It-Tnejn, 26 ta' Mejju 2008     
      

 

Aħbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Għal aktar aħbarijiet mill-Awstralja aqraw The Maltese Herald
li toħroġ fl-Awstralja kollha kull nhar ta' Tlieta.

 Malti onorat mill-Partit Laburista ta’ NSW

 

 F’waħda mill-aktar Konferenzi Ġenerali mqanqla tal-Partit Laburista ta’ l-iStat ta’ NSW li saret fil-Convention Centre f’Darling Harbour ħarġet l-aħbar li wieħed mill-aktar Maltin popolari fin-naħat ta’ l-Illawarra nħatar membru għal għomru tal-Partit Laburista ta’ NSW.

Kienet fis-sezzjoni tal-Ħadd filgħaxija meta George Bartolo minn Farmsborougħ Heights magħruf aħjar bħala wieħed mill- pilastri tal-klabb George Cross Falcons kien wieħed minn fost 39 membru tal-ALP li ġew onorati bħala membri għal għomorhom.

Dan il-Malti ilu attiv fil-Partit Laburista Awstraljan sa mis-sena 1964, l-ewwel fil-fergħa ta' Unanderra u issa fil-fergħa ta' Unanderra-Mt Kembla wara li dawn il-friegħi kienu ingħaqdu, erba’ snin ilu.

In-nominazzjoni ta’ George Bartolo kienet appoġġata minn Sharon Bird, il-Membru Federali għas-siġġu ta' Cunningħam u minn Noreen Hay, membru ta' Wollongong fl-iStat ta' NSW. Ir-rakkomandazzjoni kienet tispjega kemm George Bartolo ilu jaħdem għal Partit għal snin twal. Issemma’ wkoll is-servizz tiegħu li jestendi fil-komunitą ta' l-Illawarra mhux biss mal- Partit Laburista imma wkoll mall-gruppi kommunitarji bħalma huma l-Illawarra Ethnic Communities Council (li tagħhom hu wkoll membru għal għomru), il-George Cross Falcons Club li huwa ċ-ċentru tal-Maltin ta' Wollongong fejn għamel ħafna snin President u membru wkoll għal għomru u fl-Illawarra Dog Obedience Training Club.

Fl-istruttura tal-Partit Laburista George Bartolo hu membru ta' valur fejn dejjem ħadem għall-elezzjoni tal-kandidati Laburisti u serva ta' President fil-fergħa ta' Unanderra u fil-preżent fl- Unanderra u Mt. Kembla għall-kważi għoxrin sena.

 

George Bartolo jirċievi l-unur ta' membri għal għomru waqt il-Konferenza Ġenerali ta' l-ALP ta' NSW.

 

George Bartolo twieled fir-Rabat Malta f’Ottubru 1939 u wasal l-Awstralja fuq il-vapur Flaminia f’1959. Serva bħala Segretarju u President tal-George Cross Maltese Club minn 1960 sal- 1994. Ġie maħtur Justice of the Peace fl-1968 u rċieva l-NSW Seniors’ Award fl-2007. George Bartolo serva wkoll bħala President tal-Maltese Community Council ta’ NSW fl-1994 għal sentejn. Huwa armel miż-żwieġ ma’ Doris Fenech u għandhom żewġt itfal Karen u Janet.

 
 

 Tibdil fil-Konslijiet Onorarji

 

 Il-Kummissjoni Għolja ta’ Malta f’Canberra għadha kemm ħabbret xi tibdil fil-ġurisdizzjoni tal-Konsli Onorarji għal Malta fi New Zealand. Il-ħatra ta’ Patricia Thake ġiet imġedda sa l-aħħar ta’ l-2010 u ser tkun responsabbli għall-belt ta’ Auckland u n- North Island minbarra Wellington. Il-ħatra ta’ Dr Carmen Dalli ġiet imġedda sa l-aħħar ta’ 2012 u ser tkun responsabbli għad- distrett ta’ Wellington u s-South Island.
 
Il-komunitą Maltija qed tistenna l-aħbar tal-ħatriet ta’ Konsli Onorarji Maltin fl-iStat ta’ Queensland wara nuqqas ta’ ħafna snin mingħajr rappreżentanza Maltija f’dan l-iStat.

 
 

 Aħbar tajba għall-Maltin ta’ l-Illawarra

 

 Is-superjura General tal-Kongregazzjoni Franġiskana tal- Qalb ta’ Ġesł, Madre’ Anselmina Mifsud temmet żjara ta’ 20 jum lill-komunitajiet tas-Sorijiet tagħha f’Lockleys u Adelaide fl-iStat ta’ South Australia, f’Port Kembla u Warrawong fl-iStat ta’ NSW u f’Mackay fl-iStat ta’ Queensland .fl-Awstralja.
 
