It-Tnejn, 23 ta' Ġunju 2008     
      

 

Aħbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Għal aktar aħbarijiet mill-Awstralja aqraw The Maltese Herald
li toħroġ fl-Awstralja kollha kull nhar ta' Tlieta.

 L-inċidenti tas-sena 1919 imfakkra

 

 F’NSW għandna monument li ġie mwaqqaf bħala tifkira tal-mitejn sena (Bicentenary) minn meta waslu l-ewwel bojod taħt il-kmand tal-Kaptan Cook u l- ikalzrati mill-Ingilterra f’dan il-pajjiż. Il- monument f’forma tas-salib ta’ Malta jinsab fin-naħat tas-subborg ta’ Pendle Hill fil-Punent ta’ Sydney (magħruf bħala Little Malta) għax fih jgħixu ħafna Maltin. Mal-ħitan tal-kolonni ta’ dan il-monument għandek isib l-istorja tal-miġja tal-Maltin f’dan il-kontinent.
 
Isiru ħafna attivitajiet fi ħdan dan il- monument u tista’ tgħid kull viżitatur importanti li jiġi minn Malta jagħmel żjara lil dan il-monument. L-aħħar wieħed kien il-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi u martu.
 
Il-Maltese Community Council ta’ NSW li kienu ħadu l-inizjattiva biex bnew dan il-monument kif jagħmlu kull sena organizzaw tifkira simbolika tal-89 sena mis-“Sette Giugno” (magħrufa bħala l- ewwel  rivoluzzjoni Maltija) li għaliha kien hemm attendenza  mhux ħażin għalkemm f’għodwa xitwija.
 
Iċ-ċerimonja kienet waħda kommoventi li tiġbor fiha ħafna għaqdiet Maltin li anke jarmaw l-istandards tagħhom. Għal din l- okkażjoni jiġu moqrija messaġġi mill- President ta’ Malta, mill-Prim Ministru u anke mill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni. Id-diskors ta’ l-okkażjoni dis-sena sar miż- żagħżugħa Anna Chetcuti li hija għalliema fis-sistema ta’ l-Edukazzjoni Statali, wkoll għalliema tal-lingwa Maltija fil-klassijiet tal-Malti f’Horsley Park. Anna Chetcuti għadha kemm ġiet lura minn Malta wara li attendiet kors tal-Malti fl-Universitą ta’ Malta. Hija kienet imniedja għal dan il-kor mill-Kunsill tal- Komunitą Maltija ta’ NSW. Id-diskors tagħha kien wieħed mill-aħjar li qatt smajna.
 
Fuq il-monument kien hemm preżenza tal-membri tal-Maltese Ex-Service Branch ta’ RSL u Eric Rizzo daqq ukoll il-Last  Post.  Saru  diskorsi  wkoll  mill-

 

Dehra minn naħa fejn kien hemm il-mistednin fiċ-ċerimonja tas-7/6/1919

 

Anna Chetcuti li ppreżentat id-diskors ewlieni fiċ-ċerimonja tas-7 ta' Ġunju 1919, jidher ħdejha Alfred Fenech

 

Il-Konslu Ġenerali, Annamaria Bonnici taqra l-messaġġ tal-Prim Ministru Malti.

 

President tal-MCC, Charles Mifsud kif ukoll il-Konslu Ġenerali ta’ Malta f’NSW, Annamaria Bonnici u mill-Onor Nathan Rees MP li kien qiegħed jippreżenta lill-Gvern ta’ NSW u mill-Kunsillier Josie Moncriff bħala rappreżentanta ta’ Holroyd Council. Fred Fenech introduċa lill-kelliema u mexxa ċ-ċerimonja.

Kien hemm preżenti l-kor Malti li kanta kanzunetti bil-Malti addattati għal din l- okażjoni.    Kienet    għal    darba    oħra

 

okażjoni impressjonanti fejn ġiet fit- tmiem meta r-rappreżentanti ta’ l-għaqdiet Maltin u istituzzjonijiet oħra poġġew fjuri f’riġlejn il-monument.

Wara din iċ-ċerimonja saret ikla fir- resturant Ċiniżi tal-Wentworthville Leagues Club organizzata mill-MCC ta’ NSW biex tingħata merħba uffiċjali lill-Konslu Ġenerali għal Malta f’NSW, Annamarie Bonnici li bdiet xogħolha ftit xhur ilu.

