It-Tnejn, 16 ta' Ġunju 2008     
      

 

Aħbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Għal aktar aħbarijiet mill-Awstralja aqraw The Maltese Herald
li toħroġ fl-Awstralja kollha kull nhar ta' Tlieta.

 Idoqqu taħt it-tempji neolitiċi

 

 Bil-mod il-mod, il-group mużikali Skora qegħdin jersqu iktar lejn il-komunitą. Maltija. Ftit ilu, ippreżentaw kunċert fil- Hamrun Club li jinsab f’Marsden Park fin-naħat tal-punent ta’ Sydney. Kien hemm attendenza mdaqqsa fosthom l-Onor John Aquilina MP. Kien xieraq ukoll li l-grupp Skorba jiġi introduċut minn Maria DeCarlo li resqet lil dan il- group lejn il-komunitą Maltija meta dehru  fil-Quiet Achievers’ Night of Recognition, f’April 2006 ġewwa Blacktown NSW.
 
Maria DeCarlo tat tagħrif kemm bl-Ingliż u bil-Malti dwar il- banda Skorba u stiednet lill-udjenza biex igawdu u japprezzaw din il-mużika ta’ stil multikulturali iżda li hija sspirata mit- tema tat-Tempji antiki li jinsabu f’Malta u Għawdex. Il-grupp Skorba li ħadu isimhom mit-tempju neolitiku li hemm ġewwa l- Mġarr Malta, ġie ffurmat xi tlett snin ilu mill-Malti-Awstraljan Andy Busuttil.

L-għan ewlieni tiegħu kien, li jonora il-folklor u t-tempji neolitiċi Maltin u Għawdxin. Il- kliem tal-kanzunetti huma miktuba kollha minn Andy Busuttil. Il-membri oħra tal-grupp, John Robinson u Bertie McMahon mhumiex Maltin.
 
Din il-banda ippreżentat kunċerti fi bnadi oħra quddiem eluf ta’ nies minn pajjiżi differenti fl-Awstralja. Kull fejn idoqqu, jsibu dejjem nies li jistaqsuhom iktar dwar il-gżejjer Maltin. L-istil ta’ mużika  ta’  Skorba  hi  taħlita  ta’  mużika  differenti li tindaqq

Maria DeCarlo tippreżenta lil "Skorba"

 

f’pajjiżi tal-Lvant u fil-pajjiżi Mediterranji.

Il-banda ta’ Skorba qed tipprova tinterpreta u timmaġina b'mod mużikali, il- personalitą tal-Maltin tal- bidunett. Hemm ‘l fuq minn tletin sit ta’ tempji f’Malta u Għawdex fosthom Ta' Ħaġrat, Mnajdra, Skorba, Ħal Saflieni, Tarxien, il-Ġgantija f’Għawdex u bosta oħrajn.

Skorba m’ilhomx li ġew lura minn tur fi Queensland fejn mill-ħafna   nies   li  attendew

għax-xows tagħhom, fosthom Maltin ħadu gost jaraw ix-xeni sbieħ ta’ Malta u Għawdex li ntwerew fuq skrin kbir waqt il- kunċerti.

 

Il-banda Skorba fuq il-palk

 

Għal xi wħud li attendew u ftit li xejn kienu jafu dwar din il- banda, il-kunċert fil-Hamrun Club issorprendihom. Il- preżentazzjoni kienet eċċellenti u n-nies laqgħu b’ċapċip dawk ix-xeni sbieħ ta’ Malta issinkronizzati tajjeb mal-mużika u l-kant li beda jindaqq minn Skorba. Il-lejla spiċċat b’wirja ta’ xeni umoristiċi ta’ Malta moderna meħuda mill-website ‘Only in Malta’.
 
Greg Caruana għalaq din is-serata b’kelmtejn ta’ ringrazzjament u ta’ tifħir għat-talent artistiku mużikali ta’ dan il-grupp. Irringrazzja lill-kumitat tal-Hamrun Club tal-fiduċja li wrew f’dan il-grupp Skorba u lill-folla numeruża tal-attenzjoni u l-apprezzament tagħhom bl-applaws kontinwu tagħhom.
 
Il-banda ta’ Skorba ġew mistiedna jieħdu sehem f’kunċerti f’Ġerusalemm f’Ottubru fil-Bible Lands Museum u fi Clubs ta’ Tel Aviv u Haifa. Dan se jsir ad unur Daniel Pearl li nqatel pubblikament fuq l-internett minn terroristi ħorox, u li l-istess ġenituri tiegħu qed jorganizzaw dan il-kunċert biex jippromovu l-Interfaith Peace and Harmony. Skorba mistennija wkoll li wara jagħmlu żjara qasira f’Malta fejn se jdoqqu f’xi lokalitajiet f’Malta u Għawdex għal żmien qasir.

 

Min jixtieq jixtri xi CD jew li hu interessat li jistieden dan il-grupp għal xi avveniment, jista’ jċempel lil
Andy Busuttil fl-Awstralja fuq 47 586878 jew 0414 837 367.

