|
Il-kobor
immens ta’ l-Awstralja |
|
|
|
|
Mhux
faċli li tfhiem sewwa l-kobor tal- kontinent ta’
l-Awstralja speċjalment lill- Maltin ta’ Malta li jgħixu
f’waħda mill- iktar pajjiżi żgħar tad-dinja.

Ħafna drabi nsibuha diffiċli biex nispjegaw id-distanzi
bejn belt u oħra. Per eżempju bejn Darwin u Perth hemm
distanza ta’ 4396 km bejn Adelaide u Melbourne hemm
distanza ta’ 726km u bejn Sydney u Melbourne hemm 887
km.

Qatt ma ninsa meta ppruvjat nispjega lill-missieri, li
baqa’ jgħix Malta li kont nivvjaġġa madwar 60km kuljum
biex immur naħdem.

Darba wkoll wieħed mill-Ministri Maltin li ġie jżur
l-Awstralja ma setgħax jifhem kif il-Kummissarju Għoli
f’Canberra ma jżurx il-fergħat tal-Gvern Malti fl-iStat
l- oħra mill-inqas darba fil-ġimgħa.

Biex inkompli nagħti eżempju biżżejjed ngħid li l-Ewropa
tiġbor fiha biss 3,483,066 sq km waqt li l-Awstralja
għandha 7,706.168 sq km aktar minn darbtejn u fil-kobor
mill-Ewropa kollha f’daqqa. Hawn qiegħed nagħti eżempju
ċar b’din il-mappa
billi l-pajjiżi ta’ l- |
|
 |
 |
|
Ewropa
daħħlu sewwa fuq il-mappa ta’ l-
Awstralja u baqa’ ħafna spazju.
Meta ngħidu li l-kobor
ta’ l-Ingilterra, l-Irlanda,
l-Portugal, Spanja, Franza,
l-Italja, il-Awstrija, il-Ġermanja,
Jugoslavja, il-Greċja,
il-Bulgarija, ir- |
|
Romanija, l-Ungerija, ċ-Ċekkoslovakkja
mank jagħmlu f’daqqa l-istess kobor ta’
l-Awstralja nkunu nistgħu nifhmu aħjar
x’distanza u kobor hawn f’dan
il- kontinent fejn insibu jgħixu madwar
200,000 persuna ta’ dixxendenza
Maltija. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Għal darba oħra f’Wollongong |
|
|
|
|
Għal
darba oħra se nieħdukom lejn il- belt ta’ Wollongong fejn
il-Maltin ta’ NSW għandhom Ċentru Malti, ir-raba’ wieħed
li għadna f’dan l-iStat. It-tlett ċentri l-oħra huma La
Valette fil-belt ta’ Blacktown, Il-Hamrun Club
fis-subborg ta’ Marsden Park u l-Melita Stadium
fis- subborg ta’ Granville. Il-ħabib tagħna George
Bartolo li jirrapporta minn Wollongonq qalilna li
l-Klabb tal-George Cross Falcons ta’ Wollongong qiegħed
jieħu spinta l-quddiem wara li xi erba’ snin ilu kien
wasal biex jagħlaq.
Il-bini sbieħ minn ġewwa u f’dehra aħjar. Il-pitch tal-boċċi
li hemm fuq wara tal- klabb reġa’ ġie rranġat ukoll.
Għalkemm il-klabb jinfetaħ il-Ħadd filgħaxija biss,
insibu li ħafna Maltin qegħdin jattendu u anki
l-attendenza għat-tombla li ssir nhar ta’ Ħadd
filgħaxija qegħda dejjem tiżdied.
Ftit ilu l-kantant Malti, Charlie Camilleri, flimkien
ma’ kantant ieħor Malti, Vince Bezzina organizzaw ħarġa
għall- Wollongong bil-coach minn Sydney (bogħod ta madwar
90 km), fejn l-ewwel għamlu żjara fit-Tempju tal-Buddisti, Nein Tien li hawn Wollongong, u għan- nofs
siegħa ta’ wara nofs in-nhar għaddew għall-ikel
fil-George Cross Falcons Club ta’ Cringila, fejn sabu
numru tajjeb ta’ Maltin lokali jistennewhom. B’kollox
kien hemm il-fuq
|
|
 |
|
Uħud li
attendew il-laqgħa f'Cringilla, ħafna minnhom
ivvjaġġaw minn naħat ta' Sydney. |
| |
|
min-mitt ruħ bejn dawk li ġew bil-coach
u dawk lokali.
Ma jistgħax jonqos fejn ikun hemm
Charlie Camilleri u Vince Bezzina żgur
li se jkun hemm pjaċir u malli spiċċa
l-ikel dawn it-tnejn allegraw lil dawk
preżenti bid-daqq tal-kitarri u kant
kemm “Rock and Roll “u anki xi ftit bil-Malti.
Pauline Muscat waħda li ġiet magħhom
kantat xi żewġ għanjiet wkoll.
Saret wkoll “snooker challenge match”
bejn team minn Wollongong u ieħor minn
Sydney. Il-President tal-klabb, |
|
Louis Parnis ħa l-inizjattiva u
ppreżenta trofew f’isem il-George Cross
Falcons Club li din id-darba ġiet
mirbuħa mit- team ta’ Wollongong. Din it-trofew
se jinżamm fil-klabb biex meta tiġi
organizzata ħarġa oħra għall- Wollongong
jerġgħu jilgħabu għaliha.
Din il-laqgħa speċjali fiċ-Ċentru Malti
damet sejra għal erba’ siegħat fejn
ħbieb li kienu ilhom ma jiltaqgħu,
reġgħu raw lill xulxin u anki saru xi
ħbieb ġodda. L- ikel kien tajjeb ħafna u
wieħed jista’ jgħid li kull min kien
hemm ħareġ sodisfatt. |
|
|
|
 |
 |
|
Il-Grupp li ħadu sehem
fil-kompetizzjoni tal-billiards, fuq jidher il-President tal-George
Cross Falcons ta' Cringilla, Louis Parnis. |
|
|
|
|
|
|
|
|
 |
|
|
|
|
|
|
|