|
It-tifel l-ieħor kien il-magħruf eks segretarju tal-Phoenician
Club, Jimmy Zammit li miet f’Sydney xi snin ilu. Dwar
Samuel Psaila għad ma għandniex tagħrif. Jekk xi ħadd
għandu xi tagħrif nitolbukom li tikkuntatjawna kemm
jista’ jkun malajr.

Fl-11 ta’ Novembru 1941, il-vapur Ġermaniż Kormoran
fetaħ il-kanuni fuq l-HMAS Sydney minn
ftit kilometri l- bogħod u mingħajr ma bagħat ebda
sinjal li
kien fl-inkwiet
ħebb
kompletament ftit bogħod minn fejn ftit jiem ilu,
finalment instab il-fdal immermer tiegħu
xi 100 mili nawtikali mix-xtajta ta’
Western Australia.
David Mearns li xogħolu jfittex dawn
il- vapuri mgħarrqa ħabbar li kien sab
fejn kien mgħarraq HMAS Sydney.
Huwa kien diġą sab vapuri oħra li għerqu
bħal battleship Bismarck u HMS Hood. |
|
Huwa
stmat li t-tfittxija għal dawn
il- vapuri mgħarrqa qamet madwar
$5 miljun.
L-ewwel vapur minn din it-traġedja
krudili li nstab kien il-Ġermaniż, HSK
Kormoran. Mill-vapur Ġermaniż
salvaw 316 baħri u
dawn ġew miżmuma bħala
priġunieri fl-Awstralja
għal madwar sitt
snin. Kienu dawn il-baħrin,
speċjalment il-kaptan tal-vapur
Theador Detmers li tefgħu ħafna
dawl fuq din it-traġedja
krudili.
Din is-sejba storika fl-annali
navali ta’ l-Awstralja ġiet
imħabbra mill-Prim Ministru
Kevin Rudd. Issa huwa ttamat li
mill-fdalijiet ta’ l-HMAS Sydney
ikunu jafu aħjar kif dan
il-vapur għereq b’kulħadd fuqu u
kif mank sabu fdalijiet.
Fl-1941, l-aħbar ta’ din it-traġedja
ġie mħabbra lill-poplu Awstraljan sebat
tijiem wara li
ġrat. |