F’din iż-żjara l-Madre Ġenerali, kif kien mistenni kellha diskussjonijiet intensivi biex isir ippjanaw tal-kontinwazzjoni tal-ħidma tal-Kongregazzjoni fl-Awstralja li twarja mit-tagħlim fl-iskejjel u anke l-kura ta’ l-anzjani. Ingħatat ħarsa wkoll lejn il-bżonnijiet ġodda tal-komunitą u l-ħtieġa li jkun hemm aktar kuntatt mal-komunitą Maltija. Ta’ min jinnota li l-Maltin ta’ l- Illawarra ma għandhomx kappillan Malti.
 
Ġie deċiż ukoll li fin-naħat ta’ Illawarra. Sr Grace Cini, li ftit ilu  ġie ippreżentata b’ċertifikat mill-Maltese Welfare (NSW) fl-okażżjoni tal-Quiet Achievers Night of Recognition 2008 għax-xogħol utli tagħha fil-komunitą ta’ dawk in-naħat bdiet tgħallem il-lingwa Maltija bħala waħda mill-għalliema ta’ l- Iskola Maltija ta’ Wollongong.
 
Sr Cini diġą għandha esperjenza ta’ 40 sena bħala għalliema u kienet il-pjuniera tat-tagħlim tal-Malti f’Wollongong fl-iskola Kattolika ta’ Warrawong.
 
Il-Madre’ Ġenerali kellha wkoll laqgħa siewja mal-Prinċipal ta’ l-Iskola Maltija ta’ Wollongong, Emmanuel Fenech u bintu Amy Fenech. Jidher sewwa li l-kontribuzzjoni u l-esperjenza li

 

Fir-ritratt jidhru: Sr Josephine Attard, Segretarja Ġenerali FCJ, Mother Anselmina Mifsud, Superjura General FCJ, it-tnejn minn Ruma. Sr Giovanna Gauci, Superjura Reġjonali FCJ, Lockleys, South Australia.
Fuq in-naħa l-oħra: Quddiem Amy Fenech, Sr Grace Cini FCJ, Superjura Lokali, Our Lady of Fatima Convent, Warrawong NSW u Emmanuel Fenech, principal Skola Maltija ta’ Wollongong.

 

għandha Sr Cini tista’ ssaħħaħ ħafna it-tagħlim tal-lingwa Maltija fin-naħat ta’ l-Illawarra waqt li l-aħbar li s-sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesł, li ilhom f’dawn in-naħat għal dawn l-aħħar 50 sena se jintensifikaw il-ħidma tagħhom fost il- Maltin hija aħbar tajba ħafna.

 
 

 Aktar aħbarijiet

 

 L-Għaqda Kulturali Maltija ta’ NSW iċċellebraw l-20 anniversarju b’serta kbira fis-subborg ta’ Merrylands NSW. F’din is- serata ħadu sehem il-korijiet JC u ta’ l-Għaqda Kulturali, iċ-ċkejkna Lora Mifsud, James Cassar kif ukoll Amanda Bonnici li ġiet ippreżentata b’bukket fjuri għax hi bħal l-Għaqda Kulturali qed tiċċelebra l-għoxrin sena tagħha. Fl-aħħar parti tal-programm deher il-magħruf kantant Joe Galea li barra waħdu kanta wkoll ma’ Amanda u James. Kien kunċert dehen ta’ għoxrin sena ta’ ħidma mill-Għaqda Kulturali Maltija ta’ NSW. Fost dawk preżenti kien hemm l-ewwel President ta’ l-Għaqda, Frank Zammit.
 
 L-Għaqda Past Pupils of Don Bosco NSW organizzaw Lejla Maltija fi Greystanes li kienet tassew suċċess. Il-lejla kienet ilha sold-out minn ħafna ġimgħat qabel. Is-sala kienet imżejna b’ħafna ritratti u bnadar ta’ Malta. Kien hemm preżenti wkoll il- Kummissarju Għoli għal Malta fl-Awstralja, l-E.T. Francis Tabone u l-Konslu Ġenerali Annamaria Bonnici. Dawk preżenti għaddew siegħat ta’ divertiment fejn kien hemm wirja ta’ line-dancing minn grupp ta’ Maltin mid-Demons Sports Club u kantanti jimpressjonaw lil Dean Martin u Elvis Presley. Kien hemm ukoll Zarbie’s DJ. Iżda din il-lejla tibqa’ mfakkra għall-abbundanza ta’ ikel Malti li ġie servut.
 
Dawk li kienu ppreżenti setgħu ukoll jiffirmaw il-ktieb tal-kondoljanzi għal Prof Sir Anthony Mamo.

Dehra minn dawk li attendew il-lejla Maltija

John Cassar u Dr George u Laura Boffa minn Sydney NSW jiffirmaw il-kiteb tal-kondoljanzi tal-Prof Sir Anthony Mamo.

 
 
 

Ftakar li din il-paġna tinbidel kull ġimgħa. Jekk trid iktar tagħrif ikkuntattja
lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section

 

Copyright © 2007 l-orizzont & allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com