It-Tnejn, 12 ta' Mejju 2008     
      

 

Aħbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Għal aktar aħbarijiet mill-Awstralja aqraw The Maltese Herald
li toħroġ fl-Awstralja kollha kull nhar ta' Tlieta.

 It-Tifkira ta’ l-ANZAC Day 2008

 

 Jum Anzac fl-Awstralja tista’ tgħid hu importanti daqs Jum Nazzjonali. L- Awstralja ħadet parti f’kull gwerra dinjija u s-suldati tagħha saru magħrufa għall- qlubija u l-lealtą tagħhom. L-Awstralja tirrispetta u tonora bi kbir dawk kollha li ġġieldu biex jiddefendu dak li l- Awstraljani kienu jemmnu fih, dak li mbutthom biex jieħdu parti fil-gwerer mondjali, dejjem barra minn xtuthom.
 
Dis-sena ukoll il-Fergħa Maltija ta’ l- Return and Service League ħadet sehem fit-tifkira li ssir kull sena fl-ANZAC Day organizzata mill-RSL biex tfakkarna f’dawk li taw ħajjithom fil-gwerer biex jiddefendu l-Awstralja. Alfred Fenech OAM, għaddili dan ir-rapport.
 
L-ANZAC Day dejjem issir fil-25 t’April. Għandha l-oriġini tagħha fil-25 ta’ April 1915 meta s-suldati Awstraljani u dawk ta’ New Zealand daħlu f’ Gallipoli fit- Turkija u ġarrbu telfiet kbar ta’ mejtin u feruti. Ix-xtajta li niżlu fiha tawha l-isem ANZAC Cove. (ANZAC tfisser Australia and New Zealand Army Corps).
 
Għall-ewwel l-isem ANZAC kien jirreferi għas-suldati li ħadu sehem f’din il- battalja biss iżda aktar tard dan l-isem ġie mogħti lill-forzi armati taż-żewġ pajjiżi li ġġieldu fl-Ewwel Gwerra. Il-jum meta niżlu s-suldati ġo ANZAC Cove, il- 25 ta' April, ġie mniżżel fiż-żewġ pajjiżi bħala jum ta' tifkira li tinżamm kull sena - ANZAC Day.

Maż-żmien din saret tifkira għal dawk kollha li tilfu ħajjithom fil-gwerer kollha ta’ l-Awstralja u New Zealand. Il-Fergħa Maltija ta’ l-RSL ilha tieħu parti għal ħafna snin fl-ANZAC Day bħala tifkira għas-servicemen Maltin, kif ukoll Awstraljani u ta’ pajjiż oħra, li tilfu ħajjithom fil-gwerer.

Lejliet l-Anzac Day, fil-5.30pm, il-kumitat tal-Fergħa Maltija ta’ l-RSL u oħrajn mill- Kommunitą  Maltija  jqegħdu  kuruna fuq

 

Il-kontinġent tal-Maltin li mmarċjaw waqt l-Anzac Day fit-toroq tal-belt ta' Sydney

 

is-Cenotaph ġo Martin Place. Dawn imxew wara l-istandard tal-Fergħa li ġarru Patrick Magro, it-tifel tal-eks president, Jimmy Magro li miet is-sena l-oħra, sakemm waslu quddiem is- Cenotaph. Wara li l-President, Charles Mifsud flimkien mal-Konslu Ġenerali, Annamaria Bonnici poġġew il-kuruna, Anthony D'Anastasi, il-viċi president, għamel talba speċjali u Eric Rizzo tal- Banda OLQP Maltese Band, daqq il- Last Post. Wara Anthony D'Anastasi qara l-Ode tal-RSL u Eric Rizzo daqq ir- Reveille. Ħafna nies waqfu biex jaraw din iċ-ċerimonja f’lejla ta’ xita kważi kontinwa.
 

L-għada l-Ġimgħa, l-ANZAC Day, madwar sittin Malti ex-servicemen u tfal ta’ l-ex-servicemen inġabru ġo Hunter Street bil-midalji tagħhom jew ta’ missirijiethom, biex għal ħabta tan-nofs siegħa mmarċjaw matul it-toroq ta’ Sydney wara l-bandiera Maltija, dik Awstraljana u dik Ingliża. Il-Maltin bdew jimmarċjaw matul Hunter Street għal Pitt Street, meta waslu f’Martin Place sellmu lis-Cenotaph billi baxxew il-bandieri. Għaddew minn George u Bathurst Streets u mbagħad għal Elizabeth Street fejn il-marċ intemm.
 
Anthony D’Anastasi li kien il-kap tal- grupp   għall-okkażjoni  mexxa   il-marċ.

 

Mill-membri anzjani tal-Fergħa, Laurie Libreri ta’ 89 sena u Joe Taliana ta’ 84 sena, Frank Balbi ta’ 86 sena mmarċjaw fuq il-wheelchair imbuttati mit-tfal tagħhom. Dawn immarċjaw wara l- President, Charles Mifsud u l-Konslu Ġenerali, Annamaria Bonnici.
 
