|
Lejla
Dun Karm Psaila f’Sydney |
|
|
|
|
Minn
dawn il-kolonni sikwit nagħti tagħrif
dwar il-ħidma tal-Malti fl-Awstralja
fejn tidħol il-kultura Maltija kemm jekk
hija letteratura, arti, storja u sferi
oħra. Mhux kif jgħidu, bogħod mill-għajn
bogħod mill-qalb. Għal Malti msiefer,
f’ħafna drabi jiġri l-kontra. Bogħod
mill- gżejjer Maltin, speċjalment jekk
ikun emigrat tisponta fih aktar
fil-beraħ l- imħabba tiegħu għal dak li
ħalla warajh iżda li l-memorji tagħhom ġarrhom fil- bagalji tqal u kollha
daqqiet li wassluh fl- art imbegħda ta’
l-Awstralja.
Ftit ilu kelli l-opportunitą li nattendi
Lejla Dun Karm Psaila li ġiet
ippreżentata minn The Maltese Herald.
Kienet mhux biss lejla ta’ ħajr lil dan
il-poeta ċelebri nazzjonali iżda lejla
fejn ġejna ppreżentati b’żewġ kotba
mirquma ta’ Rodrigu (Rigu) Bovingdon.
Żewġ xogħolijiet ġodda li
jitfgħu aktar dawl fuq il-fenomenu li
kien Dun Karm li tant weġġaħ
il-letteratura u l-lingwa tagħna
l- Maltin.
F’din il-lejla smajna lil Patri Leonard
Testa jitkellem fuq il-letteratura
Maltija u lil Professur Stephan Gatt
barra li llonċja x-xogħol miktub minn
Rigu qara messaġġ ta’ tifħir u
inkoraġġiment mill- Profs Oliver
Friggieri lil awtur ta’ dawn iż- żewġ
fuljetti li għandhom jidħlu ma’
xogħolijiet oħra li nkitbu dwar il-poeta
nazzjonali tagħna l-Maltin. Smajna wkoll |
|
 |
|
Dun Karm Psaila |
| |
|
il-leħen rekordjat ta’ Dun Karm
jaqra’ waħda mill-poemi tiegħi.

Rigu Bovingdon twieled Ħ’Attard fl-1942
u rċieva l-edukazzjoni tiegħu
fis- Seminarju ta’ l-Arċisqof il-Furjana.
Huwa emigra lejn l-Awstralja fl-eta ta’
16-il sena u kompla l-istudji tiegħu
fl- Awstralja. Huwa sar ukoll kantant
magħruf. Lura f’Malta attenda
l- Universitą fejn iggradwa B.A. Hons
fil- Malti.

