|
Tajjeb
ukoll niftakru l-isforzi tremendi li
dawn l-emigranti għamlu mhux biss biex
isiru ċittadini eżemplari u ambaxxaturi
onorarji ta’ pajjiżhom f’dawk il-pajjiżi
mbiegħda iżda l-imħabba li żammew
f’qalbhom għal dak kollu li hu Malti.
Iċ- ċentri li fetħu, l-iskejjel tal-lingwa
Maltija, l-ismijiet Maltin li daħħlu
fil-pajjiżi li marru jgħixu fihom, il-kommemorazzjoni
kontinwa ta’ avvenimenti Maltin u mitt
ħaġa oħra.
Kif għadna kemm-il darba fl-Awstralja
hawn ġojjelli ta’ tifkiriet li se
jibqgħu bħala wirt
għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.
Għandna ċ-Ċentri Maltin mibnija b’tant
għaraq ta’ demm mill-pijunieri tagħna.
Illum se nagħti ħarsa lejn wieħed minn
dawn iċ-Ċentri li jġib isem tassew Malti
għax f’dawn l-aħħar snin għamlu
attentati siewja biex jirrekordjaw
l-istorja |
|
tagħhom għal posteritą biex dawk li jiġu
wara jibqgħu jiftakru fix-xogħol,
fit-tbatija u s-suċċessi li għaddew
minnhom dawk li ġew qabilhom.
Ftit ilu fil-Melita Stadium fi Granville
NSW, f’reċiviment li kien jistħoqqlu
ferm iktar importanza ġie mniedi History
Wall bi storja li tinfirex tul il-ħamsin
sena tal- Melita Eagles FC, klabb Malti
li laħaq il- quċċata fejn jidħol
il-logħob tal-futball. Iżda dan mhux
biss hu klabb tal-futball iżda għaqda
soċjali/kulturali li għal ħafna snin
iddomina lill-komunitą Maltija f’NSW.
Il-History Wall huwa eżempju ċar ta’ x’jista’ jsir bi ftit immaġinazzjoni u
bl- għajnuna tat-teknoloġija moderna.
Tara quddiem għajnejk l-istorja f’ħakka
t’għajn u tibqa’ hemm bħala xhieda ta’
dak li ġara, dak li seħħ, dak li
għaddejna minnu. |