 
 

 Mewt ta’ partitarju akkanit

 

 Tħabbret il-mewt ta’ Joseph Debono mill-Mellieħa li ħalla din il-ħajja fl-eta ta’ 59 sena. Mill-funeral li sar fil-knisja ta’ Mary Immaculate f’Bossley Park NSW deher kemm kien raġel tal-familja, ġentili, irrispettat u maħbub.

Lil Ġużi konna nafuħ ħafna kull fejn tilgħab il-Melita Eagels għax ibnu Michael kien wieħed mill-plejers magħrufa u Ġużi partitarju akkanit.

Għal funeral attendew għadd ta’ partitarji kif ukoll Frank Sant is-segretarju ta’ Parramatta Melita Eagles Sports Club. Ġużi Debono flimkien ma’ martu Theresa u l-familja kienu parti mill-kontinġent ta’ l-ewwel Cultural & Sporting Tour li żar Malta organizzat mill-Parramatta Melita Eagles f’ Diċembru 1998.

Ġużi Debono emigra lejn l-Awstralja meta kellu biss 16-il sena iżda fl-1971 mar lura Malta u żżewweġ lill-martu Theresa. Huma għandhom erbat itfal u tlett itfal tat-tfal.

 

Joseph Debono

 
 

Tagħrif dwar servizzi

 

 Il-grupp tal-Maltin li jiltaqgħu f’Landillo (ara ritratt) fis-subborg ta’ Sydney jidher li huma attivi ferm u dan l-aħħar attendew għal Expo, attivitą biex tkabbar l-għarfien ta’ servizzi komunitarji f’dawk fin-naħat tal-belt ta’ Penrith. Dan il-grupp tieħu ħsiebu Rita O’Dwyer li taħdem mal-Maltese Community Council bħala welfare officer u xandara mal-SBS Radio u għalhekk tkellmet dwar l-istorja ta’ Malta. Wara tkellmu oħrajn li jipprovdu servizzi mill-Community Connection Building f’Penrith. Wara l-grupp Malti ngħaqad ma’ gruppi oħra għal ikla fejn kien hemm ukoll xi ikel Malti

 

Il-Grupp ta' Maltin f'harġa li kellhom f'Penrith NSW.

 
 

 San Ġorġ u San Bastjan

 

 Bi żvista fl-aħħar rapport għidtilkom li l-ballu li kellu jsiru f’Melbourne fl-okażjoni tal-festa ta’ San Bastjan kien se jsir fil- Crown Casino. Fil-fatt id-dilettanti tal-festa ta’ San Bastjan kellhom ballu kbir b’madwar 600 preżenti fil-Lakeside Banquet and Convention Centre Tailors Lakes fejn qaluli li kien hemm koppja lebsin ta’ raħħala Maltin iqassmu l-qubbajt ta’ Anthony Vella (Ġanni l-Għawdxi) ta’ Hal Qormi. L-MC tal-Ballu kien Emmanuel Brincat li jmexxi l-programm bil-Malti fuq Radio 3ZZZ u Mary Ann Brincat.
 
Waqt li qed niktbu dwar il-festa ta’ San Bastjan ma nistgħux inwarrbu minn quddiemna l-inċident serju li ġara fil-Kanada fit-23 ta’ April 08 meta waqt ċelebrazzjoni fil-knisja, hekk kif l-istatwa ta’ San Ġorġ waslet quddiem l-artal, wieħed mir-reffiegħa tilef il- bilanċ u l-istatwa għelbet fuq naħa waħda u nstabtet ma’ l-art bir-ras ta’ San Ġorġ titfarrak biċċiet.
 
Dan l-inċident ġie mogħti prominenza meta The Times ta’ Malta, (gazzetta ta’ kuljum bl-Ingliż) fuq il-website tagħhom ġabu video sħiħ ta’ dan l-inċident u għalhekk il-video ġie mxerred b’ħeffa fuq l-internet. Jingħad li dan l-inċident ġara fil-preżenza ta’ l- Isqof ta’ Għawdex, Mons Mario Grech li kien preżenti fil-knisja waqt żjara li kien qiegħed jagħmel fil-Kanada u ftit wara kellem lil dawk preżenti. Kif jafu ħafna mill-qarrejja li l-festi ta’ San Ġorġ u San Bastjan huma ċċelebrati f’Malta bis-soltu rivalitą fil-belt ta’ Pinto jew aħjar f’Ħal Qormi.

 
 
 

Nieħdu gost jekk tibgħatuli aħbarijiet mill-komunitą biex indaħħluhom f’din il-website li tmur mad-dinja kollha b’kalkolu ta’ madwar 1500 qarrejja fil-ġimgħa. Ibgħatu lil lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section

 

Copyright © 2007 l-orizzont & allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com