|
Ma
hemm l-ebda dubju li l-Quiet Achievers Night of
Recognition li jippreżentaw kull sena l-Maltese Welfare
(NSW) saret avveniment mhux biss mistennija iżda waħda
mill-aħjar li jkollna fil-komunitą Maltija ta’ NSW. Għal
darba oħra nhar il-Erbgħa fl- Annunciation Hall ta’ St
Dominic Hostel f’Blacktown NSW kellna ftit iktar minn
sagħtejn ta’ preżentazzjoni ta’ klassi għolja u
dinjituża.

Dan l-avveniment isir kull sena fis- Seniors Week ta’ NSW
taħt il-patroċinju ta’ l-Onor John Aquilina MP (Leader
of House, NSW Parliament) li bi kliem meqjus għalaq din
il-laqgħa b’appell biex nibqgħu ngħożżu u niftakru
fil-ħidma sfiqa tal-veterani tagħna waqt li
ninkoraġġixxu aktar parteċipazzjoni miż- żgħażagħ.

Kienet lejla wkoll ta’ diversi tifkiriet, speċjalment is-segment li fakkar
l- għoxrin
anniversarju ta’ kemm ilha tilqa’ residenti
d-Dar ta’ Xjuħ ta’ St Dominic’s. L-ewwel
resident li ġie aċċettat fl-1988 kien Salvu Pace
mill-Gżira.

Barra dan ġie mogħti għarfien xieraq lil Sr
Alice Forbes li kontinwament ilha sservi fid-dar
tax-xjuħ għal għoxrin sena sħaħ. Sr Alice
dalwaqt se tiċċelebra l- ġublew tad-deheb tal-professjoni
tagħha. Għalkemm mhux Maltija iżda għamlet
għaxar snin bħala majjistra fl-isptar ta’ Santa
Katarina f’H’Attard u hija parti
ntegrali mill-komunitą, sa anke titkellem tajjeb bil-Malti.
Sr Alice fost ċapċip kbir rċeviet ċertifikat ta’
apprezzament u bukkett fjuri mill-President tal-Maltese
Welfare.

Il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ spikkat ferm
meta ġie ppreżentat segment dwar il-World Youth
Day 08. Kien hemm preżentazzjoni viżwali tal-kanzunetta,
it- tema tal-WWD 08: Receive the Power kantata
minn Guy Sebastian u Garry Pinto b’dehriet mis-soprano
Amelia Farrugia u Robert Galea, it-tnejn Maltin.
Biex ikompli l-aċċenn fuq iż-żgħażagħ,
James Cassar, żagħżugħ ta’ dixxendenza Maltija
mimli talent, kanta tlett kanzunetti b’ħila
kbira, speċjalment Il-Bajja tal-Mellieħa.

Kien imiss lil Adrienne Vella., il-Youth Co-Ordinator
tas-St Vincent de Paul li attendiet żewġ World
Youth Days fl- ibliet ta’ Ruma u Cologne
fl-Ewropa li tkellmet b’elokwenza dwar
l-esperjenza tagħha u ħeġġet lil dawk preżenti
biex jieħdu parti attiva f’din l-okazzjoni unika
li se jkollna Sydney fil-preżenza tal- Papa
Benedittu. Ms Vella tassew impressjonat u
qalgħet tifħir bil-mod kif tkellmet dwar
il-World Youth Day.
Dawk li mlew is-sala setgħu wkoll jaraw
esibizzjoni ta’ pittura ta’ personalitajiet
prominenti Maltin li ġiet ippreżentata minn
Charles Schembri liema wirja dehret li kienet
ferm popolari. Fost il- pitturi, kien hemm dawk
ta’ Dun Ġorġ, Beata Mary MacKillop, il-Budaj,
Troy Cassar Daley u personalitajiet lokali bħal Joe
Galea, Rigu, Joe Apap, Lawrence Dimech u Sam
Vella. Il- Kummissarju Għoli għal Malta fl-
Awstralja u NZ, l-E.T. Francis Tabone ppreżenta
ċertifikat ta' tifkira lil dan il- pittur tax-xogħol
artistiku tiegħu.
Il-lejla waslet fl-eqqel tagħha meta ġie magħruf
li Gregory Caruana ġie mogħti unur speċjali
mill-Gvern Statali ta’ NSW għax-xogħol tiegħu
fil-qasam tal- voluntarjat. Il-ġimgħa l-oħra
kellna rapport sħiħ fuq il-ħajja ta’ dan l-attur
u promuter fil-qasam tal-palk Malti f’NSW.
Fl-aħħar saru l-preżentazzjonijiet lil tlettax
il-persuna li din is-sena ġew magħżulin, wara
nominazzjonijiet mibgħuta minn membri tal-komunitą
għax-xogħol tagħhom volontarju fil- komunitą.
Dawn kienu:

Anthony Agius, Mro Carmelo Baldacchino, Elsie
Bugeja, Mary Camilleri, Sr Grace Cini fcj,
Esther & Frank
Coleiro, Salvina Falzon, Joe Formosa,
Annie Grech, Freda Micallef, Francis
Psaila u Godfrey Sultana. L- awards
tqassmu minn Louise Markus MP u l-Prof
Stephen Gatt. |
|
 |
|
Ritratt tal-grupp
li ħadu l-awards: Filliera fuq mix-xellug:
Carmelo Baldacchino, Francis Psaila, Godfrey
Sultana, Greg Caruana, Easter u Frank Coleiro,
Joe Formosa u Anthony Agius.
Isfel mix-xellug:, Elsie Bugeja, Annie Grech,
Mary Camilleri, Salvina Falzon,
Freda Micallef u Sr Grace Cini. |
 |
 |
|
 |
|
Fir-ritratt
tidher Sister Alice Forbes flimkien ma' Nathalie
Gatt u Lawrence Dimech |
|
Is-sorijiet ta’ St Dominics’ fi
Blacktown:
Sr Giorgina Sultana, Sister Olivia
Falzon.
Isfel: Sr Paulina Balbi u Sr Alice
Forbes. |
 |
|
 |
|
Il-Kummissarju Għoli Francis Tabone u
Charles Schembri. |
|
Gregory
Caruana (lemin) jirċievi l-unur mingħand l-Onor
J. Aquilina |
 |
|
 |
|
Il-kantant James Cassar. |
|
Iż-żagħżugħ
Adrienne Vella li ħadet sehem f'żewġ WYDs |
|
 |
|
Il-pittura ta'
nies magħrufa li kien hemm għall-wirja |
 |
|
Il-Kumitat tal-Maltese
Welfare (NSW): Fuq mix-xellug: Lino Vella,
Lawrence Dimech (President) Lawrence Gatt,
Emmanuel Grima. Joe Micallef, Sam Farrugia u
Greg Caruana.
Bil-qegħda mix-xellug: Rita Kassas, Freda
Micallef, Marlene Dimech, Nathalie Gatt
(kaxxiera) Maria DeCarlo (Segretarja) u Doris
Grima. Mhux fir-ritratt Charles u Marie
Schembri. |
|
|
|
Kif intqal sewwa, kienet diffiċli
ferm biex minn nominazzjonijiet kollha
li daħlu jingħażlu biss tlettax u dawk
li baqgħu barra hux
għax ma kienx ħaqqhom iżda għax kienet hemm limitu
fil-għażla finali. |
|
Il-President tal-Maltese Welfare, Lawrence
Dimech irringrazzja wkoll lil dawk kollha li
attendew. Din is-sena, l- attendenza kienet anke
aktar minn snin oħra. Irringrazzja lill-bord
tad-diretturi ta St Dominics’ Age Care Facility, lill- |
|
|