Fl-ewwel filliera kien hemm il-veterani tal-gwerra. Ħaġa li issa saret drawwa kienet li l-banda OLQP Maltese Band immarċjat quddiem il-grupp Malti u daqqet mużika addattata għall-okkażjoni u għenet ferm biex il-Maltin żammew pass tajjeb waqt li mmarċjaw. Ta’ min isemmi li l-bandisti jagħmlu sagrifiċċju kbir biex jimmarċjaw u tiswielhom flus biex iġorru l-istrumenti.

Il-grupp Malti u l-banda ġew milqugħa tajjeb ħafna mill-folla li marret tara l- marċ. Uħud minn dawk li attendew żammew plakki bil-kliem ‘Thank you’. Fost dawn kien hemm il-magħruf Dick Smith.
 
Fil-għaxija fuq l-aħbarijiet tal-SBS TV kien hemm intervista qasira ma wieħed mill-veterani tal-gwerra, Laurie Libreri ta’ 89 sena li joqgħod fis-subborg ta’ Merrylands u kien għal żmien twil is- segretarju tal-Fergħa Maltija ta’ RSL. Dan tkellem dwar l-air raids fuq Malta fi żmien il-gwerra.

 
 

 Ikla mall-pijunieri

 

 Għalkemm ħafna mill-pijunieri tal- komunitą Maltija ta’ NSW daħlu sewwa fl-eta’ iżda l-affinitą bejniethom baqgħet qawwija. Jiftakru sewwa iż-żminijiet diffiċli meta mix-xejn ħolqu organizzazzjonijiet li fl-aqwa tagħhom kienu l-għira ta’ komunitajiet oħra. Kienu wkoll dawn l-għaqdiet li servew bħal sullief għal ħafna emigranti ġodda għax li ma kienx hawn dawn l-għaqdiet fil-ħamsinijiet u s-sittinijiet eluf ta’ Maltin ma kienx ikollhom żvoġġ soċjali u ħafna minnhom kienu jispiċċaw lura lejn Malta. Għaqdiet kbar bħal Maltese Guild, Maltese Settlers Association, il- Phoenician Club u il-klabb li għadu jiffunzjona sallum il-Melita Eagles Soccer Club għandhom post prominenti fejn jidħlu l-emigranti Maltin f’NSW.

Ftit ilu saret ikla f’resturant popolari f’Miranda li organizza n-negozjant magħruf Vincent Pisani li huma magħruf għax-xogħol kbir li wettaq kemm mat- tim tal-futball u anke mal-Phoenician Club. Huwa negozjant magħruf fir-real estate u anki fl-ivvjaġġar. Għalkemm kważi rtirat għadu Managing Director ta’ Rodgers Realty Pty Ltd u V & M Investments. Preżenti wkoll kien hemm Paul Sammut  magħruf sewwa bħala ex-

 

Fir-ritratt jidhru fuq mix-xellug:- Charles Mifsud, Victor Buttigieg, Lino Vella, Lawrence Dimech, Vincent Pisani, Paul Sammut. Bil-qiegħeda: Jessie Mifsud, Adelaide Buttigieg, Marlene Dimech, Margaret Pisani u Vicky Sammut.

President tal-Phoenician Club u benefattur kbir tal-Melita Eagles li flimkien mat-tfal tiegħu jmexxi Sammut Developments, kumpanija kbira tal-bini li tirbaħ ħafna premjijiet għad-disinni innovattiva tagħha. Dawn iż-żewġ pijunieri huma Kavallieri ta’ l-Ordni ta’ San Ġwann (OSJ). L-oħrajn preżenti kienu l-editur ta’ The Maltese Herald, Lino Vella, Victor Buttigieg, Charles Mifsud, kollha kellhom sehem kbir fil- klabb   tal-Melita   Eagles  sa  mit-twelid

 

tiegħu fl-1956. Preżenti wkoll kien hemm in-nisa tagħhom li daqshom u magħhom ħadmu w taw sehemhom fl-għaqdiet Maltin. Lawrence Dimech ħa l- opportunitą u ppreżenta l-ktieb tiegħu “Telqu għal għonq it-triq” lil dawk preżenti li tant huma parti importanti mill-istorja ta’ l-emigrazzjoni fl-iStat ta’ NSW. Dik li kellha tkun ikla normali karkret sas-sitta ta’ filgħaxija meta kulħadd mar d-dar ta’ Charles u Tessie Mifsud fis-subborg ta’ Burrandeer.

 
 
 

Ftakar li din il-paġna tinbidel kull ġimgħa. Jekk trid iktar tagħrif ikkuntattja
lawdimech@optusnet.com.au

 

 

Jekk trid taqra l-artikli ta' dawn il-paġni li dehru qabel
Agħfas Hawn

 

 

Home  |  Maltese Għana  |  Maltese Folklore  |  General Section

 

Copyright © 2007 l-orizzont & allmalta.com. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com