 
 

 B’risk il-Cancer Council

 

 Il-Maltin dejjem issibhom minn ta’ quddiem biex jiġbru flus għal karitą mhux f’Malta biss iżda anke fl-Awstralja. Il-Grupp Soċjali assoċjat mal-knisja ta’ Horsley Park sar magħruf għall-ħila tagħhom biex jiġbru flus għal skopijiet differenti. Iż- żewġ protagonisti f’dawn l-attentati huma l-Maltin, Josephine Borg u Theresa Quattromani. Din id-darba l-attentat tagħhom kien immirat biex jgħin lil Cancer Council. Organizzaw Morning Tea fejn attendew madwar 200 persuna u rnexxielhom  jiġbru  s-somma  ta’  S15,200.  Għal attivitą kien

 

Ftit miż-żgħażagħ Maltin li attendew għal Morning Tea

 

Fir-ritratt jidhru mix-xellug: Helen Kerfoot sid il-Homestead, Theresa Quattromani u Josephine Borg li hija wkoll is-segretarja tal-Maltese Community Council ta’ NSW

hemm Tony Fenech li ferraħ bil-kant tiegħu u Simone l- kelliema mill-Cancer Council li spjegat fejn imorru dawk il- flejjes miġbura u l-għajnuna mogħtija. Hija qalet ukoll li qatt ma rat daqstant entużjażmu daqs din l-attivitą li saret fil-Homestead f’Horsley Park. Josephine u Theresa kienu bla dubju se jtiru bil-ferħ meta raw ir-riżultat tas-suċċess tal- Morning Tea u rringrazzjaw bil-qalb kollha lil dawk kollha li kienu ta’ għajnuna.

 
 

 Propaganda għal Malta

 

 Il-gazzetta popolari ta’ Western Australia “The Advertiser” fil-paġni speċjali Travel Guide Europe kellhom artiklu interessanti dwar Malta bit-titlu ta’ The Magnificence of Malta u anke kien hemm xi ritratti bil-kulur. Dan l-artiklu kien miktub minn Peter Lynch li sejjaħ lil Malta li tinsab bejn l-Italja u l-Afrika, bħala destinazzjoni tal-ħolm speċjalment għal dawk li jħobbu l-istorja. Huwa kiteb dwar t-temp sabiħ, in-nies ferrieħa, il-mod tal-ħajja u l-konvenjenza li kulħadd jitkellem bl-Ingliż. Bħas-soltu dawn il- kittieba barranin jieħdu gost ifakkruna li għandna l-iktar qassisin barra l-Vatikan, naħarqu iktar nar minn kull post ieħor fl- Ewropa u nieklu numru kbir ta’ fniek. Il-karozzi tal-linja sejħilhom, dehriet minn tfulitu. Pubbliċitą siewja. Forsi fl-aħħar Malta tinduna li hawn suq mhux ħażin ta’ turisti li jistgħu jiġu mħajjra jgħaddu sa Malta fi triqthom lejn l-Ewropa.

 
 

 Il-Maltin tas-Central Coast

 

 Il-Maltin ta’ l-Awstralja ħadmu u stinkaw biex għamlu suċċess mill-ħajja tagħhom fl-Awstralja iżda dejjem baqgħu Maltin u jgħożżu t-tradizzjonijiet ta’ pajjiżhom f’ħafna każi b’iktar fervur milli kienu Malta. Bnew ukoll għaqdiet biex iżommuhom flimkien tant li għandna dawn l-għaqdiet bil-mijiet madwar l-Awstralja kollha. Is-Central Coast Maltese Social & Recreation Club ġie mwaqqaf għaxar snin ilu (fl-1998) għal dawk il-ħafna Maltin li joqgħodu (ħafna minnhom irtirati) fin- naħat tal-kosta tas-Central Coast ta’ Sydney (vjaġġ ta’ ftit inqas minn siegħa u nofs bil-karozza).

Madwar 200 iltaqgħu fil-Wyong Youth & Community Hall Gorokin biex jiċċellebraw l-għaxar anniversarju fil-preżenza tal- Konslu Ġenerali għal Malta f’NSW, Annamaria Bonnici u l- Membru Federali ta’ Shortland, Gill Hall MP.

Il-mużika kienet tal-Black Knights u kien hemm ukoll il-kor JC minn Sydney. Kien hemm diskorsi minn Tony Camilleri, Alfred Fenech u Gill Hall MP. Il-President tal-klabb, Maria Mercieca tat merħba lil kulħadd u anke ppreżentat tifkira lill-membri antiki u rringrazzjathom għax-xogħol volontarju li jagħmlu.

Waqt iċ-ċelebrazzjoni ta' l-għaxar anniversarju

 

Il-kumitat preżenti tas-Central Coast Maltese Social
& Recreational Club

Tkellmet ukoll il-Konslu Ġenerali fejn attendiet dawn in-naħat għall-ewwel darba. Il-kumitat ippreżenta lill-President, Maria Mercica bukkett fjuri u ċertifikat għax-xogħol fejjiedi li hija tat mill-2001 sal-2008.

 
 
 

Ftakar li din il-paġna tinbidel kull ġimgħa. Jekk trid iktar tagħrif ikkuntattja
lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section

 

Copyright © 2007 l-orizzont & allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com