bless you
 
May he keep you forever in his hand.
 
Forever in his hand.

 
Il-Memorial Service spiċċa b'diskors qasir mill-Konslu Ġenerali fejn qalet li din kienet parti mill-istorja tal-Maltin fl-Awstralja li kull ma tmur issir taf aktar dwarha.
 
Qabel ma stieden lil dawk preżenti għar-refreshments fil- courtyard tal-kappella, l-MC irringrazzja lil dawk kollha li għenu f'din it-tifkira b'mod speċjali lil dawk li ħadu sehem u lil Fr Carmelo tas-Service u lil Fr Tarcisju Micallef u l-MSSP talli offrew il-kappella għal din it-tifkira. (Dan ir-rapport ġie mgħoddi lilna minn Alfred Fenech).

 
 

Żjara b’tifkira f’Bacchus March

 

 Il-Mons Benedict Camilleri ta’ 78 sena minn Għawdex qaddes quddiesa fiċ- Ċentru Marjan tal-Madonna ta’ Pinu f’Bacchus Marsh qrib Melbourne biex jiċċelebra l-50 sena ta’ fidi lejn il-Madonna ta’ Pinu. Għal din il-quddiesa attenda wkoll l- Arċisqof ta’ Melbourne Denis Hart.
 
Mons Camilleri kien għin biex jinbena dan is-santwarju f’Bacchus March 16-il sena ilu fuq talba tal-komunitą Maltija. Huwa qal li l-iskop tiegħu kien li jinkuraġġixxi t-talb u jħajjar iktar żgħażagħ biex jidħlu għas-saċerdozju. Il-Monsinjur Camilleri beda l- karriera saċerdotali tiegħu f’Malta fl-1958 u serva bħala Rettur tas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu f’Għawdex għal 32 sena.

 
 
 
 
 

Due to web space restrictions this image has been removed
080714_MonsBCamilleri.jpg

Mons Benedict Camilleri

 
 
 

Nieħdu gost jekk tibgħatuli aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 1500 qarrejja fil-ġimgħa. Ibgħatu lil lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section

 

Copyright © 2007 l-orizzont & allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com