Iż-żewġ xogħolijiet ġodda ta’
dan l-awtur huma: “Ħsiebi
bħal agħma”: Tieqa
fuq |
|
|
 |
 |
|
Mix-xellug,
Rigu Bovingdon, Prof Stephen Gatt u Fr Leonard
Testa. |
|
|
 |
|
Rigu Bovingdon |
| |
|
ħsieb Dun Karm li fil-fatt hu
diskors li ppreżenta huwa stess
għall-Fondazzjoni Karmen Mikallef
Buhagiar fl-Universitąta’ Malta għas-sena
2004. Huwa trattat lingwistiku,
filosofiku u letterarju fuq it- tema
ewlenija tal-karme Dunkarmjan, Il- Jien u Lilhinn Minnu.
Ix-xogħol l-ieħor issa stampat huwa
“l- Għarqa ta’ San Pawl f’Malta” li Rigu
qaleb mit-Taljan għall-Malti klassiku,
tal- verżjoni oriġinali Il Naufragio di
San Paolo a Malta, poema ta’ 158 vers
endekasillabu. Il-poeta Nazzjonali Malti
Dun Karm fil-fatt beda jikteb bit-Taljan
u l-konverżjoni tiegħu għal-lingwa
Maltija, kienet biss il-bidu ta’ triq
twila li waslet lil Dun Karm sal-quċċata
ta’ l-arti poetika.
Kienet lejla importanti u l-gazzetta
nazzjonali, The Maltese Herald ħaqqa
prosit li daħlet biex tippreżenta dawn
ix- xogħolijiet għax lejliet bħal dawn
għalkemm ma jattirawx ħafna nies iżda
huma neċessarji biex inżommu ħajja
l- letteratura Maltija fl-Awstralja.
Id- diskussjoni li saret fl-aħħar fejn
dawk preżenti setgħu jipparteċipaw
kienet ta siwi immens. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Laqgħa oħra ta’ informazzjoni |
|
|
|
|
Fil-belt
ta’ Canberra fejn ma tantx għandna numru
kbir ta’ Maltin iżda fejn hemm
il-Kummissjoni Għolja ta’ Malta
fl- Awstralja saret ukoll lejla ta’
informazzjoni li l-Għaqda Maltese
Australian Association ta’ Canberra u Queanbeyan organizzat biex iżomm dejjem
lill-membri tagħha nformati u aġġornati.
Din il-għaqda torganizza wkoll |
|
klassi
tat-tagħlim tal-lingwa Maltija kull nhar
ta’ Erbgħa, il-festa ta’ Maria Bambina,
fenkata għall-Imnarja u dis- sena wkoll
se jorganizzaw għall-ewwel darba
il-festa tal-qaddis Malti, Dun Ġorġ
Preca. Kull tielet Ħadd tax-xahar
jiltaqgħu wkoll soċjalment. Bdew ukoll
laqgħat ta’ informazzjoni u l-ewwel
waħda kienet meta stiednu lill- |
|
 |
 |
|
Uħud li
attendew għal-laqgħa f'Canberra |
|
|
|
 |
|
Francis Tabone |
 |
|
Kummissarju
Għoli, Francis Tabone biex jitkellem dwar
l-istorja taċ- ċittadinanza doppja u kif din
tista’ tintiret mill-ġenerazzjonijiet. Huwa
fakkar, spjega u ħeġġeġ biex it-tfal ta’
l- emigranti japplikkaw għaċ-ċittadinanza Maltija
qabel is-sena 2010. Kien hemm ukoll diskors
viżwali permezz ta’ DVD mill-Ministru Dr Tonio
Borg. Il-President ta’ l-Għaqda, Alfred Flask
jittama li għal lejliet simili jattendu iktar
nies milli attendew għal din l-ewwel laqgħa. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Malti jibbrilla fil-Lawn Bowls |
|
|
|
|
Shaun Parnis li
ppreżenta lil Malta fil-Lawn Bowls fl-aħħar Commonwealth
Games li saru f’Melbourne reġa’ kiseb suċċess meta
spiċċa fir-raba’ post fil-2008 Men’s Singles World Cup
li għadha kif spiċċat fil-Warilla Bowling Complex
(subborg qrib il-belt ta’ Wollongong) li fiha ħadu sehem
kompetituri minn 21 pajjiż tad-dinja.. Skond Alan Gauci
li jirrappreżenta lil Malta Lawn Bowls Association li
kien preżenti għal dan it-turnament dan ż-żagħżugħ Malti
(iben Louis, il-President tal-George Cross Falcons Club
ta’ Cringila) irnexxilu jgħolli sewwa dan il-logħob għal
Malta f’livell internazzjonali. F’din l-aħħar
kompetizzjoni tiegħu Shaun Parnis irnexxilu jegħleb lil
żewġ rebbieħa kurrenti tad-dinja, Safuan Said ta’
Malasja u Ali Forsyth ta’ New Zealand.

Għalkemm fil-preliminarji Shaun Parnis għeleb lil Safuan
Said iżda meta waslu fis-semi-finali kien il-Malasjan li
għeleb lill- Malti. Shaun huwa membri tal-Maltese Bowlers
Social Club ta’ NSW, għaqda attiva ħafna tal-Maltin. |
|
 |
|
Shaun Parnis
(xellug) u Allan Gauci |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
| |
|
Fl-eta
ta’ 43 sena, Jeff Fenech il-boxer ta’ nisel
Malti mwieled l-Awstralja (ommu u missieru
mwielda Malta) li jżomm tlett titli mondjali se
jerġa’ jidħol għal ġlieda oħra x’aktarx ma’
l-għadu qawwi tiegħu, il-leġġendarju mill-Għana,
Azumah Nelson li illum għandu 49 sena. Il-ġlieda
li diġą qed tissejjah “il-ġlieda bejn l-Anzjani”
x’aktar se ssir f’Melbourne. Nelson u Fenech.
it-tnejn huma mnaqqxin fil-Boxing Hall of Fame.
L-ewwel ġlieda tagħhom kienet f’Las Vagas
fl-1991 spiċċat fi dro kontraversarja. Tlett
xhur wara Nelson iġġieled ma’ Fenech f’Melbourne
u għelbu fl- ewwel knock-out tal-karriera tiegħu.
Fenech qal li l-ewwel ġlieda ma’ Nelson f’Las
Vegas għal kemm iddikjarata dro iżda huwa kien
ir-rebbieħ. It-tieni waħda rebaħlu u ma għandux
skużi għalhekk it-tielet waħda jridha biex
jirbaħ ġiehu lura u biex jirbaħ ukoll
għall-poplu Awstraljan. Jeff Fenech qiegħed
jittrejnja bis-serjetą u minn 85.75 kg li kien
jiżen diġą niżel għal 69kg u jittama li jkompli
jinżel biex ikun fl-aqwa tiegħu u jibqa’ jżomm
il-laqam tiegħu ta’ Marrickville Mauler u l-eroj
tal-boxing fl-Awstralja. |
| |
|
|
|
 |
 |
|
Jeff Fenech |
|
|
|
|
|
|
|